Legislature:
Category:
Reset
Active:

Membri fil-Korp tal-Pulizija – taħriġ barra mill-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li attendew għal xi taħriġ barra mill-pajjiż bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Awwissu 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Awwissu 2019 kien hemm tlieta u tletin (33) membru fil-Korp tal-Pulizija, li attendew għal xi taħriġ relatat mad-doveri tagħhom, barra mill-pajjiż.

Forzi Armati ta’ Malta – korsijiet barra l-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta li attendew korsijiet barra l-pajjiż bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Awwissu 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 66 membru tal-FAM attendew korsijiet barra l-pajjiż bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Awwissu 2019.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri f’solitary confinement

Question

Jista’ l Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li tpoġġew f'solitary confinement fil-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 t’Awwissu 2019 u mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.i Interpellant li filwaqt li ma teżistix sezzjoni li hija strettament “solitary confinement”, parti żgħira ħafna mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin toffri din il-possibilità u l-'inmate' jingħata l-fakultà li joħroġ barra miċ-ċella hekk kif tippermetti l-liġi.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri f’solitary confinement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li jintużaw ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jiġi deċiż li persuna titpoġġa f'solitary confinement?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11172.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – każijiet ta’ vjolenza bejn priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza rrapportati bejn priġunieri li seħħew fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Ottubru 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ġewwa l-ħabs dwar xi każijiet ta’ vjolenza rrapportata bejn priġunieri.

Korp tal-Pulizija – sigħat ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sigħat ta’ overtime maħduma mill-membri fil-Korp tal-Pulizija xahar b’xahar mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Awwissu 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li s-sigħat ta’ overtime maħduma mill-membri fil-Korp tal-Pulizija xahar b’xahar mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Ġunju 2019, esklużi dawk relatati mal-elezzjonijiet, kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Il-figuri għax-xhur ta’ Lulju u Awwissu għadhom qed jinħadmu. 2019 - Xahar Ammont ta’ Sigħat Jannar 45977.50 Frar 46155.00 Marzu 54250.00 April 61227.50 Mejju 86938.45 Ġunju 55238.03 Total 349786.48

Każijiet ta’ serq irrapportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati f'Malta xahar b’xahar mill-1 ta’ Settembru 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku u jgħid għal-liema tip ta’ serq qed jirreferi.

Malta u Għawdex – rapporti ta’ każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' każijiet ta’ serq xahar b'xahar mill-1 ta Settembru 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2019 fil-lokalitajiet segwenti: a. Valletta; b. Floriana; c. Il-Marsa; d. Il-Ħamrun; e. Paola; f. Marsaskala; g. Marsaxlokk; h. Birżebbuġia; i. Ħal Għaxaq; j. Ħal Safi; k. Il-Qrendi; l. L-Imqabba; m. Ħad-Dingli; n. Ir-Rabat; o. Ħ’Attard; p. Il-Mosta; q. In-Naxxar; r. San Pawl il-Baħar; s. Il-Mellieħa; t. Il-Għargħur; u. Bormla; v. Il-Birgu; w. Isla; x. Il-Kalkara; y. Il-Fgura; z. Birkirkara; aa. Ħal Lija; bb. L-Iklin; cc. Ħal Balzan; dd. San Ġiljan; ee. Is-Swieqi; ff. Pembroke; gg. Tas-Sliema; hh. Il-Gżira; ii. L-Imsida; jj. Ir-Rabat (Malta); kk. Ħaż-Żebbuġ; ll. L-Imġarr (Malta); mm. L-Imtarfa; nn. Iż-Żejtun; oo. Iż-Żurrieq; pp. Is-Siġġiewi; qq. Ħal Qormi; rr. Ħal Luqa; ss. Ħal Kirkop; tt. Ta’ Xbiex; u uu. Għawdex kollu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11164.

Każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rrapportati lill-pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 ta’ Awwissu 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li skont is-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, għall-perjodu bejn Jannar u Awwissu 2019 kienu rrappurtati 884 każ ta’ vjolenza domestika.

Każijiet ta’ Mibgħeda Razzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ mibgħeda razzjali,rrapportati u investigati mill-pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 ta’ Awwissu 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu ta’ bejn Jannar u Awwissu 2019 kien hemm wieħed u għoxrin (21) rapport għall-investigazzjoni dwar mibegħda razzjali, skont is-sistema komputerizzata tal-pulizija.

Każijiet ta’ aggressjoni fuq pulizjia u membri oħra tal-forzi tal-ordni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet rrapportati ta’ aggressjoni fuq pulizija u membri oħra tal-forzi tal-ordni mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li skont is-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, in-numru ta’ rapporti ta’ ‘Vjolenza fuq ufffiċjal pubbliku’ fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien ta’ mija u tlieta (103).

Forzi Armati ta’ Malta – background check fuq membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel persuna tiġi ingaġġata bħala membru tal-Forzi Armati ta' Malta, isirx iċċekkjar jekk dik il-persuna għandhiex każijiet kriminali pendenti fil-konfront tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li LS 220.3 Nomini u Kundizzjonijiet dwar il-Forza Regolari jobbligaw lill-kandidati magħżula, qabel l-ingaġġ, biex jiddikjaraw każijiet kriminali passati u pendenti. Barra minn hekk, fl-2015 il-CAP 77 ġiet emendata biex tagħti aċċess għall-FAM għall-fedina penali ta' kull applikant. Kwalunkwe każ jiġi eżaminat skont il-policies tal-FAM.

Forzi Armati ta’ Malta – proċedura adottata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura adottata mill-Armata meta jirriżultalha li jkunu nbdew proċeduri kriminali fil-Qorti fil-konfront ta’ membru tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-FAM tosserva u tirrispetta l-preżunzjoni tal-innoċenza meta każ ikun għadu pendenti. Dan id-dritt huwa wieħed sagrosant u jappartjeni lil kull individwu. F’każijiet li jitqiesu ta’ natura serja, il-FAM taħtar immedjatament Bord ta’ Uffiċjali li jagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom fir-rigward ta’ kif għandu jitħaddem l-individwu u x’restrizzjonijiet għandu jkun hemm fuq l-impjieg tiegħu. Jiġi aċċertat ukoll li tali individwu jkun qed jaħdem taħt sorveljanza diretta. Meta każ imbagħad jiġi deċiż mill-Qorti, il-FAM tevalwa sew l-offiża u s-sentenza mogħtija kif ukoll il-kondotta tal-individwu fuq il-post tax-xogħol, u abbażi ta’ dan tikkunsidra ż-żamma tiegħu jew le fis-servizz. Dan anke fl-isfond tal-prinċipju ta’ riforma u rijabilitazzjoni li l-FAM tħaddan. F’każ li l-individwu jinżamm, ikun imwissi sabiex ma jagħmilx reati oħra, u jaf ikun hemm riperkussjonijiet u implikazzjonijiet fuq is-servizz tiegħu. Din hija l-pożizzjoni li ilha tiġi adottata fil-Forza għal diversi snin u li hija applikabbli għal kull membru tal-Forza.

Forzi Armati ta’ Malta – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Forzi Armati ta’ Malta, li fid-19 ta’ Mejju 2019, ġie akkużat, fost akkużi oħra bil-qtil tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, ġie ingaġġat fil-FAM fit-tletin ta’ Ottubru 2017.

Forzi Armati ta’ Malta – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Forzi Armati ta’ Malta, li fid-19 ta’ Mejju 2019, ġie akkużat, fost akkużi oħra bil-qtil tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, ġie ingaġġat fil-FAM fit-tletin ta’ Ottubru 2017.

Proċeduri kriminali fuq individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm proċeduri kriminali għaddejjin fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qabel id-19 ta’ Mejju 2019? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinari kontra dan l-individwu pendenti dawn il-proċeduri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-imsemmija persuna kienet iffaċċjat każ ta’ proċeduri kriminali qabel id-19 ta’ Mejju 2019. L-ebda miżura addizzjonali ma kienet meqjusa neċessarja peress li ngħata libertà kondizzjonata li skont l-Att dwar il-Probation u r-regola 45 (1) (f) tal- L.S. 220.03 din l-għotja m'għandhiex titqies bħala kundanna. Dan anke fl-isfond tal-fatt li l-Qorti, fis-sentenza tagħha, qieset li kien għadu minuri meta wettaq ir-reat.

Korp tal-Pulizija – pulizija Għawdxin stazzjonati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija Għawdxin u huma stazzjonati ġewwa Malta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-Korp tal-Pulizija hemm mija u tmienja u ħamsin (158) membru Għawdxi jew membri li għandhom residenza ġewwa Għawdex u qegħdin stazzjonati ġewwa Malta.

Korp ta’ Pulizija – ingaġġ ta’ pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta reġa’ ġie ingaġġat lura fil-Korp, il-pulizija lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn huwa stazzjonat illum u kemm ilu stazzjonat hemm?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-pulizija li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, reġa’ ġie ingaġġat fil-Korp fl-20 ta’Marzu, 2019 u kien stazzjonat ġewwa Għawdex u għadu hemm sallum.

Korp tal-Pulizija – Pulizija Għawdxin – talbiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti fil-Korp tal-Pulizija sabiex pulizija Għawdxin li jaħdmu f'Malta, jiġu rilokati u stazzjonati ġewwa Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma hemmx lista fil-Korp tal-Pulizija b’talbiet pendenti minn Pulizija li jaħdmu f'Malta sabiex jiġu rilokati u stazzjonati ġewwa Għawdex. Il-Kummissarju tal-Pulizija jirreloka pulizija għal Għawdex skont min ikun imissu mil-lista tas-sinjorità u kif jitolbu l-esiġenzi tas-servizz.

Enemed — flus mill-Air Malta għall-fuel

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' dak li għandha tieħu l-Enemed mingħand l-Air Malta għall-prezz tal-fuel? Jista' jindika x'qed isir sabiex dawn l-ammonti jiġu rkuprati? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u jindika meta dawn l-ammonti ġew dovuti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva għal Kumpanija Enemed.