Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qed iservu sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed iservu sentenza ta’ ħabs?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin, hemm erbgħa mija u tlieta (403) persuni li qed iservu sentenza ta’ ħabs.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin xahar b’xahar minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ priġunieri nisa ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minn Jannar 2018 sa Settembru 2018 huwa kif indikat: Jannar 60 Frar 61 Marzu 62 April 61 Mejju 60 Ġunju 59 Lulju 61 Awwissu 60 Settembru 59

Qorti — Persuni mressqa l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infrmat li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018 tressqu sebgħa u tmenin (87) persuna l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga.

Korp tal-Pulizija – vetturi għall-użu tal-għases

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-Korp tal-Pulizija li huma assenjati għal użu tal-għases tal-pulizija, distrett b’distrett?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi fil-Korp tal-Pulizija li huma assenjati għall-użu tal-għases tal-pulizija, distrett b’distrett huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Distretti tal-Pulizija Numru Distrett 1 4 Distrett 2 3 Distrett 3 4 Distrett 4 4 Distrett 5 3 Distrett 5A 1 Distrett 6 4 Distrett 6 A 4 Distrett 7 5 Distrett 8 4 Distrett 9 2 Distrett 9A 4 Supt. Distrett 10 14

Korp tal-Pulizija – karozzi assenjati lil fergħat fil-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi li huma assenjati lil diversi fergħat fil-Korp tal-Pulizija, fergħa b'fergħa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li hemm 232 vettura u 92 mutur li huma assenjati lil diversi fergħat fil-Korp tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija — Lista ta’ direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li kien hemm 26 direct order li ngħataw mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018. Dawn id-direct orders kienu kollha approvati u flimkien jammontaw għal € 868,344. Għal raġuni ta’ sigurtà mhux possibbli li jingħataw aktar dettalji.

Każijiet ta’ hate crime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet rrappurtati ta' hate crime mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li t-tagħrif ġeneriku hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant sal-lum ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għalhekk ma jistax jingħata. Sadanittant jien infurmat li qed isir update tas-sistema mill-MITA. Barra minn hekk jidher li persuni tressqu taħt akkużi simili jew kumplimentari.

Persuni mressqa l-Qorti fuq hate crimes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti akkuzati b'hate crimes mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6950.

Każijiet ta’ traffikar ta’ drogi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ traffikar ta’ drogi li nqabdu mill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bejn 1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Awwissu 2018 kien hemm tmienja u tmenin (88) każ ta’ traffikar ta’ drogi li nqabdu mill-Pulizija.

Korp tal-Pulizija – membri li għandhom inqas minn 40 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta’ inqas minn 40 sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fl-1 ta’ Ottubru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm elf, tliet mija u disgħa u sebgħin (1379) membru li għandhom età ta’ inqas minn 40 sena.

Korp tal-Pulizija – membri ta’ età bejn 40 u 60 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta’ bejn 40 sena u 60 sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi sal-1 ta’ Ottubru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm seba’ mija u tnejn u sittin (762) membru li għandhom età ta’ bejn 40 sena u 60 sena.

Korp tal-Pulizija – membri ta’ sess femminil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li huma ta’ sess femminili?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li sas-26 ta’ Settembru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm erba’ mija u tlieta u ħamsin (453) membru li huma ta’ sess femminili.

Korp tal-Pulizija – twaqqif ta’ childcare centres għal membri fil-korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqfu childcare centres għal tfal żgħar ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent m’hemmx il-ħsieb li jitwaqqfu childcare centres għal tfal żgħar ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija.

Għases tal-Pulizija – investiment f’modernizzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għases tal-pulizija li fihom sar investiment ta’ modernizzar, upgrading u tiġdid fis-sena 2018? Jista’ jgħid liema kienu dawn l-għases u kemm kienet l-ispiża ta’ investiment f’kull waħda minn dawn l-għases, waħda waħda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien hemm ħamsa u għoxrin (25) għassa tal-pulizija li fihom sar investiment ta’ modernizzar, upgrading u tiġdid, liema xogħol jibqa’ għaddej. L-għases huma dawk elenkati fit-tabella t’hawn taħt li ħdejhom hemm stima ta’ kemm kienet l-ispiża ta’ investiment f’kull waħda. Sar ħafna xogħol mit-Taqsima tas-Snajja fi ħdan il-korp barra minn xogħol ieħor li sar mill-kuntratturi. Dawn l-ispejjeż u x-xogħol ma jinkludix dak li sar f’sezzjonijiet oħra tal-Korp. Reġjun A Valletta Eur. 1900 Qormi Eur. 2516 Żebbuġ Eur. 1800 Raħal Ġdid Eur. 1900 Fgura Eur. 1450 Bormla Eur. 530 Ħaż-Żabbar Eur. 800 Żejtun Eur. 2500 Ħal Għaxaq Eur. 2300 Birżebbuġa Eur. 1200 Żurrieq Eur..1900 Reġjun B: Sliema Eur. 1500 Msida Eur. 1300 San Ġiljan Eur. 7500 San Ġwann Eur. 1000 Ħamrun Eur. 800 Rabat Eur..4200 Birkirkara Ongoing Balzan Eur..1800 Naxxar Eur. 9500 Qawra Eur. 7500 San Pawl il-Baħar Eur. 2300 Mellieħa Eur. 3200 Għawdex Rabat Għawdex Eur.1500 Żebbuġ Eur. 800

Korp tal-Pulizija – użu ta’ body cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li llum għandhom u jistgħu jagħmlu użu minn body cameras fil-ħidma tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li hemm tlieta u għoxrin (23) membru fil-Korp tal-Pulizija li għandhom u jistgħu jagħmlu użu minn body cameras fil-ħidma tagħhom. Dan hu proġett pilota qabel ħafna aktar membri tal-korp jingħataw din il-faċilita’ fix-xhur li ġejjin.

Korp tal-Pulizija – membri li telqu mill-Korp qabel għalqu 25 sena servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw u telqu mill-Korp mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018 u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta’ servizz fil-Korp?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awissu 2018 spiċċaw sbatax (17)-il membru tal-Korp li rriżenjaw u telqu u li ma kinux għadhom għalqu l-25 sena servizz.

Korp tal-Pulizija – membri li telqu mill-Korp wara li għalqu 25 sena servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li telqu mill-istess Korp mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2018 wara li għalqu l-25 sena servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 t’Awwissu 2018 spiċċaw disgħa u tletin (39) membru tal-Korp wara li għalqu l-25 sena servizz.

Korp tal-Pulizija – membri li telqu mill-Korp qabel għalqu 25 sena servizz fl-2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw u telqu mill-Korp fl-2017 u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta’ servizz fil-Korp?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2017 kien hemm erbgħa u għoxrin (24) membru full time fil-Korp tal-Pulizija, li rriżenjaw u telqu mill-Korp u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta’ servizz.

Korp tal-Pulizija – membri li telqu mill-Korp wara li għalqu 25 sena servizz fl-2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li telqu mill-istess Korp fis-sena 2017 wara li għalqu l-25 sena servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2017, spiċċaw erbgħa u sebgħin (74) membri tal-Korp tal-Pulizija, wara li għalqu l-25 sena servizz.

Korp tal-Pulizija – Membri li għandhom aktar minn 25 sena servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija preżentement li għandhom aktar minn 25 sena servizz fil-Korp?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi sat-28 ta’ Settembru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm mija u tlieta u disgħin (193) membru li għandhom aktar minn 25 sena servizz fil-Korp.