Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-uffiċjal tal-ħabs li ta l-ordni 'sabiex prigunier jinżamm fuq siġġu għal kwarta’ u b’liema mod ingħatat din l-ordni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jagħti d-data u l-ħin eżatt meta seħħ dan 'iż-żamm' ta’ priġunier ma’ siġġu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jispeċifika jekk il-persuna miżmuma ma’ siġġu għal kwarta effettivament kenitx marbuta mal-istess siġġu? Jekk kienet marbuta, jista’ jagħti dettalji eżatt kif u biex kienet marbuta u jekk ma kenitx marbuta, kif inżammet mas-siġġu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kamra jew ċella kien dan is-siġġu li miegħu 'nżamm' priġunier għall-kwarta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt li l-persuna kienet qed 'tinżamm' ma’ siġġu fil-ħabs kienx hemm tabib preżenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunier marbut ma’ siġġu

Question

Peress li l-Ministru fis-seduta tal-1 ta’ Diċembru 2020 stqarr li kien hemm istanza meta priġunier intrabat ma’ siġġu waqt li kien qed jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, jista’ l-Ministru jgħid meta seħħ dan il-każ, f’liema kamra kien is-siġġu li miegħu ntrabat il-priġunier, kemm dam marbut mal-istess siġġu l-istess priġunier, min iddeċieda li dan il-priġunier jintrabat ma’ dan is-siġġu, min iddeċieda li ma jibqax marbut u x'kienet l-età tal-priġunier li ntrabat ma' dan is-siġġu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għal numru ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru riċentament nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ċaħdet dak li ngħad pubblikament li fil-Faċilità kien hemm jew jeżisti xi siġġu li jintuża għall-kastigi. Intant, it-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi infurmatni li jeżistu għodda ta’ ‘restraint’ li jintużaw biss skont il-liġi. Fil-fatt hija din l-istess liġi li ma tippermettix li apparat ta’ dan it-tip jintuża għall-kastigi. Dan l-apparat jintuża skont il-gravità tal-każ bħalma jiġri f’ambjenti oħra li joffru ċertu periklu jew sfidi partikolari u dejjem bħala l-aħħar alternattiva. It-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi nfurmatni li fl-2019 kien hemm każ fejn priġunier inżamm fuq siġġu għal kwarta u dan sakemm ma baqax ta’ periklu għalih innifsu u seta’ jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Dan sar skont dak provdut fil-leġiżlazzjoni sussidjarja 260.03. Artiklu 69 jipprovdi regoli ċari għal każi bħal dawn. Infurmat li wara din id-data ma kienx hemm okkażjoni oħra fejn kien meħtieġ li tintuża din l-għodda ta’ ‘restraint’.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – siġġu li jintrabtu priġunieri fuqu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid huwiex minnu li meta laħaq Ministru f'Jannar 2020 huwa ordna li jitneħħa siġġu partikolari fil-Faċilità Korretiva ta' Kordin li miegħu allegatement ġieli ntrabtu priġunieri? Jista’ jgħid jekk din l-ordni tiegħu ġietx esegwita? Jista’ jgħid fejn jinżamm dan is-siġġu llum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fit-30 ta’ Novembru 2020? Kemm minnhom kienu ċittadini Maltin u kemm minnhom kienu barranin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sat-30 ta’ Novembru, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kien hemm 908 priġunier, minnhom 356 huma Maltin u 552 li huma ta’ nazzjonalità barranija.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mid-detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienu nisa u kemm kienu rġiel fit-30 ta’ Novembu 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellant li fi 30 ta’ Novembru 2020, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien hemm 848 priġunier raġel u 60 priġunier mara.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – protokolli u regoli gwida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jeżistux protokolli u regoli gwida fil-ħabs meta tista’ tingħata ordni li priġunier jista’ jinżamm mingħajr ħwejjeġ għal xi żmien waqt li jkun qed jinżamm ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat mit-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korettivi li ma jingħataw ebda ordnijiet biex priġunieri jinżammu mingħajr ħwejjeġ. Infurmat li l-ħwejjeġ tal-priġunieri jinbidlu f’każi fejn ikun hemm suspett li priġunier jista’ jweġġa’ lilu nnifsu u għalhekk f’dawn il-każi l-ordni tkun biex dan jitlibbes ‘non-tearable clothes’ u jitpoġġa taħt ‘constant watch’ sakemm issir analiżi mill-esperti mediċi.

Birkirkara – Triq Carmel u Triq Brared – bozza tad-dawl f’salib it-toroq

Question

Peress li sa ftit ta’ żmien ilu, proprju f'salib it-toroq bejn Triq Brared u Triq Carmel Birkirkara kien hemm bozza tal-Enemalta u peress li meta reċentement kien qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni f'waħda mill-kantunieri ta’ dan is-salib it-toroq, din il-bozza tneħħiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-bozza hiex ser terġa’ tiġi installata mill-ġdid sabiex dan is-salib it-toroq ma jibqax imdallam kif inhu bħalissa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lampa msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta.

Omiċidji fil-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji fil-pajjiż mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ omiċidji, li kien hemm bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2020, kien ta’ sitt (6) każi. Każ minnhom kien omiċidju doppju.

Pulizija ġodda ingaġġati u Pulizija li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati pulizija ġodda fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2020 u kemm kien hemm pulizija li rtiraw fl-ewwel 9 xhur tas sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Settembru tal–istess sena, ġew ingaġġati sitta u sebgħin (67) membru ġdid fil-Korp tal-Pulizija filwaqt illi tmienja u tmenin (88) membru spiċċaw mill-Korp fl-istess perjodu. Il-maġġoranza ta’ dawk li spiċċaw irtiraw bil-pensjoni, kien hemm raġuni ta’ saħħa jew saħansitra mewt jew kienu pulizija ta’ riserva li ma baqgħux jew ma kellhomx il-kuntratt imgedded. Dsatax (19) -il pulizija biss irriżenjaw.

Korp tal-Pulizija – membri li qed isegwu kors fl-Università ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li bħalissa qegħdin isegwu kors fl-Università ta' Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mill-Korp tal-Pulizija bħalissa hemm tmienja u sebgħin (78) uffiċjal li qegħdin isegwu kors fl-Università ta' Malta. Minn dawn 31 spettur qed isegwu l-kors ‘Diploma in Policing’ fl-Università ta' Malta.

Ħabs — Bord tal-Governanza

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bħalissa l-Bord tal-Governanza fil-ħabs mhux kompost? Jekk mhux korretti, jista’ jgħid meta saru n-nomini u min huma l-persuni nnominati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Bord tal-Governanza tal-ħabs ikun magħruf fil-jiem li ġejjin. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan hu biss wieħed minn diversi bordijiet li għandhom rwol marbut mat-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li bħalissa għaddejin bil-ħidma tagħhom.

Bord dwar l-Immaniġġar tar-Rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bħalissa l-Bord dwar l-Immaniġġar tar-Rijabilitazzoni mhux jiffunzjona stante li ma sarux nomini għalih? Jekk mhux korrett, jista’ jgħid meta saru n-nomini u min huma l-persuni nnominati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord dwar l-Immaniġġar tar-Rijabilitazzjoni kien rikonfermat mill-Ministru.

Bord tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bħalissa l-Bord tal-Parole mhux jiffunzjona stante li ma sarux nomini għalih? Jekk mhux korrett, jista’ jgħid meta saru n-nomini u min huma l-persuni nnominati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Parole għadu qed jiffunzjona. Dan il-Bord għadu bl-istess kompożizzjoni li kellu u l-kariga tagħhom li toħroġ minn Kap. 516 l-Att tal-Ġustizzja Riparatiċi u l-validita ta’ dan il-Bord tintemm fl-24 ta’ Settembru 2022. Il-Kompożizzjoni tal-Bord hija s-segwenti: Chairperson: L-Onor. Imħallef irtirat Dott. Franco Depasquale Membri: Dott. Anna Grech Dott. Philip Galea Farrugia Dott. Kevin Sammut Henwood Is-Sa Miriam Sevasta Dott. Anna Maria Vella Dott. Charles Cassar Dott. Justine Scerri Herrera Dott. Marta Sant Segretarju: Dott. Joseph Borg

Bord ta' Trattament għall-Priġunieri li jkunu wettqu reati sesswali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bħalissa l-Bord ta’ Trattament għall-Priġunieri li jkunu wettqu reati sesswali mhux jiffunzjona stante li ma sarux nomini għalih? Jekk mhux korrett, jista’ jgħid meta saru n-nomini u min huma l-persuni nnominati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord ta’ Trattament għall-Priġunieri li jkunu wettqu reati sesswali kien twaqqaf bħala parti mill-Crime Prevention Strategy. Dan il-Bord laħaq l-iskop li twaqqaf għalih u ċjoè li jagħmel studji u jipproduċi rapport tax-xogħol li għamel. Għaldaqstant dan il-Bord ma regax kien appuntat.

Istanzi fejn intalbet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm istanzi fejn intalbet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu 4407 sejħa. Saru wkoll 700 dekontaminazzjoni fuq vetturi.