Persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija ta’ Malta akkużati bi traffikar tad-droga, mill-1 ta Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2023 u l-31 ta’ Mejju 2023, il-Pulizija ressqet disgħa u għoxrin persuna l-Qorti, fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga.
Investigazzjonijiet dwar allegazzjonijiet ta’ frame-up
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inbdewx investigazzjonijiet mill-pulizija dwar jekk jeżistix każ ta’ frame-up tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux minn fejn oriġina dan il-pjan ta’ frame-up u min hemm warajh?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Ambaxxatur tal-Istat ta’ Iżrael għal Malta – ittra tal-kredenzjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta se tkun qed tiġi ppreżentata l-ittra tal-kredenzjali lill-persuna indikata bħala Ambaxxatur tal-Istat ta’ Iżrael għal Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur tal-Istat ta’ Iżrael ħa jkun qed jippreżenta l-ittra tal-kredenzjali tiegħu waqt ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-kredenzjali ippjanata għall-11 ta’ Lulju 2023 mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa Ħal Għargħur mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm erba’ (4) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalita’ ta’ Ħal Għargħur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa s-Swieqi mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm għoxrin (20) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalita’ tas Swieqi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa San Ġwann mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm sebgħa u għoxrin (27) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalita’ ta’ San Gwann.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kien hemm bosta persuni li akkwistaw iċ- Ċittadinanza Maltija permezz ta’ reġistrazzjoni jew naturalizazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew akkużati mill-pulizija bir-reat ta' ħasil ta’ flus mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi peress illi il-prosekuzzjoni ta’ persuni li jiġu akkużati bir-reat ta' ħasil ta’ flus huwa l-mandat tal-Avukat Ġenerali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti irregolari li waslu Malta mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar u d-dsatax ta' Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 112 immigranti rregolari li waslu f'Malta. Minkejja ż-żmien qasir, l-awtoritajiet Maltin diġà rnexxielom jibgħatu lura lejn pajjiżhom 26 persuna minn dawn il-persuni wara li jew ma kwalifikawx għall-ażil jew għażlu r-ritorn volontarju, filwaqt li 35 persuna oħra huma fil-proċess li jkunu ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu taghhom. Infurmat ukoll li hemm numru ta' persuni li għadhom fil-proċess tal-ażil, filwaqt li oħrajn huma pendenti l-clearence mill-public health.
AFM — Army Complaints Committee Report (2) - rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu implimentati r-rakkomandazzjonjiiet kollha li hemm fl-Army Complaints Committee Report (2) li kellu fil-pussess tiegħu għal diversi snin dwar eks membri tal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern huwa kommess li jkompli jsewwi inġustizzji ta' Gvern preċedenti. Ġew magħluqa tlett bordijiet ta' inġustizzji, u meta jkun konkluż ir-raba’ bord kulħadd ikun infurmat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa Birkirkara mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm wieħed u sebgħin (71) ka¿ijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalita’ ta’ Birkirkara.
Jista l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa Ħal Lija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm erba’ (4) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalita’ ta’ Hal Lija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa Ħal Balzan mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm sitt (6) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil-lokalità ta’ Ħal Balzan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa l-Iklin mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm tlett (3) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalità tal-Iklin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa l-Imsida mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm sitta u sebgħin (76) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalità tal-Imsida.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jiġi jiswa l-"Pocket garden" Green Shelter imħabbar ftit tal-ġranet ilu għal ġewwa l-Gżira?
Response (DALLI, MIRIAM)
F’Jannar li għadda, ftit jiem biss wara li twaqqfet Project Green, nedejna l-Community Greening Grant - l-ikbar skema li qatt rajna s’issa f’pajjiżna għal proġetti ambjentali. Din l-iskema ser tissarraf f’€10 miljun lill-komunità biex jitwettqu proġetti ambjentali li jagħmlu differenza pożittiva u reali fil-lokalitajiet. Fl-istess ħin qed naħdmu fuq proġetti kbar filwaqt li komplejna niftħu spazji miftuħa ġodda u riġenerati. F’anqas minn ħames xhur diġà tajna 32,000 metru kwadru
Bis-16-il proġett f’din l-ewwel sejħa tal-iskema, hu stmat li ser noħolqu żoni mħaddra li jistgħu jilħqu 110,000 persuna, f’temp ta’ 10 minuti mixi. Dawn il-proġetti jammontaw għal 80,000 metru kwadru ta’ spazji mħaddra ġodda – jiġifieri 10 darbiet daqs il-Fosos tal-Floriana. Uħud minnhom se jsiru fuq artijiet li setgħu ġew żviluppati għall-bini u li issa se jinbidlu f’pulmuni t’arja nadifa. Intgħażlu proġetti li juru firxa ta’ inizjattivi differenti u li se jwasslu għat-tħawwil t’aktar minn 6,400 siġra.
Il-proġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa dak ta’ Green Shelter li ġie propost mill-Kunsill Lokali tal-Gżira. Dan il-proġett, li huwa stmat li ser isir b’investiment ta’ madwar €170,000, se jsebbaħ b’mod kreattiv iż-żona ta’ madwar waħda mill-waqfiet għall-karozzi tal-linja li l-aktar jintużaw mill-pubbliku, biex nagħtu esperjenza isbaħ lil dawk li jużaw mezzi sostenibbli tal-ivvjaġġar.
L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jinħoloq spazju aħdar permezz ta’ disinjar mill-ġdid ta’ din il-waqfa għat-trasport pubbliku. Iż-żona tal-parkeġġ ser tinbidel fi spazju pedonali imsebbaħ b’siġar u arbuxelli, biex jinħoloq green shelter fil-qalba tal-lokalità tal-Gżira.
Apparti li ninkoraġġixu tip ta’ mobilità differenti, dan il-proġett se jkun qed iservi wkoll ta’ mudell għal waqfiet oħrajn għall-karozzi tal-linja f’żoni urbani madwar il-pajjiż.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7904, tista’ l-Ministru tgħid min ħallas u kemm tħallas għall-billboard ġewwa x-Xemxija bil-kliem "Inwettqu Flimkien - Spazji Miftuħa Ġodda - project.green"?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-billboard li qed jirreferi għalih ma sarx mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża jew minn xi entità li taqa’ taħtu.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ittellgħu billboards bil-kliem "Inwettqu Flimkien - Spazji Miftuħa Ġodda - project.green" u kemm sewa dan ir-reklamar fuq dawn il-billboards?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li għadni kemm tajtu għall-mistoqsija parlamentari 8305.
Uffiċċju ta' Koordinament ta' Malta fil-Libja — spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa lill-Gvern Malti sal-lum l-uffiċċju ta’ koordinament ta’ Malta li nfetaħ ġewwa l-Libja in segwitu għall-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Libja tat-28 ta Mejju 2020 dwar il-ġlieda tal-immigrazzjoni illegali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-uffiċċju ta’ kordinament li nfetaħ ġewwa l-Libja in segwitu għall-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Libja fit-28 ta Mejju 2020 ma sewa xejn lill-Gvern Malti għax ġie finanzjat mill-Awtoritajiet Libjani.