Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ambaxxatur Malti għal-Libja - Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu mill-Ministeru meta sar jaf bl-investigazzjoni tal-Ambaxxatur Malti għal-Libja li qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija Maltija dwar reati kriminali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 1002.

Ambaxxatur Malti għal-Libja - Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet a konoxxenza tal-Ministeru, li l-Ambaxxatur Malti għal-Libja qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija Maltija dwar reati kriminali u nżamm arrestat għal diversi sigħat b’rabta ma’ din l-investigazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minkejja li l-Ministeru ma wasallu ebda lment direttament, minn tagħrif li wasal għand is-Segretarju Permanenti, il-Ministeru sar jaf li l-Ambaxxatur ta’ Malta għal-Libja beda jiġi investigat mill-Pulizija Maltija fi tmiem ix-xahar ta’ Mejju. Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Ambaxxatur intalab jibqa’ Malta. Il-funzjonijiet tal-Kap tal-Missjoni f’Tripli qed jitwettqu fuq bażi interim minn uffiċjal diplomatiku anzjan fl-Ambaxxata, skont il-prattika diplomatika u r-regolamenti applikabbli. Peress li l-każ għadu taħt investigazzjoni tal-Pulizija u jinsab ukoll soġġett għal proċeduri amministrattivi interni, f’dan l-istadju mhuwiex xieraq li jingħataw aktar dettalji li jistgħu jippreġudikaw dawn il-proċessi. Is-Segretarju Permanenti beda l-proċeduri amministrattivi previsti mir-Regolamenti Dixxiplinari tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (Avviż Legali 165 tal-2023), li qed jitmexxew skont il-proċeduri stabbiliti.”

Mediċina ‘Jext 300 micrograms’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina ‘Jext 300 micrograms’ hijiex ser titpoġġa fuq il-lista ta’ mediċini b’xejn għal dawk il-pazjenti li jikkwalifikaw għaliha, u jekk iva, meta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina li qed issir referenza għaliha hi isem għal ditta kummerċjali tal- Adrenaline auto-injector, liema auto-injector iddaħħal fil-formularju f’Marzu ta’ din is-sena, f’ żewġ dożi: 150 u 300 micrograms.

Visas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid liema huma l-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom għad għandhom bżonn visa biex iżuru Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ħruġ ta’ visas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm inħarġu visas fis-snin 2023, 2024 u fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2025, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħruġ ta’ Visas - Applikazzjonijiet irrifjutati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid minn liema pajjiżi kienu ġejjin l-applikanti li lilhom ġiet irrifjutata t-talba għall-ħruġ ta’ visa fis-snin 2023, 2024 u fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jelenka l-ammont għal kull pajjiż?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħruġ ta’ Visas - Applikazzjonijiet irrifjutati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm talbiet għall-ħruġ ta’ visas li ġew irrifjutati fis-snin 2023, 2024 u fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2025, maqsuma sena b sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħruġ ta’ visas - Applikanti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid minn liema pajjiżi kienu ġejjin l-applikanti li għamlu talba għall-ħruġ ta’ visas fis-snin 2023, 2024 u fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jelenka l-ammont għal kull pajjiż?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħruġ ta’ visas – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm talbiet għall-ħruġ ta’ visas fis-snin 2023, 2024 u fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2025, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

MFHEA — Kwalifiki mhux rikonnuxxuti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26621 u 27101 u jgħid x'inhi r-raġuni li pajjiżi bħal Ġermanja u l-Awstrija mhux qed jirrikonoxxu kwalifiki akkreditati mill-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u qed jirrikonoxxu biss dawk li huma akkreditati mis-Self Accrediting Institutions jiġifieri l-Università, l-MCAST u l-ITS?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xo seduta oħra.

MFHEA — Kwalifiki mhux rikonnuxxuti

Question

Jista’ l Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26621 u jgħid x'inhi r-raġuni li pajjiżi bħal Ġermanja u l-Awstrija mhux qed jirrikonoxxu kwalifiki akkreditati mill-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u qed jirrikonoxxu biss dawk li huma akkreditati mis-Self Accrediting Institutions jiġifieri l-Università, l-MCAST u l-ITS?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Eco-contribution — Fondi miġbura - Transparenza u kontabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-mekkaniżmi u s-sistemi adottati sabiex jiġi assigurat transparenza u kontabilità fid-distribuzzjoni ta’ fondi miġbura bħala ‘eco-contribution’ u sabiex jiġi assigurat illi tali fondi verament ġew investiti fil-proġetti li għalihom ġew allokati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Eco-contribution — Allokazzjoni tal-fondi miġbura

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-‘eco-contribution’ miġbura fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, ġiet allokata sabiex: a) isiru proġetti ambjentali; b) jitnaddfu l-bajjiet; ċ) isir manteniment tal-parks nazzjonali; d) tiġi protetta d-diversità ambjentali; e) titjib tal-infrastruttura sabiex jittaffa l-impatt tat-turiżmu fuq l-ambjent; u f) jiġu promossi inizjattivi ta’ żvilupp sostenibbli b’mod partikolari fil-qasam tal-eko-turiżmu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

MFHEA — Kwalifiki mhux rikonnuxxuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li pajjiżi bħal Ġermanja u l-Awstrija mhux qed jirrikonoxxu kwalifiki akkreditati mill-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u qed jirrikonoxxu biss dawk li huma akkreditati mis-Self Accrediting Institutions jiġifieri l-Università, l-MCAST u l-ITS?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Faċilitajiet korrettivi — Minuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minuri li kienu qegħdin jiskontaw sentenza f'xi faċilità korrettiva f’Malta fis-sena 2013, fis-sena 2015 u fis-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll x'kienu l-etajiet ta’ dawn il-minuri u x’kienu r-reati li għalihom kienu nstabu ħatja tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fis-sena 2013 kien hemm erba’ minuri, wieħed ta’ 14 -il sena u tlieta ta’ 17 -il sena li kienu qegħdin jiskontaw sentenza. Fis-sena 2015 kien hemm żewġ minuri ta’ 15 u 16 -il sena rispettivament li kienu qegħdin jiskontaw sentenza. Fis-sena 2024 kienu tmien minuri li kienu qegħdin jiskontaw sentenza, tnejn kellhom l-eta ta’15 -il sena, tnejn kellhom 16 -il sena u erba’ kellhom 17 -il sena. Ir-reati li għalihom kienu ħatja kienu jinkludu: ksur ta’ Probation, ħarba mill-kustodja tal-Pulizija, disprezz tal-Qorti, offiżi relatati ma’ traffiku, Correctional Care Order, serq aggravat, ksur tal-kundizzjonijiet tal-libertà kundizzjonata, pussess ta’ dokumenti foloz, konverżjoni ta’ multa, u falsifikazzjoni ta’ passaport.

Stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni — Eco-contribution

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma miġbura bħala ‘eco-contribution’ minn stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni inkluż lukandi u guesthouses fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex għas-snin 2020-2022 jirreferi għat-tweġibiet mogħtija f’PQ 670 u PQ 7059. Id-dħul għas-sena 2023 kien ta’ €4,712,318 filwaqt li għas-sena 2024 kien ta’ €5,128,438

Eco-contribution — Fondi miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-‘eco-contribution’ miġbura fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 ġiet allokata sabiex: a) isiru proġetti ambjentali; b) jitnaddfu l-bajjiet; ċ) isir manteniment tal-parks nazzjonali; d) tiġi protetta d-diversità ambjentali; e) titjib l-infrastruttura sabiex jittaffa l-impatt tat-turiżmu fuq l-ambjent; f) jiġu promossi inizjattivi ta’ żvilupp sostenibbli b’mod partikolari fil-qasam tal-eco-turiżmu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Eco-contribution — Fondi miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-mekkaniżmi u s-sistemi adottati sabiex jiġi assigurat transparenza u kontabilità fid-distribuzzjoni ta’ fondi miġbura bħala ‘eco-contribution’ u sabiex jiġi assigurat illi tali fondi verament ġew investiti fil-proġetti li għalihom ġew allokati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Nefqa fuq xorb

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23518 u jgħid kemm kienet in-nefqa f’xorb alkoħoliku u kull tip ta’ xorb ieħor li saret mill-Ministeru fis-sena 2023 u fis-sena 2024 sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa f’xorb alkoħoliku fl-2023 u fl-2024 hija kif tidher fit-tabella ta’ hawn taħt. 2023 2024 Foreign Affairs Ministry € 368.77 € 281.45 Tourism Ministry € 865.32 € 67.50

Karti tal-Identità li jridu jinbidlu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Karti tal-Identità li jridu jinbidlu waqt il-mass roll out li qed issir fil-pajjiż bħalissa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn l-2024 u l-2025, li matulhom qed isiru dan l-eżerċizzju ta’ tibdil, iridu jinbidlu mal-165,000 karta tal-identità. Il-karti tal-identità ġodda għandhom għadd ta' karatteristiċi ta' sigurtà b'saħħithom biex l-identità tal-persuna titħares u tagħmilha aktar diffiċli biex tiġi manipulata.​ Għal kuntrarju ta' dak li ġara qabel l-2013, meta l-Maltin u l-Għawdxin kollha kellhom karta tal-identità skaduta, l-aġenzija Identità llum il-ġurnata qed tagħti prijorità assoluta għat-tiġdid effiċjenti u effikaċi tal-karti tal-identità." Dan qed isir għaliex l-aġenzija investiet sew fl-għodda biex taħdem u anke fir-riżors uman.