Jista’ l-Ministru jelenka l-proprjetajiet pubbliċi mogħtija għall-użu ta’ NGOs taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u jispeċifika l-NGO, l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ kull ftehim?
Ix-Xewkija, Għawdex – Inċident f’residenza – Passi investigattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, wara l-ewwel intervent b’rabta mal-każ li seħħ fil-lejl ta’ bejn it-22 u t-23 ta’ Settembru 2026 f’residenza fix-Xewkija, sarux żjarat oħra mill-Pulizija fir-residenza inkwistjoni, kif ukoll x’passi investigattivi ttieħdu, inkluż jekk itteħdux stqarrijiet, sarux spezzjonijiet jew inġabritx xi evidenza?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew assenjati uffiċjali tal-Pulizija għall-intervent b’rabta mar-rapport li sar fil-lejl ta’ bejn it-22 u t-23 ta’ Settembru 2026 dwar allegat inċident f’residenza fix-Xewkija, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm dam kull uffiċjal fuq il-post, kemm kien it-total ta’ sigħat ta’ xogħol iddedikati għal dan l-intervent, u kemm intużaw vetturi tal-Korp tal-Pulizija, inkluż in-numru ta’ vjaġġi jew żjarat li saru fuq il-post?
Għawdex – Lokalitajiet u żoni turistiċi – Preżenza tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija tad-Distrett
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi frekwenti l-preżenza ta' membri tal-Protezzjoni Ċivili u rondi mill-Pulizija tad-Distrett, apparti l-Community Police, f'lokalitajiet u żoni turistiċi f'Għawdex bħax-Xlendi, Marsalforn, il-Port tal-Imġarr u x-Xagħra matul l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ kwart tas-sena?
Il-Korp tal-Pulizija – Reklutaġġi ġodda – Snin 2025 u 2026
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien ir-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija għas-snin 2025 u 2026 rispettivament? Jista’ jgħid ukoll kemm mir-reklutaġġi ġodda huma operattivi f'Għawdex fil-maġġoranza tal-ħidma tagħhom?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li dettalji dwar ir-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija għas-snin 2025 u 2026 huwa kif jidher fit-tabella li minnhom kien hemm kuntistabli ta’ riserva li ntbagħat iservi f'Għawdex. Barra mill-uffiċjali li jidhru fit-tabella kien hemm tnejn u disgħin (92) rekluta li bdew it-taħriġ tagħhom l-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati fis 26 ta’ Settembru 2026, filwaqt li spiċċa t-taħriġ ta’ tmienja u erbgħin (48) rekluta li minnhom dawk li temmew it-taħriġ b’suċċess, ser jieħdu l-ġurament fis-16 ta’ Ottubru, 2026.
Year
Probationary police constables
External Probationary Police Inspectors
Reserve Police Constables
Re-Instatements
Total
2025
123
2
28
31
184
2026
*
7
12
13
32
Att dwar il-Kompetizzjoni – Artikolu 5 – Investigazzjonijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2086 dwar investigazzjonijiet li saru da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minħabba allegat ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) fejn intqal li “fl-2016, fl-2021 u fl-2022 infetħu żewġ investigazzjonijiet fis-sena u li huma pendenti”, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-investigazzjonijiet in kwistjoni, tenut kont li għadda ċertu żmien minn mindu nbdew, għadhom pendenti? Jista’ jgħid ukoll f’kull każ li għadu pendenti għal liema settur jirrelata?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tul ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni jvarja skont diversi fatturi, fosthom il-kumplessità tal-każ, in-numru ta’ allegazzjonijiet u ta’ intrapriżi involuti, kif ukoll il-volum ta’ informazzjoni li jkun meħtieġ jinġabar u jiġi analizzat. Għaldaqstant, investigazzjonijiet partikolarment kumplessi jistgħu jieħdu numru ta’ snin sabiex jiġu konklużi.
Fir-rigward taż-żewġ investigazzjonijiet li nbdew fl-2016, dawn jirrigwardaw l-istess partijiet u joriġinaw minn ilment li kien jinkludi aktar minn għaxar allegazzjonijiet ta’ aġir antikompetittiv. Fl-2021, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni bagħat ir-riżultanzi provviżorji tiegħu lill-partijiet konċernati u minn dakinhar kompla jeżamina s-sottomissjonijiet tagħhom u jwettaq il-proċess investigattiv meħtieġ.
Il-każijiet li għadhom pendenti dwar allegat ksur tal-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni
, li jmorru lura għas-snin 2016, 2021 u 2022,
jirrigwardaw is-setturi tal-intratteniment, it-telekomunikazzjoni, is-saħħa, l-annimali u s-settur marittimu.
Port tal-Imġarr – Multi marbuta ma’ veloċità eċċessiva
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1615 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1034, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il multa nħarġet wara solverjar u infurzar fil-Port tal-Imġarr, bis-sistemi msemmija fl-istess tweġiba, minn Jannar 2013 sa Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta twettaq is-sorveljanza u l-infurzar meħtieġ fiż-żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha, inkluż fil-Port tal-Imġarr.
Fejn jiġi identifikat ksur tal-liġijiet jew tar-regolamenti applikabbli, l-Awtorità tieħu l-passi neċessarji skont iċ-ċirkostanzi tal-każ u l-proċeduri stabbiliti.
L-infurzar f’din iż-żona jibqa’ jsir kontinwament, bil-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tal-utenti u l-osservanza tar-regoli tat-traffiku.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni tat-temperatura li tintlaħaq fil-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavilion (GISAP) waqt l-użu tal-Main Hall, partikolarment matul ix-xhur tas-sajf? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra l-installazzjoni ta’ sistema ta’ arja kkundizzjonata sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet adegwati għall-atleti, l-uffiċjali u l-ispettaturi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol tekniku mill-inġiniera sabiex jitħejjew id-disinn u d-dimensjonar ta’ sistema ġdida ta’ arja kkundizzjonata.