Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karti tal-Identità mibdula

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbidlu Karti tal-Identità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma distrett b'distrett?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista maqsuma skont il-lokalitajiet ta’ kemm kien in-numru ta’ karti tal-identità pendenti biex jiġġeddu, f’Mejju 2024, kemm iġġeddu sat-13 ta’ Frar 2025 u kemm fadal biex jiġġeddu.

Karti tal-Identità li għad iridu jinbidlu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fadal Karti tal-Identità li għad iridu jinbidlu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma distrett b'distrett?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25472.

TCNs — Permessi ta’ residenza ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta’ residenza għall-ewwel darba lil persuni li ġew minn pajjiżi terzi (TCN) matul is-sena 2024, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2024 il-popolazzjoni f’Malta, u cioe’ il-permessi ta’ residenza ta’ persuni barranin, kemm dawk li ġejjin minn l-Unjoni Ewropea u dawk minn barra l-Unjoni Ewropea, stabbiliżżat. Dan jirrifletti l-politika li qed jaddotta l-Gvern, inkluż bid-deciżjonijiet marbuta mar-riforma tat-temping agencies u anke deciżjonijiet oħra marbuta mas-settur ta’ food delivery u cabs fost oħrajn. Dan hekk kif f’dan il-perjodu kien hemm rata ogħla ta’ retention u tiġdid ta’ permessi ta’ residenza, filwaqt li kien hemm anqas applikazzjonijiet ġodda ta’ persuni barranin. Fl-aħħar ġimgħat ġiet imnedija l-Malta Labour Migration Policy għall-konsultazzjoni illi fost l-oħrajn għandha l-għanijiet illi diġa bdew jiġu milħuqa fis-sena 2024, u cioe’ aktar kontroll, aktar retention u aktar mi¿uri li jiġġieldu l-abbuż tal-ħaddiema. Ninsab infurmat illi meta wieħed iqabbel il-figuri tal-31 ta’ Diċembru tas-sena 2023 mal-31 ta’ Diċembru tas-sena 2024 mas-sena ta’ qabel, jirriżulta li ż-żieda netta ta’ permessi ta’ residenza validi għal persuni ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea (third country nationals) fl-2024 maħruġa minn Identita’ kienet ta’ 668. Infurmat li fl-istess perjodu ukoll kien hemm żieda ta’ 4073 permess ta’ residenza, maħruġa wkoll minn Identita’ wara process ta’ Residenza Malta relatati ma’ Malta Permanent Residence Programme (MPRP), Malta Residency and Visa Programme (MRVP), Malta Residency and Visa Programme, u l-iskema NOMAD. Residenza Malta toffri triq ta’ migrazzjoni lil individwi minn pajji¿i terzi ta’ kondotta tajba, biex jinvestu f’Malta jew biex jaħdmu b’mod remot minn Malta, għal kumpaniji jew klijenti reġistrati barra minn Malta. Infurmat li fl-2024, l-Aġenzija ġġenerat aktar minn €132 miljun fl-ekonomija Maltija. Infurmat li l-programm ta’ residenza b’investiment – il-Malta Permanent Residence Programme (MPRP) is-sena l-oħra laqa’ 1,500 applikazzjoni u ġġenera €46 miljun fil-Fond Konsolidat, €50 miljun f’kuntratti ta’ kiri fuq ba¿i ta’ ħames snin u €36 miljun f’xiri ta’ proprjetà. Infurmat li fl-2024, in-Nomad Residence Permit laqa’ 1,031 applikazzjoni. B’salarju annwali medju ta’ €76,000 dawn in-Nomadi għandhom potenzjal ta’ nfieq sinifikanti. Huwa stmat li nefqa konservattiva ta’ €5 miljun minn madwar 542 Nomadu f’pajjiżna fl-2024. Ukoll infurmat li jirriżulta illi l-permessi netti ta’ document ta’ residenza validi fis-sena 2024 għal EU & EEA/Swiss naqas b’2227 permess ta’ residenza. Waħda mill-miżuri proposti fil-Malta Labour Migration Policy hija illi kwalunkwe vakanza tax-xogħol jeħtieg tkun irriklimata l-ewwel fuq is-sit ta’ Jobsplus għall-Maltin u anke fuq is-sit ta’ EURES għaċ-ċittadini Ewropej. Biex nagħti spjegazzjoni iktar dettaljata, skont it-tagħrif li ngħadda lili mill-entitajiet relevanti, minbarra t-total ta’ 4741, skont l-aħħar data miġbura minn Identita’ dwar n-numru ta’ permessi ta’ residenza għall-ewwel darba lil persuni li ġew minn pajjiżi terzi turi li s-sena l-oħra inħarġu total ta’ 33455, li minnhom 4073 huma relatati ma’ Malta Permanent Residence Programme (MPRP), Malta Residency and Visa Programme (MRVP), Malta Residency and Visa Programme, u l-iskema NOMAD kif spjegat. Fl-istess żmien skadew u/jew ġew revokati 25433, permess ta’ residenza għall-TCNs, u 52661 ġew imġedda. Dan ma jinkludix dawk li kien hemm bidla fit-tip ta’ permess jew kellhom permess li huwa ta’ aktar minn sena waħda. Fir-rigward ta’ persuni ġejjin minn pajjiżi fl-EU, s-sena l-oħra nħarġu total ta’ 5811 dokument ġdid ta’ residenza, skadew jew ġew revokati 6662 permess u ġew imġedda 4310. Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi EEA ma għandhomx bżonn permess ta' residenza sabiex jirrisjedu f'Malta. Dawn jinħarġilhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni f'forma ta' dokument ta' residenza. Tajjeb li wieħed jiċċara li d-Direttiva għal Moviment Ħieles (i) tobbliga lil kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea sabiex jikseb ċertifikat ta' reġistrazzjoni jekk ikun se joqgħod aktar minn tliet xhur f'Membru Stat, u (ii) ma tobbligax lil dawn il-persuni sabiex jikkanċellaw iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni meta ma jibqgħux jgħixu f'Malta. Dan ifisser li n-numru ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea li attwalment jgħixu f'Malta bħalissa huwa anqas minn dak indikat fl-istatistika dwar id-dokumenti. Infurmat li din id-data titqies bħala data preliminari, li tista’ tiġi riveduta fiż-żmien li ġej hekk kif aktar informazzjoni tiġi konkluża.

Persuni mill-Unjoni Ewropea — Permessi ta’ residenza ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta’ residenza għall-ewwel darba, lil persuni li ġew mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2024, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25116.

Persuni mill-Unjoni Ewropea — Tiġdid ta’ permessi ta’ residenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imġedda permessi ta’ residenza lil persuni li ġew mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2024, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25116.

Aġenzija Identità — Impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Aġenzija Identità matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsabi nfurmat li matul l-2024 kienu ngaġġati total ta’ 58 impjegat li kienu meħtieġa kemm biex jagħmlu tajjeb għall-impjegati li mxew għal karrieri oħra, kif ukoll minħabba t-tisħiħ ta’ ċertu servizzi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Nefqa fuq xorb

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kienet in-nefqa f’xorb alkoħoliku u kull tip ta’ xorb ieħor li saret mill-Ministeru fis-sena 2023 u fis-sena 2024 sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ambaxxaturi Residenti u mhux resident — Okkażżjoni tas-60 sena anniversarju tal-Indipendenza - Nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21543, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jagħti rendikont dwar kemm ħareġ flus il-Ministeru għal kull attività organizzata fid-diversi Ambaxxati fl-Okkażjoni tas-60 sena anniversarju tal-Indipendenza, kemm inġabru fi sponsors għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet, min kienu l-isponsors u kemm ħallas kull sponsor?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dwar kemm ħareġ flus il-Ministeru għal kull attività organizzata fid-diversi Ambaxxati fl-Okkażjoni tas-60 sena anniversarju tal-Indipendenza, kemm inġabru fi sponsors għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet, min kienu l-isponsors u kemm ħallas kull sponsor. Kull missjoni tassumi responsabbiltà sħiħa mill-Kap tal-istess missjoni dwar l-isponsors miksuba.

Ambaxxaturi Maltin — Sponsors - Linji gwida

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid x’inhuma l-linji gwida li għandhom l-Ambaxxaturi Maltin sabiex jaċċettaw sponsors għal xi attività jew okkażjoni organizzata mill-Ambaxxata?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Ambaxxata tiġi mitluba tibgħat programm tal-attivitajiet kollha li se tkun qed torganizza, li jinkludi rendikont tal-ispejjez involuti għal kull attivita’ u kif dawn se jiġu ffinanzjati. F’kaz li dawn l-attivitajiet se jiġu ffinanzjati kollha minn fondi pubbliċi, l-Ambaxxati jridu jikkonfermaw li għandhom fondi allokati bizzejjed. F’kaz li l-attivitajiet se jiġu ffinanzjati permezz ta’sponsors, l-Ambaxxati jridu jissottomettu rendikont tal-ispejjez u kif dawn se jiġu ffinanzjati minn sponsors u min huma dawn l-isponsors, għall-approvazzjoni tal-Ministeru. Kull missjoni tassumi responsabbilta' sħiħa mill-Kap tal-istess missjoni dwar l-isponsors miksuba.

MOU — Montenegro - Training Diplomatiku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MOU) iffirmat mal-Montenegro dwar Training Diplomatiku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil l-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MOU) iffirmat mal-Montenegro dwar Training Diplomatiku.

Infrastructure Malta — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew impjegati/ingaġġati f'Infrastructure Malta mill-15 ta’ Lulju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'inhi l-kariga ta’ kull persuna hekk impjegata/ingaġġata f'dan iż-żmien, x'inhu l-ħlas li qed jirċievu kull wieħed/waħda għall-ħidma tagħhom, x’allowances u perkaċċi oħra għandhom u kemm minn dawn il-persuni ingaġġati/impjegati huma irġiel u kemm nisa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet kollha huma fi ħdan (u mħallsa) skont il-Ftehim Kollettiv tal-Aġenzija. 1 Field Officer CA_2 1 Executive (Procurement & Finance) CA_1 3 Managers (Grade 2) 2 Managers (Grade 1) Minn dawn 4 kienu nisa u 3 kienu rġiel.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Gifts reġister

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jwieġeb il-mistoqsija paramentari 21439 u jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu jinżammx ‘gifts register’ li fih jinżamm rendikont ta’ rigali li jingħata l-Ministru u/jew uffiċjali fil-Ministeru tiegħu fi żjarat u laqgħat li jkollu l-Ministru u/jew uffiċjali tal-Ministeru ma’ terzi, kemm fil-pajjiż kif ukoll barra l-pajjiż? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm items imniżżla f’dan il-gift register sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru jinżamm ‘gifts register’ li fih jinżamm rendikont tar-rigali li ningħata jien u /jew l-uffiċjali tal-Ministeru fi żjarat u laqgħat ma’ terzi kemm fil-pajjiż kif ukoll barra l-pajjiż. Dan il-‘gifts register’ fih 57 item sal-ġurnata tal-lum.

IMO – Salarju tal-Ambaxxatur

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hu s-salarju tal-Ambaxxatur ta' Malta għall-International Maritime Organization (IMO)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-International Maritime Organization (IMO) qiegħed jirċievi onorarja annwali ta’ €5,000 billi hu Ambaxxatur mhux Residenti.

IMO – Allowances u perkaċċi tal-Ambaxxatur

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm jirċievi allowances u perkaċċi oħra l-Ambaxxatur ta' Malta għall-International Maritime Organization (IMO)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-International Maritime Organization (IMO) mhu qiegħed jirċievi l-ebda allowances u perkaċċi oħra.

Ambaxxaturi Residenti u mhux residenti — attivitajiet fl-okkazzjoni tas-60 sena Anniversarju mill-Indipendenza

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid liema kienu dawk l-Ambaxxaturi Residenti u mhux residenti li organizzaw xi attività fl-okkazzjoni tas-60 sena Anniversarju mill-Indipendenza? Jista' jgħid ukoll kif dawn l-attivitajiet ġew finanzjati, u kemm swiet kull waħda minn dawn l-attivitajiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Ambaxxati li organizzaw attività fl-okkazzjoni tas-60 sena Anniversarju mill-Indipendenza, u li turi n-nefqa ta’ kull Ambaxxata. Dawn l-attivitajiet kienu ffinanzjati minn ammont ta’ flus li għaddilhom dan il-Ministeru, kif ukoll minn sponsorships li rċeviet kull Ambaxxata.

Ambaxxati — Binja proprjetà tal-Istat Malti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema huma l-binjiet barra minn Malta li jservu bħala ambaxxata ta’ Malta u huma proprjetà tal-Istat Malti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binjiet imsemmija iservu bħala missjoni ta’ Malta barra l-pajjiż u huma proprjetà tal-Istat Malti: Pajjiż Meta nxtrat il-binja Alġerija (Alġiers) 2015 Ġermanja (Berlin) 2000 Belġju (Brussel) 2004 Awstralja (Canberra) * 2000 Libja (Misurata) * 2014 Libja (Tripli) * 1969 Libja (Tripli) 2004 Ċina (Shanghai) 2015 Stati Uniti (Washington) 1967 Nazzjonijiet Uniti (New York) * 1971 Nazzjonijiet Uniti (New York) 2021 * Dawn il-binjiet bħalissa m'humiex qed jservu bħala missjoni attiva ta’ Malta, peress li jew jeħtieġu rinnovar, inkella hemm ħtieġa li jinsab użu ġdid għalihom.