Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju ta' Koordinament ta' Malta fil-Libja — spiża

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku dettaljat ta’ fiex u f’kemm kienu jikkonsistu l-ispejjeż (item b’item) in konnessjoni mal-uffiċċju ta’ kordinament ta’ Malta li nfetaħ ġewwa l-Libja in segwitu għall-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Libja tat-28 ta Mejju 2020 dwar il-ġlieda tal-immigrazzjoni illegali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 8074.

Kuntratt ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li nħatar kordinatur min-naħa tal-Gvern Malti in segwitu għall-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Libja tat-28 ta' Mejju 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4589.

Finanzjament addizzjonali mill-UE għar-rigward tal-operazzjoni ta' koordinament bejn Malta u Libja fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għamilx talba u ngħatax finanzjament addizzjonali mill-Unjoni Ewropea għall-opererazzjoni ta’ kordinamant bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali sussegwenti għall-Memorandum of Understanding tat-28 ta Mejju 2020 iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-inizjattivi ta’ kordinament bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan fuq l-immigrazzjoni irregolari sussegwenti għall-Memorandum of Understanding tat-28 ta’ Mejju 2020 huma ffinanzjati miż-żewġ Gvernijiet rispettivi. Il-Gvern Malti kontinwament jitlob li l-Unjoni Ewropea tagħti aktar għajnuna lill-pajjiżi tal-oriġinu u dawk ta’ tranżitu u dan sabiex il-persuni jkollhom futur aħjar fil-pajjiż tal-oriġinu, filwaqt li pajjiżi ta’ tranżitu jkunu megħjuna jiġġieldu t-traffikanti tal-bnedmin li huma s-sors ta’ mwiet kontinwi fil-baħar Mediterran.

Project Green – spiża f’pubbliċità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f’pubbliċità għall-proġett ‘Project Green’ mill-1 ta Jannar 2022 sal-31 ta Marzu 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green hija aġenzija li twaqqfet f’Jannar li għadda biex twettaq investiment ambjentali bla preċdent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin, biex noħolqu aktar spazji ħodor miftuħa kif ukoll intejbu oħrajn eżistenti madwar il-pajjiż. L-ispiża f’pubbliċità minn din l-aġenzija sa Marzu ammontat għal €14,325.26, li tinkludi stampar ta’ banners u reklamar fuq mezzi tal-midja.

Project Green – spiża fuq billboards

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f’pubbliċità għall-proġett ‘Project Green’ permezz ta’ billboards mill-1 ta Jannar 2022 sal-31 ta Marzu 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green hija aġenzija li twaqqfet f’Jannar li għadda biex twettaq investiment ambjentali bla preċdent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin, biex noħolqu aktar spazji ħodor miftuħa kif ukoll intejbu oħrajn eżistenti madwar il-pajjiż. Sa Marzu, din l-aġenzija ma daħlet f’ebda spiża f’pubbliċità permezz ta’ billboards.

Project Green – spiża fuq siġar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża relatata ma’ xiri ta’ siġar għall-proġett ‘Project Green’ mill-1 ta Jannar 2022 sal-31 ta’ Marzu 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green hija aġenzija li twaqqfet f’Jannar li għadda biex twettaq investiment ambjentali bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin, biex noħolqu aktar spazji ħodor miftuħa kif ukoll intejbu oħrajn eżistenti madwar il-pajjiż. Matul l-ewwel tliet xhur, Project Green investiet €32,000 biex ħawlet 3,500 siġra u arbuxelli f’diversi lokalitajiet. Dan jirrappreżenta żieda ta’ kważi 270% fl-ispiża medja mensili għal xiri ta’ siġar meta mqabbla ma’ dik tal-2022. It-tħawwil ta’ siġar li sar mill-aġenzija jinkludi madwar 1,000 siġra indiġena u 1,850 arbuxell li tħawlu fil-Park tal-Familja f’Bengħajsa. Tħawlu wkoll 220 siġra u arbuxell fl-estensjoni ġdida tal-Park ta’ San Klement f’Ħaż-Żabbar, 30 siġra fl-Imdina, 60 siġra fil-Mosta, 82 siġra fil-Wied ta’ Santa Katarina, 160 arbuxell fi Ġnien Victor Calvagna u aktar minn 100 siġra oħra f’Ta’ Qali. L-ispeċi tas-siġar huma varji bħalma huwa Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Żafżaf, Rand, Ballut u Prinjol fost oħrajn. Dawn is-siġar jikkumplimentaw xejn inqas minn 20,000 metru kwadru ta’ spazji miftuħa ġodda li Project Green inawgurat fil-ftit żmien kemm ilha mwaqqfa.

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – pubblikazzjoni tal-ktieb Mein Führer Adolf Hitler

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-ktieb bl-isem 'Mein Führer Adolf Hitler' ingħata xi appoġġ u/jew għajnuna finanzjarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u jekk fl-affermattiv, fiex u f’kemm f’termini ta’ flus kienet din l-għajnuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iddisassoċċja ruħu mill-ktieb u l-kontenut tiegħu. Ninsab infurmat ukoll li l-entita msemmija ma tgħat l-ebda għajnuna finanzjara u l-ebda appoġġ biex il-ktieb jiġi ppublikat, tant hu hekk li l-entita ma kinitx konxja tal-ktieb imsemmi.

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ traffikar ta’ droga fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-qorti fuq każijiet ta’ traffikar ta’ drogi mit-taqsima ta’ kontra Drogi, mis-sena 2018 sas-sena 2022 kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt: Drug Squad 2018 2019 2020 2021 2022 Numru ta' persuni mressqa l-Qorti fuq każijiet ta’ traffikar 109 164 97 115 88

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ feriti ta’ natura gravi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ feriti ta’ natura gravi rrapportati fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ feriti gravi rrappurtati lill-Pulizija kienu kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt. Sena Ammont 2008 180 2009 160 2010 165 2011 161 2012 147 2013 176 2014 136 2015 161 2016 164 2017 150 2018 148 2019 167 2020 152 2021 132 2022 168

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ feriti ta’ natura ħafifa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ feriti ta’ natura ħafifa rrapportati fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ feriti ta’ natura ħafifa rrappurtati lill-Pulizija kienu kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt. Sena Ammont 2008 826 2009 795 2010 878 2011 947 2012 885 2013 783 2014 854 2015 765 2016 737 2017 729 2018 744 2019 759 2020 625 2021 611 2022 678

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ ħasil ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ ħasil ta’ flus irrapportati fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-każijiet ta’ ħasil ta’ flus irrapportati huma kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt: Sena Ammont 2006 1 2007 0 2008 0 2009 0 2010 0 2011 0 2012 3 2013 2 2014 2 2015 17 2016 30 2017 23 2018 64 2019 85 2020 138 2021 202 2022 139

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ serq, irrappurtati lill-Pulizija huwa kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt: Sena Ammont 2008 8127 2009 6843 2010 7769 2011 8520 2012 8690 2013 8469 2014 8198 2015 8653 2016 8821 2017 8255 2018 6528 2019 6631 2020 4578 2021 4478 2022 4612

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rrapportati fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi r-rapporti ta' vjolenza domestika kienu kif jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt. F’Ottubru 2020 twaqqfet Taqsima ta’ kontra l-Vjolenza Domestika u l-vjolenza a bażi tal-ġeneru fejn għall-ewwel darba vittmi ta' vjolenza domestika u vjolenza a bażi tal-ġeneru bdew jirċievu servizz minn uffiċjali mħarrġa għal dan l-għan. Dan kien akkumpanjat minn kampanja sabiex vittmi jersqu 'l quddiem u jirrappurtaw. Sena Ammont 2008 450 2009 543 2010 659 2011 848 2012 1028 2013 1024 2014 1048 2015 1205 2016 1272 2017 1257 2018 1341 2019 1325 2020 1645 2021 1741 2022 1830

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ ħsara volontarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ ħsara volontarja rrapportati fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ ħsara volontarja rrapportati lill-Pulizija huwa kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt: Sena Total 2008 2035 2009 1729 2010 1867 2011 1718 2012 1706 2013 1681 2014 1679 2015 1505 2016 1538 2017 1359 2018 1413 2019 1356 2020 1122 2021 1205 2022 1205

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' frodi rrapportati fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ frodi rrappurtati lill-Pulizija bejn is-snin 2018 u l-2022 huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Sena 2018 2019 2020 2021 2022 Ammont 1032 821 811 2376 1562

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ bon ordni u paċi pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bon ordni u paċi pubbliku rrapportati fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ ksur ta’ bon ordni u paċi pubbliku b’diversi modi rrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit tabella riprodotta hawn taħt: Sena Ammont 2008 598 2009 674 2010 579 2011 615 2012 532 2013 515 2014 494 2015 493 2016 403 2017 393 2018 384 2019 396 2020 396 2021 372 2022 388

Ħ’Attard – Central Link – ċitazzjonijiet ta’ over speeding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet ta' over speeding fis-Central Link, f’Ħ’Attard mill-Pulizija u/jew mill-Uffiċjali tal-LESA (fil-biċċa ta' bejn il-pompa tal-petrol li tinsab quddiem il-Palazz ta' San Anton u Wied Inċita) fis-snin 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' ċitazzjonijiet dwar overspeeding, bl-użu ta' speed guns li nħarġu mill-pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku fit-triq imsemmija minn Diċembru 2021 sal-25 ta' Ottubru ta' din is-sena, kien ta' disa’ mija u sitta u tletin (936).

Ħ’Attard – Central Link – miżuri biex jiġi kkontrollat l-overspeeding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Pulizija u/jew il-LESA sabiex jiġi kkontrollat l-'over speeding' fis-Central Link, f’Ħ’Attard fil-biċċa ta' bejn il-pompa tal-petrol li tinsab quddiem il-Palazz ta' San Anton u Wied Inċita?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-miżuri prinċipali li qed jittieħdu kemm mill-Pulizija kif ukoll mill-uffiċjali tal-LESA biex jiġi kkontrollat l-over speeding fis-Central Link, f’Ħ’Attard fil-biċċa indikata mill-Onor. Interpellant, hu permezz ta’ preżenza aktar frekwenti ta' uffiċjali miż-żewġ awtoritajiet bħala mezz ta' prevenzjoni u kontroll, u bi ħruġ ta' ċitazzjonijiet kif u meta jkun hemm il-ħtieġa.