Każijiet fejn persuni ġew imħarrka talli pejpju f’postijiet fejn huwa pprojbit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni li ġew imħarrka talli pejpu f'postijiet pubbliċi fejn it-tipjip huwa pprojbit matul is-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 kien hemm elfejn, mitejn u ħamsa u erbgħin (2,245) każ ta’ persuni li ġew imħarrka mill-Pulizija talli pejpu f'postijiet pubbliċi fejn it-tipjip huwa pprojbit.
Birkirkara, Iklin, Ħal Lija u Ħal Balzan – rapporti ta’ każijiet ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta’ serq ġewwa Birkirkara, Iklin, Ħal Lija u Ħal Balzan fix-xahar ta’ Jannar 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta' Jannar 2018, l-ammont ta' serq li ġie rrapurtat ġewwa Birkirkara, l-Iklin, Ħal Lija u Ħal Balzan kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:
Ħal Balzan
Birkirkara
L-Iklin
Ħal Lija
3
24
5
xejn
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żwiemel fis-sezzjoni tal-Kavallerija bħalissa u l-età ta’ kull wieħed minn dawn iż-żwiemel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-preżent fis-Sezzjoni tal-Kavallerija tal-Pulizija bħalissa hemm tlettax (13)-il żiemel. L-età tagħhom hija kif jidher hawn taħt:
3 – 20 sena
4 – 19-il sena
4 – 16-il sena
1 – 14-il sena
1 – 13-il sena
Korp tal-Pulizija – membri ta’ eta bejn is-26 u l-44 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età bejn is-26 u l-44 sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm elf, mitejn u tlieta u sittin (1,263) membru li għandhom l-età tagħhom bejn is-26 sena u l-44 sena. Minn dawn hemm sitt (6) Kuntistabbli ta' Riserva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew salvati refuġjati mill-Baħar Mediterran mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2017, il-Forzi Armati ta’ Malta salvat 689 immigrant irregolari fil-Mediterran taħt l-Operazzjoni Triton tal-Frontex u assistenza lill-Maritime Rescue Co-ordination Centre ta’ Ruma. Minn dawn, 23 ġew żbarkati f'Malta minħabba emerġenzi mediċi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – panelli fotovoltajiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemmx panelli fotovoltajiċi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija fl-istess kumpless? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu nstallati l-panelli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2017, il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ikkunsidrat li tinstalla panelli fotovoltajiċi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija fl-istess kumpless. Għaldaqstant bdiet ħidma biex naraw jekk hemmx xi skema fi ħdan l-unjoni ewropea jew lokali biex il-faċilità tingħata xi forma ta’ sussidju. Dan s’issa rriżulta fin-negattiv u minħabba restrizzjonijiet tal-fondi allokati ġie deċiż li din l-inizjattiva tiġi riveduta aktar ’il quddiem. Ta’ min isemmi li bħalissa fil-Faċilità hemm bosta proġetti kapitali li jridu jsiru u għaldaqstant il-fondi allokati qed jintużaw għal dawn il-proġetti urġenti.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm klieb fil-Canine Section tal-Korp tal-Pulizija, x’razza huma u l-età ta’ kull kelb?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tlieta u tletin (33) kelb fil-Canine Section tal-Korp tal-Pulizija, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Dettalji dwar ir-razza ta' kull kelb u l-età tiegħu jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Razza
Belgian Sheppard
19
German Sheppard
7
Labrador
3
Rottweiler
1
Springer spaniel
1
Irish Setter
1
Dutch Sheppard
1
Total
33
Korp tal-Pulizija – membri ta’ età bejn il-55 u 59 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta’ bejn il-55 u d-59 sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm mija u wieħed u tletin (131) membru, fosthom ħamsin (50) kuntistabbli ta’ riserva, li għandhom età ta' bejn il-55 u d-59 sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom l-età bejn il-45 u l-54 sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm tliet mija u ħmistax (315)-il membru, fosthom sebgħin (70) kuntistabbli ta’ riserva, li għandhom età bejn il-45 u l-54 sena.
Korp tal-Pulizija – membri li għandhom ‘il fuq minn 60 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom iktar minn 60 sena u għal kull wieħed jgħid fejn huwa stazzjonat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm tnejn u disgħin (92) membru, li minnhom tnejn u sittin (62) huma riservisti, li għandhom iktar minn 60 sena'.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq uniformijiet għall-membri tal-Korp tal-Pulizija għas-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ispiża fuq uniformijiet għall-membri tal-Korp tal-Pulizija għas-sena 2017 kienet ta' tliet mija u ħamsa u ħamsin elf, ħames mija u sebgħa u ħamsin ewro (Euro 355, 557).