Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f’ikliet (lunches u dinners) mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, 2021 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Ġunju, 2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għat-Turiżmu – Infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sarux tali pagamenti.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ma kellu l-ebda intervisti mħallsa fil-Programm Espresso fuq One TV. Fl-2020 d-Dipartiment għar-Regolamentazzjoni tas-Saħħa kellhom kampanja edukattiva fil-programm televiziv Espresso.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma tħallsu ebda flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum, f’reklamar, u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni, tal-Ministru odjern jew predeċessur, fil-programmi Espresso u Kalamita, lill-persuna msemmija fil-mistoqsija.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – xiri ta’ ikel tal-klieb – nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'xiri tal-ikel tal-Klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fis-sena 2020 kollha u fis-sena 2021 kollha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infumat li l-ispiża tal-ikel għas-snin 2020 u 2021 hija ta’ €4,402.85 u €5,526.90 rispettivament.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – xiri ta’ ikel tal-klieb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xiri tal-ikel tal-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili isirx b’direct order jew wara li tinħareġ tender pubblika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-ikel jinxtara permezz ta’ sejħa għall-offerti li ssir għal sena sħiħa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22496 u jgħid lejn liema pajjiżi ġew iritornati immigranti irregolari fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2021? Jekk il-Ministru ser iwieġeb li r-risposta tingħata f’seduta oħra, jista’ jispjega għaliex dan id-dewmien għal tweġiba?
Protezzjoni Ċivili – kiri ta’ vetturi għal funzjonijiet privati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex permissibbli li vetturi tal-Protezzjoni Ċivili jinkrew u/jew jintużaw għal funzjonijiet privati mhux għal skop ta’ ħidma konnessa ma’ ‘protezzjoni ċivili’ iżda għal skop ta’ divertiment, attrazzjoni jew skop ieħor?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ilu snin twal jagħti servizzi bi ħlas lil terzi persuni inkluż li jikri l-Fire Engines lil terzi persuni għal diversi raġunijiet. Matul is-snin dawn is-servizzi ngħataw waqt diversi attivitajiet fosthom ħruq ta’ nar waqt festi, tiġijiet, u okkażjonijiet oħra; attivitajiet tal-massa, festini u anke filming ta’ films. Dan is-servizz jingħata wkoll permezz tal-one stop shop u jinsab ukoll online biex il-klijent ikun jista’ jinqeda aħjar u saħansitra jista’ jħallas ukoll online.
Nirreferi wkoll għall-mistoqsija numru 4984 tas-16 ta’ Marzu 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ testijiet pożittivi ta’ droga fuq persuni detenuti fil-Ħabs ta’ Kordin fix-xahar ta’ Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal kuntrarju ta’ amministrazzjoni preċedenti, d-droga mhux tollerata jew mħeġġa ġewwa l-ħabs, tant li jsiru testijiet frekwenti u kull każ ta’ persuna pożittiva jittieħed b’serjetà. Dan għin sabiex għal dawn l-aħħar snin kellna ħabs ħieles mid-droga. F’sena sħiħa tul l-2021 saru 3,347 test li minnhom 15 -il persuna biss instabu po¿ittivi, b’ 5 minnhom ikunu fix-xhur ta’ bejn Settembru u Diċembru. Dan ifisser li 0.45% biss tat-testijiet kollha li saru tul is-sena 2021, instab persuna pożittiva għad-droga. Wara li persuna tinstab po¿ittiva għal xi sustanza, isiru l-investigazzjonijiet neċessarji mill-awtoritajiet sabiex jiġu stabbiliti l-fatti u jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn.
Wara li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan ħabbar sanzjonijiet fil-konfront tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament minħabba atti ta’ koruzzjoni li fihom huma involuti b'mod partikolari fil-proġett tal-Electrogas, jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament jekk il-Pulizija issa bdietx tinvestiga lil dawn il-persuni fuq dak li ġie żvelat sal-lum dwar il-proġett tal-Electrogas?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu xogħolhom b'mod awtonomu.
Unions li jirrappreżentaw lill-Pulizija – talba għal laqgħa mal-Ministru
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23588 u jgħid kemm-il-darba saret talba biex issir laqgħa miegħu mill-Unions li jirrappreżentaw lill-Pulizija matul is-sena 2021? Jista’ jgħid meta u minn min saret it-talba, u kemm u meta ltaqa’ mal-unions matul l-2021 u liema kienu l-Unions li ltaqa' magħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul is-sena 2021 kien hemm 15-il laqgħa mill-Korp tal-Pulizija ma’ unjins rispettivi, filwaqt li saru 5 laqgħat ohra fil-preżenza tal-Ministru.
Stati Uniti tal-Amerika – Sanzjonijiet kontra persuni Maltin konnessi mal-proġett tal-Power Station tal-Electrogas
Question
In vista illi d-Dipartiment tal-Istat tal-Istat Uniti ftit tal-ġranet ilu kkonkluda li:
“
.. it has credible information that Keith Schembri and Konrad Mizzi were involved in corrupt acts that included using their political influence and official power for personal benefit
...”; u
“
Mizzi and Schembri were involved in a corrupt scheme that entailed the award of a government contract for the construction of a power plant and related services in exchange for kickback and bribes
”,
tista’ l-Ministru tgħid:
a) X'passi ħadet wara li ħareġ dan ir-rapport sabiex toħroġ il-verità kollha dwar dan il-proġett?
b) Jekk għadhiex, bħala Ministru tal-Gvern responsabbli mill-imsemmi proġett, issostni li l-proġett tal-Power Station tal Electrogas mhuwiex proġett korrott?
c) Jekk kellmuhiex il-Pulizija, bħala Ministru tal-Gvern responsabbli minn dan il-proġett, dwar dak li rrapporta d-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu xogħolhom b’mod awtonomu. Nikkonferma wkoll li l-Pulizija ma kellmunix.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għat-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u jekk hemmx il-ħsieb li tali taqsima tiġi abolita u/jew tiġi inkorporata ma' taqsima oħra fl-istess Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ħsieb tal-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija huwa illi t-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tkompli tissaħħaħ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li bħalissa huma sospiżi mill-Korp stante li hemm proċeduri kriminali għaddejjin fil-konfront tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi prezentament hemm seba’ u tletin (37) membru tal-Korp tal-Pulizija, li bħalissa huma sospiżi minħabba xi proċeduri li hemm għaddejjin fil-konfront tagħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22493 u jgħid kemm eżattament kienu l-immigranti irregolari li ġew irritornati lejn pajjiżhom fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2021? Jekk il-Ministru ser iwieġeb li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra, jista’ jispjega għaliex dan id-dewmien għal tweġiba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi in-numru ta’ immigranti rregolari li ġew irritornati lejn pajjiżhom matul l-2021 jammonta għal 448, li jinkludu 40 persuna li ġew ripatrijati lejn pajjiżhom wara li urew ix-xewqa li jirritornaw volontarjament. Fl-2021 kien hemm numru rekord ta’ ritorn ta’ immigranti li waslu Malta b’mod irregolari u mingħajr dokumenti, mertu tal-ħidma tal-Pulizija u r-Returns Unit li waqqafna fl-2021. Ir-ritorn lejn il-pajjiżi tal-oriġinu serva sabiex ikompli jkun miġġieled it-traffikar tal-bnedmin u jonqos in-numru ta' wasliet irregolari f'pajjiżna matul l-2021.