Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta’ Qali – Crafts Village

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’riżultati nkisbu mill-investiment ta’ €12-il miljun fil-Crafts Village f’Ta’ Qali? Tista’ wkoll tindika kemm-il stabbiliment huwa operattiv, kemm-il wieħed għadu magħluq u liema inizjattivi promozzjonali twettqu matul l-2024, l-2025 u l-2026?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.

Birżebbuġa – Il-Qajjenza – Ġnien tal-Komunità – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit tal-Ġnien tal-Komunità fil-Qajjenza, f’Birżebbuġa, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2024? Tista’ tgħid ukoll min wettaqhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qabel ma nbidlet fi ġnien li qed jitgawda mill-komunità, din iż-żona kienet mitluqa għal kollox tant li għal ħafna snin kienet mimlija skart tal-kostruzzjoni. Il-Qajjenza huwa post urban ħafna li qatt ma kellu post ta’ rikreazzjoni, u bil-ħolqien ta’ dan il-ġnien tajna l-ewwel spazju miftuħ liż-żona, li huwa aċċessibbli għan-nies ta' kull età u abbiltà. Bħala parti minn dan il-proġett tħawlu diversi siġar u arbuxelli, u biex il-ġnien ikun aċċessibbli għal kulħadd, ġew installati rampi biex jgħaqqdu żewġ toroq maġenb xulxin. Ġew introdotti 200 metru ta’ passaġġi għal-mixi u ġie installat ukoll tagħmir għal-logħob tat-tfal magħmul minn materjal riċiklat. Project Green għadha qed tieħu ħsieb il-kura u l-manutenzjoni tal-ġnien.

L-Għasri, Għawdex – Ġnien Kenn tas-Salvatur – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit ta’ Ġnien Kenn tas-Salvatur, fl-Għasri, Għawdex, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2024? Tista’ tgħid ukoll min wettaqhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2024, Ambjent Malta wettqet intervent ta’ riġenerazzjoni fi Ġnien Kenn tas-Salvatur biex ġie mtejjeb l-użu ta’ dan l-ispazju rikreattiv għall-benefiċċju tal-komunità. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu tisbiħ ambjentali, installazzjoni ta’ dawl, tagħmir tal-logħob u għamara tal-ġnien. Dan l-intervent sar b’investiment ta’ aktar minn €90,000 biex inħoloq ambjent aktar xieraq, sigur u attraenti għar-residenti u għal dawk kollha li jagħmlu użu minn dan l-ispazju. Kemm qabel ir-riġenerazzjoni kif ukoll wara, dan il-ġnien baqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tal-Għasri.

Ħal Qormi – Ġnien fi Triq il-Wied/Triq l-Għargħar – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit tal-ġnien bejn Triq il-Wied u Triq l-Għargħar, f’Ħal Qormi, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2023? Tista’ tgħid ukoll min wettaqhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li GreenServ għamlet investiment ta’ madwar €1 miljun biex wettqet proġett ta’ riġenerazzjoni urbana li permezz tiegħu parti mill-culvert eżistenti tal-ilma tax-xita ġie trasformat fi ġnien pubbliku. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu, fost oħrajn, it-tħawwil ta’ siġar u pjanti aromatiċi, bankijiet, running track ta’ madwar 200 metru, titjib fl-aċċessibbiltà, spazji għall-parkeġġ u sistema għall-użu tal-ilma tax-xita għat-tisqija.

Ħaż-Żabbar – Triq Santa Duminka/Triq Castaldi – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit bejn Triq Santa Duminka u Triq Castaldi, f’Ħaż-Żabbar, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2023? Tista’ tgħid ukoll min wettaqhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2023 GreenServ wettqet proġett ta’ riġenerazzjoni tas-sit li kien jinkludi xogħlijiet strutturali u ta’ tisbiħ, fosthom it-trasformazzjoni taż-żona urbana permezz tal-ħolqien ta’ saqaf aħdar fuq iż-żona ta’ parkeġġ eżistenti. Il-valur tal-proġett kien ta’ madwar €500,000.

Ħaż-Żabbar – Triq Ġużè Pace/Triq Biċċieni – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit bejn Triq Ġużè Pace u Triq Biċċieni, f’Ħaż-Żabbar, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2023? Tista’ tgħid ukoll min wettaqhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li GreenServ, fl-2023 wettqet proġett ta’ riġenerazzjoni fis-sit indikat li kien jikkonsisti fil-ħolqien ta’ saqaf aħdar fuq iż-żona ta’ parkeġġ eżistenti. Il-proġett sar b’investiment ta’ madwar €447,000.

Ħaż-Żabbar – Triq is-Santwarju/Triq iċ-Ċawsli – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit bejn Triq is-Santwarju u Triq iċ-Ċawsli, f’Ħaż-Żabbar, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2023? Tista’ tgħid ukoll min wettaqhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sit indikat, GreenServ wettqet proġett ta’ riġenerazzjoni li kien jikkonsisti fit-trasformazzjoni taż-żona urbana fi pjazza għall-użu tal-komunità u għal attivitajiet tradizzjonali, bl-introduzzjoni ta’ elementi ħodor u blu, fosthom qsari, ħitan ħodor u elementi tal-ilma. Dan il-proġett li kien inawgurat fl-2023 sar b’investiment ta’ madwar €845,000

Baġit 2026 – Framework Agreement

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Framework Agreement ta’ €13.5 miljun imsemmi fil-Baġit 2026 huwiex l-istess framework li sussegwentement ġie mħabbar b’allokazzjoni ta’ €12.8 miljun? Jekk huwa l-istess framework, tista’ tispjega r-raġuni għad-differenza ta’ €700,000?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Framework Agreement ta’ €13.5 miljun imsemmi fil-Baġit 2026 m’huwiex l-istess framework li sussegwentement ġie mħabbar b’allokazzjoni ta’ €12.8 miljun.  L-ammont ta’ €12.8 miljun kienu allokati għal kuntratt bejn 2024 – 2026, filwaqt li €13.5 miljun huma allokati għal sejħa ġdida 2026 - 2028.

Kunsilli Lokali – Allokazzjonijiet – Valur ikkombinat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-allokazzjoni taħt il-ftehim tat-€12.8 miljun għal proġetti proposti minn kunsill lokali hijiex kompletament ġdida u addizzjonali għall-allokazzjoni ta’ €10 miljun imħabbra fl-2024? Jekk iva, tista’ tikkonferma li l-valur ikkombinat taż-żewġ allokazzjonijiet huwa ta’ €22.8 miljun?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-allokazzjoni l-ġdida hija b'żieda għal dik imħabbra fl-2024 u li t-total ser jiżboq it-€22.8 miljun.

Kunsilli Lokali – Approvazzjoni ta’ proġetti

Question

Tista’ l-Ministru tispjega l-proċess li bih proġett propost minn kunsill lokali jiġi approvat taħt il-ftehim ta’ €12.8 miljun, u tgħid min għandu r-responsabbiltà li: i.    japprova l-proġett; ii.   japprova l-baġit; iii.  jagħżel il-kuntrattur; iv.  japprova variations; v.   jiċċertifika x-xogħol; u vi.  jawtorizza l-ħlas?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull proġett propost minn xi Kunsill Lokali jiġi amministrat skont proċeduri stabbiliti fi ħdan il-Ministeru, l-etika tal-professjoni u r-regolamenti tas-Servizz Pubbliku.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali – Rendikont dettaljat tal-fondi

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tal-fondi kollha li ntużaw mill-allokazzjoni ta’ €10 miljun taħt il-ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali mħabbar fl-2024, u għal kull proġett tindika: i.     il-lokalità; ii.    il-kunsill lokali; iii.   id-deskrizzjoni tax-xogħol; iv.   id-data meta saret it-talba; v.    l-ammont approvat; vi.   l-ispiża finali; vii.  id-data tal-bidu u tat-tlestija; u viii.  jekk ix-xogħol sarx minn ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jew minn kuntrattur privat?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ġejt infurmata li sabiex tingħata l-informazzjoni, kif mitluba mill-Onor. Interpellanta, tinqabeż l-advisory cost. In oltre, ninforma lill-Onor Interpellanta li l-Contracting Authority tippublika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta' sitt xhur skont ir-regolamenti 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ix-Xgħajra – Ħsarat ikkawżati mill-Maltempata Harry – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3832 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u tgħid x’xogħlijiet saru jew qed isiru tul il-promenade tax-Xatt tax-Xgħajra wara l-ħsarat ikkawżati mill-maltempata Harry?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-maltempata Harry, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq xogħlijiet ta’ tindif u tiswija fil-Banju tal-Milord. Id-Dipartiment wettaq ukoll investigazzjoni ġeoteknika u ħejja l-pjanti u d-dokumentazzjoni meħtieġa għas-sejħa għall-offerti sabiex tinbena mill-ġdid medda tal-promenade twila madwar 90 metru. Parti minn din il-medda hija mibnija fuq terrapien li ċeda parzjalment waqt il-maltempata Harry.

Raħal ġdid – Triq Għajn Dwieli – Xogħlijiet u nfiq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għax-xogħol ta’ resurfacing ta’ Triq Għajn Dwieli, (li tgħaqqad Raħal Ġdid mal-Kottonera), li sar qabel l-aħħar ta’ Mejju 2026? Fid-dawl li l-wiċċ tat-triq qed jerġa’ jitħaffer biex isiru xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), jista’ jgħid kemm hi l-ispiża stmata biex din it-triq terġa’ tiġi asfaltata u rrestawrata għall-istat li kienet fih wara r-resurfacing riċenti? Jista’ jgħid ukoll jekk din hix ser titħallas minn Infrastructure Malta jew mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u jekk le, min se jħallas?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Fir-rigward tal-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 3090. Għat-tieni parti, nitlob lill-Onor Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Servizz tal-Home Care – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fil-lista ta’ stennija għas-servizz tal-Home Care, skont l-aħħar ċifri disponibbli? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ilhom jistennew: i.     inqas minn tliet xhur; ii.    bejn tliet xhur u sitt xhur; iii.   bejn sitt xhur u sena; jew iv.   aktar minn sena? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-itwal żmien li persuna ilha tistenna?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda servizz bl-isem ta’ Home Care taħt il-Ministeru għas-Saħħa. Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tiċċara għal liema skema qed tirreferi.

Ta’ Qali – Park Nazzjonali – Jogging u cycling tracks

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet tal-jogging track u s-cycling track fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali? Tista’ wkoll tindika d-data prevista għat-tlestija u l-ispiża ta’ dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol relatat mal-proġett tal-jogging track u cycling track jinsab fl-aħħar fażijiet tal-proċess tal-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar. Id-data għat-tlestija hi marbuta mal-ħruġ tal-permess. Hu stmat li l-ispiża ser titla madwar 6 miljun ewro.

Ta’ Qali – Park Nazzjonali – Masterplan

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-Masterplan tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, li l-ispiża kapitali tiegħu mistennija tilħaq madwar €68 miljun, ġie effettivament implimentat? Tista’ wkoll tagħti rendikont tal-fażijiet li tlestew, dawk li għadhom għaddejjin u l-ispiża effettiva sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li 75% tax-xogħol fil-Park Nazzjonali issa tlesta. Il-fażijiet huma r-riġenerazzjoni u t-tkabbir tal-Adventure Park, ir-riġenerazzjoni u t-tkabbir ta’ 250,000 metru kwadru tal-ġnien ewlieni, it-twaqqigħ tal-bini illegali ta’ kumpanija tal-konkrit u minfloku l-bini taż-żona tal-kunċerti, il-bini u tlesija tal-multi-storey carpark li jesa’ ‘l-fuq minn 500 karozza, kif ukoll l-ewwel fażi tar-riġenerazzjoni tal-picnic area. Għal dawn ix-xogħlijiet li tlestew, l-ispiża kapitali tlaħħaq €46 miljun.

Proġetti komunitarji – Proġetti mhux mibdija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-proġetti komunitarji previsti għall-2026 għadhom ma nbdewx? Tista’ wkoll tindika r-raġuni għaliex għadhom ma nbdewx u meta huwa previst li jibdew?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġetti kollha li sad-29 ta’ Ottubru 2026 ma laħqux saru fl-ewwel Framework Agreement, se jkunu qed isiru fil-Framework il-ġdid (2026-2028) mill-aħħar ta’ Novembru ‘l quddiem u bi ftehim mal-Kunsilli Lokali malli jingħata l-kuntratt il-ġdid.

Proġetti komunitarji – Benefiċjarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif qed jiġu allokati l-madwar €3 miljun imħabbra fil-Baġit 2026 għal proġetti komunitarji, fosthom ċentri għall-għaqdiet volontarji, faċilitajiet sportivi, proġetti ekkleżjastiċi u restawr? Tista’ tagħti lista tal-benefiċjarji u l-ammont approvat għal kull proġett?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġetti komunitarji mill-vot li fih ċifra ta’ Eur3 miljuni huma proġettati kif jidher hawn taħt. L-ammonti approvati għadhom ma ġewx konklużi f’dan l-istadju. Tisbiħ ta’ Spazji Pubbliċi Lokalità Proġett Vittoriosa Repaving of Triq Wenzu Dyer Mqabba Construction of a public garden overlying an existing stormwater reservoir -Triq il-Ħajt tal-Matla Kirkop Embellishment of Ġnien Rousset Qrendi Embellishment of Tal-Ħniena Chapel area Mqabba Demolition of existing Public Convenience and construction of a Community Clinic and Local Council Hall Birżebbuġa Birżebbuġa Master Plan Mellieħa Paving, construction of rubble walls and fencing, and landscaping works at the PWD North Region District Office. Cospicua Paving works at Pjazza Gavino Gulia NGO’s Lokalita Proġett Mġarr Refurbishing works at Ex-Water Pumping Station – Għaqda Banda Mġarr Birżebbuġa Birżebbuġa: Heating systems at Birżebbuġa Aquatic & Sports Club Birzebbuġa Construction of Regatta Club Facilities Bormla Works within the Regatta Club Floriana Raised flooring at backyard of Children's Hub at Maison Notre Dame, St. Calcedonius Square Religious Organisations Lokalità Proġett Paola Lighting of façade of Poala Basilica Mqabba St Catherine's Chapel Mqabba Kirkop Refurbishment and re-construction of the Domus Kirkop Parish Church St Leonard Fgura Architectural Lighting of Church Birkirkara Reconstruction of the belfry of the Oratory MSSP Kirkop St. Leonard's Parish Church - Restoration/replacement of balustrades in parvis Żurrieq Ċentru Parrokkjali: Installation of a Passenger Lift

Baġit 2026 – Spazji pubbliċi ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħolqu spazji pubbliċi ġodda taħt il-proġetti mħabbra fil-Baġit 2026 u kemm spazji ġew riġenerati? Tista’ tagħti lista ta’ dawn il-proġetti u tindika kemm minnhom huma miftuħa għall-pubbliku?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li nħolqu jew ġew riġenerati erbgħa u għoxrin spazju pubbliku. Il-proġetti ndikati huma kollha miftuħa għall-pubbliku. Spazji miftuħa riġenerati taħt il-FA 2024-2026 Lokalità Triq/Żona Ħamrun Triq Atoċja Ġnien Anton Buttiġieġ Isla Ġnien il-Gardjola Kirkop Ġnien Rousset Gudja Ġnien Raymond Caruana Għaxaq Ġnien 2000 Mġarr Wesgħat il-Ġublew Mosta Eco Garden, Triq il-Feniċi Santa Margerita Civic Centre Triq il-Fortizza Triq il-Mitna l-Qadima/Sqaq Xorxa Mtarfa Pjazza tal-Mtarfa, riġenerazzjoni Qormi Pjazza Narbona Qrendi Pjazza tal-Ħniena Rabat Kappella Sta Katerina tad-Daħla, spazju pubbliku Kappella Ta' Casha, spazju pubbliku Siġġiewi Triq Ramija Sliema Triq Howard Żebbuġ Vjal il-Ħelsien De Rohan Gate Pjazza fi Triq Sciortino Ġnien l-Indipendenza Żurrieq Belveder fi Triq Franġisk Coleiro