Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta – kwalifiċi akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi f'livell terzjarju għandu l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta u minn liema istituzzjoni universitarja huwa akkwista tali kwalifiki?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta mhux biss huwa kwalifikat f’livell terzjarju, iżda attenda wkoll lista twila ta’ taħriġ militari kif turi l-lista li qiegħed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jittermina b'mod definittiv il-kuntratt ta’ konsulenza mal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi li kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan wara li fit-8 ta’ Ġunju 2020 ġie mħabbar mill-Ministeru li dan il-kuntratt ġie 'sospiż'?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għall-istqarrija tad-Dipartiment tal-Infformazzjoni PR201083 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sakemm il-kuntratt ta’ konsulenza li kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jibqa’ 'sospiż' hekk kif imħabbar fit-8 ta’ Ġunju 2020 huwiex ser jibqa’ jsir ħlas lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament abbażi ta’ dan il-kuntratt?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li la se jsir ħlas u lanqas se jitgawdew benefiċċji oħra li joħorġu mill-kuntratt.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li bħalissa beda proċess sabiex tiġi ddisinjata uniformi ġdida għall-priġunieri? Jekk iva, jista’ jgħid min ġie inkarigat biex jagħmel dan id-disinn? Jista’ jikkonferma li għal din l-uniformi l-ġdida għall-priġunieri ser jintuża materjal striped?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Hemm ammonti ta’ priġunieri li ma għandhomx x’jilbsu u l-ħabs irid jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas.
Ninsab infurmat illi d-disinn tal-ħwejjeġ tal-priġunieri sar mill-ħajjata tal-ħabs. Dan huwa t-shirt u shorts sajfin. Il-materjal huwa cotton ċelesti għas-sajf u jeans ikħal għax-xitwa. Ma hemm xejn striped.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet tat-traffiku mill-Korp tal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ Traffic Offence Tickets u ċitazzjonijiet tat-traffiku b’taħrika li nħarġu mill-Korp tal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Traffic Offence Tickets
Jannar sa Mejju 2019
Ċitazzjonijiet tat-traffiku Jannar sa Mejju 2019
Traffic Offence Tickets
Jannar sa Mejju 2020
Ċitazzjonijiet tat-traffiku Jannar sa Mejju 2020
20704
1650
16203
1740
Birkirkara, Iklin, Ħal Balzan u Ħal Lija – rapport ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati serqiet fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 xahar b’xahar fis-segwenti lokalitajiet: Birkirkara, Iklin, Ħal Balzan u Ħal Lija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ serqiet li ġew irrapurtati mal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 (sa Mejju), xahar b’xahar fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara, Iklin, Ħal Balzan u Ħal Lija, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Lokalità
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju*
Balzan
6
4
2
2
1
Birkirkara
22
20
18
18
6
Iklin
6
1
1
2
2
Lija
-
-
-
-
1
*sal-aħħar ta’ Mejju
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-pulizija ħadet passi kriminali fuq hate speech fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, u ċjoè bejn Jannar u Mejju 2020, kien hemm ħames każijiet li jidhru fit-tabella hawn taħt, fejn il-pulizija ħadet passi kriminali fuq ‘hate speech/crime’. Każ minnhom hu appuntat għas-smigħ il-Qorti, filwaqt li l-erba’ każijiet l-oħra ser jiġu appuntati issa li l-Qorti qed ikompli biex xogħol tiegħu:
Xahar
Numru ta’ każ
ijiet
Jannar
-
Frar
1
Marzu
2
April
-
Mejju
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li skontaw sentenza ta’ ħabs fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 xahar b’xahar u kemm kien hemm persuni li bdew jiskontaw sentenza ta’ ħabs fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li skontaw sentenza ta’ ħabs fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 xahar b’xahar u kemm kien hemm persuni li bdew jiskontaw sentenza ta’ ħabs fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 hu kif gej:
Ø Jannar - 95
Ø Frar - 68
Ø Marzu - 91
Ø April - 97
Ø Mejju - 71
In-numru ta’ persuni li bdew jiskontaw sentenza ta’ ħabs fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 huwa ta’ tliet mija u sittax (316).
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – membri li għamlu l-25 sena servizz fl-2020
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li se jkunu għalqu 25 sena akkumulat bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u tmiem is-sena 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi erba’ (4) Membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkunu għalqu 25 sena akkumulat bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u tmiem is-sena 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid min iddisinja l-medalji tas-Servizzi Korrezzjonali li jġibu fuqhom l-istemma tal-kunjom 'Dalli'? Jista’ jgħid jekk sarux ħlasijiet għal dan id-disinn? Jista’ jgħid għand min saru dawn il-medalji, jekk inħarġitx sejħa għad disinn u manifattura ta’ dawn il-medalji u kemm tħallas għall-istess medalji?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda ħlas għad-disinn ta’ dawn il-mitt (100) souvenir (military type coins), liema disinn sar in-house u ma tħallas xejn ukoll. Hija prassi f’kull korp iddixxiplinat li min jiddistingwixxi ruħu waqt il-qadi ta’ dmirijietu jingħata rikonoxximent. Dan is-souvenir ġie jiswa madwar €3. Tajjeb li jingħad ukoll illi ma ntefqu ebda fondi pubbliċi. Infurmat li ħallashom id-Direttur personalment.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għal droga fuq detenuti fil-Ħabs Ċivili ta’ Kordin fix-xahar ta’ Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li testijiet għal droga li saru fuq detenuti fil-Ħabs Ċivili ta’ Kordin fix-xahar ta’ Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju 2020 huwa kif ġej:
Jannnar - 284
Frar - 188
Marzu - 150
April - 420
Mejju - 322
Total ta’ 1364 test.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’extra duty membri tal-Korp tal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019 maqsuma xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ħlas f’extra duty lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-ewwel ħames xhur tas-snin 2019 u 2020, maqsuma xahar b'xahar, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena 2019
Sena 2020
Pay 1
€225,483.49
Pay 1
€267,278.59
Pay 2
€514,307.76
Pay 2
€597,583.78
Pay 3
€211,964.83
Pay 3
€307,649.83
Pay 4
€348,046.75
Pay 4
€178,627.33
Pay 5
€119,360.99
Pay 5
€307,798.50
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 maqsuma xahar b’xahar - u kemm tħallas overtime lill-membri tal-Korp tal-Pulizija xahar b’xahar fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi il-ħlas ta’ overtime lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-snin 2019 u 2020, maqsuma xahar b’xahar, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena 2019
Sena 2020
Pay 1
€736,143.60
Pay 1
€835,283.66
Pay 2
€724,829.19
Pay 2
€1,014,260.25
Pay 3
€709,804.45
Pay 3
€869,492.69
Pay 4
€673,159.38
Pay 4
€774,542.83
Pay 5
€800,280.03
Pay 5
€873,490.89
Lands Department — Attard – Triq Ġorġ Żammit – kumpens lil sidien tal-artijiet
Question
B’referenza għall-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tad-Dipartiment tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jindika meta d-Dipartiment tal-Artijiet ser ikun qiegħed jikkumpensa s-sidien tal-artijiet esproprijati fi Triq Ġorġ Żammit f'Ħ'Attard b’dan illi sussegwentament persuni li qegħdin fuq konvenju mal-Awtorità tad-Djar fuq djar mibnija fuq l-istess artijiet, ikunu jistgħu jgħaddu għal kuntratt finali ta’ akkwist?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art relattiva hija esproprjata, iżda għadha ma ġietx effettivament akkwistata mill-Gvern ta’ Malta. Tali art tkun tista’ tiġi trasferita lil Awtorità tad-Djar meta jiġi ffinalizzat il-proċess tal-akkwist.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-Gvern mistenni jersaq għall-pubblikazzjoni tal-att finali ta' trasferiment tal-oqbra ġewwa ċ-Ċimiterju tal-Addolorata lil terzi persuni privati li bħalissa qegħdin fuq konvenju għall-akkwist tal-istess oqbra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15013.
Korp tal-Pulizija – membri li għamlu l-25 sena servizz fl-2020
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li se jkunu għalqu 25 sena servizz fil-korp bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u tmiem is-sena 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2020, hemm sebgħa u tmenin (87) membru tal-Korp li għalqu jew ser jagħlqu 25 sena servizz.
Forzi Armati ta’ Malta – membri li għamlu l-25 sena servizz fl-2020
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta li se jkunu għalqu 25 sena servizz fil-Forza bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u tmiem is-sena 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 15179, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt:
2020:
Officers
Other Ranks
18
202 (66 minnhom diġa ġew rilaxxati wara li lestew l-25 sena ta’ servizz.)