Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – membri li għandhom aktar minn 60 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta’ iktar minn 60 sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fl-1 ta’ Ottubru 2018, fil-Korp tal-Pulizija hemm tmenin (80) membru tal-korp li għandhom iktar minn 60 sena.

Omiċidji li għadhom ma ssolvewx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018 u li għadhom ma ssolvewx u li dwarhom għadu ma tressaq ħadd il-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mill-każijiet ta’ omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018 sbatax (17)-il każ li għadhom ma ssolvewx u għadu ma tressaq ħadd il-Qorti, filwaqt li kien hemm 17-il każ li kienu solvuti.

Korp tal-Pulizija – każijiet ta’ vjolenza fuq membri tal-korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija rrappurtati fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza fuq membri tal-korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti akkuzati bi vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018, in-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: 2013 2014 2015 2016 2017 2018 Sa Awwissu Persuni li tressqu l-Qorti akkużati li attakkaw u ħebbew għall-Membri tal-Pulizija 83 83 70 58 85 46

Korp tal-Pulizija — sezzjonijiet ta’ taħriġ fl-użu ta’ armi minn membri fil-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sezzjonijiet ta’ taħriġ f'użu ta’ armi u sparar minn membri tal-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li nżammu tmien mija u sebgħa u għoxrin (827) sezzjoni ta’ taħriġ fi sparar lill-membri tal-Korp tal-Pulizja mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2018, kemm bħala refresher training kif ukoll għar-rekluti fl-Akkademja għal Forzi Dixxiplinati. Dan barra t-taħriġ lill-membri tar-RIU li fil-perjodu indikat, kull membru ngħata taħriġ darba kull xahar. Membri tas-SIU jitħarrġu kuljum ħlief f’okkażjonijiet fejn iċ-ċirtkustanzi ta’ xogħol ma jkunux jippermettu.

Korp tal-Pulizija –taħriġ fl-użu tal-armi minn membri fil-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2018 kellhom taħriġ fl-użu ta’ armi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant sebgħa u tletin membru tal-Korp attenda taħriġ fl-użu ta’ armi. Barra minn dan disgħa u sebgħin rekluta li bħalissa qed jagħmlu l-kors tar-reklutaġġ attendew taħriġ fl-użu ta’ armi. Kif diġà ġie rilevat fit-tweġiba għal mistoqsija oħra mill-Onor. Interpellant, il-membri attivi kollha tar-RIU u SIU jirċievu taħriġ kontinwu dwar l-użu ta 'armi tan-nar.

Korp tal-Pulizija — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta’ Jannar 2018 u kemm kien hemm membri fil-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta’ Jannar 2018 u dawk fil-31 ta’ Awwissu 2018, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Data COP DC AC SUPT INSP. SM PS/WPS PC/WPC RPC TOTAL 01.01.18 1 4 12 11 133 36 414 1467 191 2269 31.08.18 1 4 11 30 114 33 400 1448 184 2225

Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrappurtati fil-pajjiż mill-1 ta' Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każijiet ta’ serq — lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm saru rapporti ta’ serq lokalità b'lokalità, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena saru 4,574 rapport ta’ serq skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jinnota illi din is-sena kien hemm tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ rapporti ta’ serq għaliex għall-istess perjodu, fis-sena 2016 saru 6,369 rapport, filwaqt li għall-istess perjodu, fis-sena 2017 saru 5,404 rapporti.

Każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rrappurtati bejn l-1 ta’ Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6926.

każijiet ta’ vjolenza domestika — lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika, lokalità b'lokalità, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vjolenza domestika — persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa l-Qorti mill-pulizija, persuni akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li kif diġà kien spjegat fi tweġibiet għal mistoqsijiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet f'rapporti ta’ reat ta’ vjolenza domestika, il-persuni responsabbli dejjem jiġu investigati u jitressqu l-Qorti. Peress li ma tinżammx sistema elettronika ta’ dawn ir-reati bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija, mhux possibbli li jingħataw figuri eżatti ta’ kemm minn dawk responsabbli tressqu l-Qorti.

Każijiet ta’ omiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghaldaqstant it-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Garaxx tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-uffiċjal tal-Pulizija fil-Garage tal-Pulizija li preżentament huwa responsabbli mill-istess garaxx?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi preżentement l-Ispettur Anthony Agius huwa l-uffiċjal tal-Pulizija responsabbli mill-Garage tal-Pulizija taħt is-superviżjoni tad-Deputat Kummissarju responsabbli minnu.

Persuni mressqa l-Qorti fuq akkużi li kienu fil-pajjiż illegalment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija akkużati li kienu fil-pajjiż illegalment fis-sena 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2002, wara tibdil fil-Liġi tal-Immigrazzjoni, ma baqax reat li persuni ta' pajjiżi terzi jkunu Malta illegalment u allura dawn ma jitressqux il-Qorti. Madankollu dawn jintbagħtu lura pajjiżhom wara proċess amministrattiv fejn tinħareġ Deciżjoni ta' Ritorn mill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni. Matul is-sena 2017 kien hemm mija u disgħin (190) persuna minn pajjiżi terzi li nstabu illegalment Malta u ħarġitilhom id-Deciżjoni ta' Ritorn imsemmija. Ma’ dawn kien hemm ukoll mitejn u tnejn u tmenin (282) persuna minn pajjiżi terzi li nstabu li kienu wkoll fil-pajjiż illegalment meta kienu ser jitilqu minn dawn il-Gżejjer għal pajjiżi barra miż-żona Schengen, u għalhekk dawn ukoll ħarġitilhom l-istess deciżjoni qabel it-tluq.

Depot tal-Pulizija – persuni li huma nkarigati mit-tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min isir it-tindif ġewwa d-Depot tal-Pulizija? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li huma inkarigati u impjegati biex jagħmlu dan it-tindif u x’inhuma l-ħinijiet u r-rosters tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi waqt li huwa d-dmir ta’ kull membru tal-Korp li jżomm il-post tax-xogħol tiegħu nadif u dan jinkludi d-Depot tal-Pulizija, f'dan il-lokal hemm ukoll sitt persuni li huma membri tal-Korp li minħabba l-kobor tal-post u s-sezzjonjiet diversi, jagħmlu xogħol ta' tindif. Dwar ħinijiet, erbgħa (4) minnhom jaħdmu bejn is-6.30 am u t-3.30 pm mit-Tnejn sal-Ġimgha. Persuna li hija riservista taħdem mis-6.00 am sa nofsinhar u riservista ieħor jaħdem mis-7.00 am sas-siegħa ta' wara nofsinhar. Qed tiġi evalwata bidla f’diversi setturi tal-Korp tal-Pulizija biex ċertu xogħol jibda jsir minn civilians.

Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija li għandhom xufier magħhom — qadi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk l-uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija li għandhom xufier, jekk huwiex permess li dawn ix-xufiera jagħmlu l-qadi privat tal-uffiċjal li miegħu jkunu assenjati bħal xiri u twassil ta’ membri tal-familja minn post għall-ieħor?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi xufiera li huma assenjati ma’ uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija, jagħmlu dak ix-xogħol skont l-esiġenzi tas-servizz, kif assenjat mill-istess Uffiċjal.

Xufiera uffiċjali tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera ta’ uffiċjali tal-Pulizija humiex obbligati li jidħlu għax-xogħol mal-istess uffiċjal anke meta l-istess uffiċjal ikun frank?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi kif dejjem kienet il-prassi, ix-xufiera ta’ uffiċjali tal-Pulizija jaħdmu xift li hu differenti minn dak tal-fizzjali li jkunu magħhom. Għaldaqstant huma obbligati li jidħlu għax-xogħol meta l-istess uffiċjali jkunu franki, prinċipalment għax ikun jum tax-xogħol normali tagħhom u anke peress illi uffiċjali obbligati li jidħlu xogħol fil-frank, jekk iċ-ċirkustanzi ta' xogħolhom hekk jitolbu.

Korp tal-Pulizija – membri li jgħallmu fl-Akkademja tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jgħallmu fl-Akkademja tal-Pulizija? Jista’ jippreżenta lista ta’ dawn il-persuni u s-suġġetti li jgħallmu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi hemm tmienja u ħamsin (58) membru tal-Korp tal-Pulizija li għallmu fl-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati matul is-sena 2017.

Korp tal-Pulizija – membri li jgħallmu fl-Akkademja tal-Pulizija — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Korp tal-Pulziija li jgħallmu fl-Akkademja jitħallsux extra għal tali tagħlim li jgħallmu? Jista’ jgħid kemm tħallas kull uffiċjali li jgħallem fl-Akkademja fis-sena 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li jgħallmu fl-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati, jitħallsu extra għat-tagħlim li jgħallmu. Ir-Rata tal-ħlas għal lectures li jsiru matul il-ħinijiet normali tax-xogħol hija ta’ € 8.74 kull siegħa, filwaqt li għal lectures li jsiru barra l-ħin normali tax-xogħol hija ta’ € 16.00 kull siegħa.