Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Infrastructure Malta u Transport Malta - Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’reklamar u/jew avviżi fuq televiżjoni, billboards, media soċjali, radju u gazzetti/pubblikazzjonijiet oħra, elenkati separatament mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Infrastructure Malta u Transport Malta, minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35387.

Infrastructure Malta - Xogħlijiet fit-toroq

Question

B’referenza għall-billboards li ttellgħu fl-aħħar jiem minn Infrastructure Malta illi jgħidu “1000 triq fl-aħħar sentejn”, jista’ l-Ministru jgħid: i.    għal liema toroq qed jagħmlu referenza dawn il-billboards u ċjoè, jindika f’lista dettaljata l-isem ta’ kull triq u l-lokalità; u ii.    x’tip ta’ xogħlijiet saru f’kull triq u t-tul, f’metri, tal-istess xogħlijiet f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Iż-Żejtun - Triq id-Daħla ta’ San Tumas - Xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħlijiet marbutin mat-twessiegħ ta’ Triq id-Daħla ta’ San Tumas fiż-Żejtun imħabbra dan l-aħħar, jista’ l-Ministru jgħid: i)      jekk sarx studju dwar il-bżonn u/jew l-impatt tal-imsemmija xogħlijiet; ii)     jekk hux previst li għandhom isiru “traffic calming measures” wara li jitlestew ix-xogħlijiet; iii)    kemm sewa l-akkwist tal-proprjetà li se titwaqqa’; u iv)    liema kuntrattur se jeżegwixxi x-xogħlijiet kollha u jekk dan intgħażilx wara sejħa pubblika għall-offerti?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Proġett tal-ITMS - Variable Messaging Signs li ma jaħdmux

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22615, 23010, 23011, 23261 u 27711 u peress illi issa għaddew diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-Intelligent Transport Management System (ITMS)? Jista’ jgħid ukoll meta se jitħaddmu l-Variable Messaging Signs (VMS) li mhumiex jaħdmu, fid-dawl li hemm ħafna aktar mid-disgħa VMS li rrefera għalihom il-Ministru?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Marsa – Proġett tal-flyover – Miri/studji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miri relatati mal-proġett tal-flyover tal-Marsa li t-travel time jitnaqqas b’79% u t-tniġġis b’70% ntlaħqux u jekk għal kull €1 miljun li ġie investit kienx hemm ritorn ta’ €4.2 miljun f’benefiċċji bħal tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar, inqas konsum ta’ fuel u inqas inċidenti, eċċ., kif imħabbar fuq is-sit elettroniku ta’ Infrastructure Malta ( https://www.infrastructuremalta.com/news/infrastructure-malta-completes-marsa-junction-project) ? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li setgħu saru mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari biex jikkonfermaw dawn il-perċentwali u ċifri?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.