Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armati ta’ Malta – membri li għamlu l-25 sena servizz fl-2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta li se jkunu għalqu 25 sena servizz fil-Forza fis-sena 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 15180, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt: 2021: Officers Other Ranks 22 195

Pubblikazzjoni tal-kuntratt finali għat-traferiment ta’ maisonette u garaxx

Question

Jista’ l Ministru jindika meta l-Awtorità tad Djar ser tkun f'pożizzjoni li tressaq għall-pubblikazzjoni l-kuntratt finali għat-trasferiment ta’ maisonette u garaxx fi Triq Ġorġ Zammit ġewwa Ħ'Attard lill-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament in linea mal-konvenju datat 21 ta’ Lulju 1998 Referenza HA 35/98?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Korp tal-Pulizija – performance bonus

Question

Jista’ l-Ministru jelenka, wieħed wieħed l-uffiċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li rċevew performance bonus għas-sena 2018 u għas-sena 2019? Jista’ jgħid ukoll f’kemm kien jikkonsisti dan il-performance bonus f’kull każ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fil-Korp tal-Pulizija huma l-Kummissarju, id-Deputati Kummissarji, l-Assistenti Kummissarji, is-Supretendenti u l-Kap Eżekuttiv li jingħataw perforamance bonus.

Għases tal-Pulizija mhux miftuħa

Question

Peress li reċentement il-Ministru stqarr li huwa tal-fehma li ma hemmx bżonn li jkun hemm għassa miftuħa f’kull lokalità fil-pajjiż, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-għases li mhux ser jibqgħu miftuħa skont il-pjani tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prijorità għandha tkun li jkollna iktar pulizija fit-toroq u viċin iċ-ċittadin. Għalhekk, fost oħrajn, se nkunu qed nestendu l-proġett tal-Community Policing f’iktar lokalitajiet. Fid-dawl tal-estensjoni ta’ dan il-proġett u bħala parti mill-istrateġija ta’ trasformazzjoni fil-Korp tal-Pulizija jrid ikun studjat x’se jkun l-irwol tad-diversi għases li għandna mifruxa madwar il-pajjiż. Il-pjan jitfassal mill-esperti u mill-Korp tal-Pulizija, u mhux mill-Ministru nnifsu kif indikat fid-domanda tal-onorevoli interpellant.

Captain Morgan – immigranti li bdew strajk tal-ġuħ

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma illi fuq il-vapuri tal-Captain Morgan, fejn bħalissa hemm miżmuma numru ta’ immigranti f’nofs ta’ baħar, hemm numru ta’ immigranti li bdew strajk tal-ġuħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-mument li qed titħejja din ir-risposta miniex infurmat li hemm immigranti bi strajk tal-ġuħ.

Imwiet fi Frar, Marzu u April 2019

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm imwiet irrapurtati xahar b'xahar fi Frar 2019, Marzu 2019 u April 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-reġistru nazzjonali tal-imwiet kien hemm 351 mwiet fi Frar tal-2019, 373 f’Marzu tal-2019 u 302 f’April tal-istess sena.

Imwiet fi Frar, Marzu u April 2020

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm imwiet irrapurtati xahar b'xahar fi Frar 2020, Marzu 2020 u April 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-reġistru nazzjonali tal-imwiet matul din is-sena kien hemm 312 mwiet fi Frar, 381 f’Marzu u 299 f’April. Ninfurmah ukoll illi l-informazzjoni t’April għadha proviżorja.

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei f’Marzu 2020 u April 2020 (sas-26 ta’ April 2020) kif ukoll kemm saru operazzjonijiet fl-istess perjodi fis-sena 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li aktar kmieni din is-sena minħabba l-pandemija tal-Covid 19 ittieħdet id-deċiżjoni illi numru ta’ operazzjonijiet mhux urġenti jiġu posposti ħalli t-tobba u infermiera jiġu rilokati għall-ITU’s u l-A&E ġodda bħala parti mill-preparamenti tal-Covid. Għalhekk f’Marzu tal-2019 saru 4588 operazzjoni f’Mater Dei filwaqt li f’Marzu ta’ din is-sena saru 2815. F’April tal-2019 saru 4664 operazzjoni filwaqt li n-numru t’operazzjonijiet għal April ta’ din is-sena għadhom qed jinġabru.

Sptar Mater Dei – appuntamenti skedati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appuntamenti skedati għal viżti fl-Isptar Mater Dei f’Marzu u April 2019 (sas-26 ta’ April 2019) u li fil-fatt inżammu u jgħid kemm kien hemm appuntamenti għal viżti fl-Isptar Mater Dei fl-istess perjodi fis-sena 2020 u li fil-fatt inżammu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Persuni li skontaw sentenza ta' priġunerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li fis-sena 2019 skontaw is-sentenza ta' priġunerija tagħhom u konsegwentament ġew rilaxxati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li fis-sena 2019 skontaw is-sentenza ta' priġunerija tagħhom u konsegwentement ġew rilaxxati kien jammonta għal 384.

Priġunier li nżamm taħt kustodja wara li kien skonta s-sentenza

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fix-xahar ta' Jannar 2020, kien hemm priġunier li ġie rilaxxat wara li ġie skopert li din il-persuna kienet ilha li skontat is-sentenza tagħha u minkejja dan baqgħet tinżamm taħt kustodja? Jista' l-Ministru jgħid meta kienet skontata s-sentenza u meta effettivament seħħ ir-rilaxx?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtoritajiet tal-Ħabs infurmawni li l-ebda priġunier ma baqa’ mi¿mum taħt il-kustodja ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li kien notifikat b’deċiżjoni tal-Qorti li kienu jitolbu li priġunier ma jibqax jinżamm fil-faċilità.

Priġunier li ġie rilaxxat qabel ma skonta s-sentenza

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fix-xahar ta' Jannar 2020 ġiet rrilaxxata bi żball persuna li kienet għadha ma skontatx is-sentenza ta' priġunerija tagħha? Jista' jgħid meta sar dan ir-rilaxx u kemm suppost kien għad baqa' żmien sabiex ikun skada t-terminu ta' priġunerija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saru l-verifiki neċessarji, it-tmexxija tal-ħabs infurmatni li l-ebda priġunier ma ġie rrilaxxat qabel ma skonta t-terminu tas-sentenza tiegħu. Kull priġunier li ġie rrilaxxat matul ix-xahar ta’ Jannar sar hekk kif hemm skedat fl-Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – Kap 516 Art 20 sa 25. Jekk hemm xi informazzjoni ulterjuri li tista’ tgħin biex jiġi indikat dak li hemm fil-mistoqsija nitlob li tingħatalna biex isiru l-verifiki neċessarji.

Reklamar fuq Billboards

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk reklamar fuq billboards mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għas-Saħħa bejn Diċembru 2019 u Jannar 2020 kenux parti minn kampanja ppjanata u jekk hijiex biss kumbinazzjoni li dan il-blitz ta’ reklamar minn flus il-poplu seħħ fl-istess żmien li kien qed jikkampanja biex isir Kap tal-Partit Laburista?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda reklamar li sar mill-Ministeru għas-Saħħa ma kien relatat mal-kampanja ta’ Mexxej Ġdid tal-Partit Laburista.

Kariga ta’ individwu – performance bonuses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx intitolat għall-performance bonuses fil-perjodu li kien jokkupa l-kariga bħala Kummissarju tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk dan il-performance bonus effettivament ingħatx lilu u meta ngħata lilu? Kemm kien l-ammont imħallas?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-ex Kummissarju Lawrence Cutajar kien intitolat għal performance bonus kif indikat hawn taħt. L-assessment għas-sena 2019 għad irid jinħadem. Perijodu Performance Bonus Mħallas Data ta’ Pagament tal-Performance Bonus 1 st August 2016-31 December 2016 2002.95 May-17 1 st January 2017-31 st December2017 4876.08 Mar-18 1 st January 2018-31 st December 2018 5582.52 Mar-19

Korp tal-Pulizija – kariga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed joffri lill-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid kif saret il-ħatra u l-ingaġġ ta’ dan l-individwu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relatat għal din il-ħatra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi s-servizzi li qed joffri lill-Korp tal-Pulizija l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament jinkludu servizzi relatati ma’ relazzjonijiet mal-Media, fosthom informazzjoni dwar delitti jew inċidenti gravi, rilaxx ta’ informazzjoni jew risposti għall-mistoqsijiet mill-media, proċessor ta’ talbiet ta’ Dritt għar-Risposta u xogħol ieħor relatat ma’ din is-sezzjoni. Dan l-individwu ġie sekondat minn mal-PBS u għalhekk ma hemmx kuntratt relatat għal din il-ħatra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ċelel li fihom aktar minn priġunier wieħed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċelel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li bħalissa qed jinżammu fihom iktar minn priġunier wieħed?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bħalissa hemm madwar 200 ċella li qed jinżammu fihom iktar minn priġunier wieħed.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ċelel — daqs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċelel fil-ħabs ta’ Kordin li fihom qed jinżammu aktar minn priġunier wieħed u jagħti d-daqs (f’metri kwadri) ta’ dawn iċ-ċelel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant hemm 200 ċella fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn fihom qed jinżammu aktar minn priġunier wieħed. Il-qisien taċ-celel huma 3 metri bi 3 metri u 3 metri b’2 metri u 2 pulzieri.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – kriterji għaċ-ċelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li jintużaw sabiex jiġi deċiż min jitpoġġa ma’ min fl-istess ċella ġewwa l-Ħabs ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hi prerogattiva tal-amministrazzjoni tal-ħabs ta’ min jitpoġġa ma’ min fl-istess ċella ġewwa l-ħabs ta’ Kordin.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – siġġijiet fiċ-ċella

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy li juża l-ħabs fuq jekk jipprovdix siġġu jew siġġijiet ġewwa ċella fil-ħabs ta’ Kordin għal użu mid-detenuti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-ċelel fil-ħabs ta’ Kordin jiġu provduti banketti tal-plastic għall-użu mid-detenuti.