Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hemm detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li għandhom inqas minn għoxrin sena, li għandhom bejn 20 u 30 sena, li għandhom bejn 30 u 40 sena, li għandhom bejn 40 u 50 sena, li għandhom bejn 50 u 60 sena, li għandhom bejn 60 u 70 sena, u li għandhom iktar minn 70 sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor interpellant li l-etajiet tad-detenuti ġewwa l-Faċilità korrettiva ta' Kordin biss huma:
Age Group
Total
Bejn 18 u 20
40
Bejn 20 - 30
248
Bejn 30 - 40
235
Bejn 40 - 50
165
Bejn 50 - 60
55
Bejn 60 - 70
28
Iktar minn 71
11
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – detenuti mhux ta’ nazzjonalità Maltija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm detenuti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija fl-1 ta’ Marzu 2021? Jista’ jagħti break down tan-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni u l-kwantità minn kull pajjiż?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor Interpellant li fl-1 ta’ Marzu 2021 kelna total ta’ 457 prigunieri li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija li mqassma .
NATIONALITY
TOTAL
AFGHAN
1
ALBANIAN
5
ALGERIAN
1
AMERICAN
3
BELGIAN
1
BRAZILIAN
1
BRITISH
8
BULGARIAN
3
BURKINABE
1
CAMEROONIAN
2
CENTRAL AFRICAN
2
CHADIAN
11
CROATIAN
1
DANE
1
DUTCH
3
EGYPTIAN
2
ERITREAN
20
ETHIOPIAN
2
FRENCH
2
GAMBIAN
8
GEORGIAN
11
GERMAN
1
GHANAIAN
6
GREEK
1
GUIANESE
5
HUNGARIAN
5
INDONESIAN
2
IRANIAN
1
ITALIAN
12
IVOIRIAN
10
LIBYAN
39
LITHUANIAN
1
MACEDONIAN
4
MALIAN
12
MONTENEGRIN
1
MOROCCAN
10
NIGERIAN
2
NIGERIEN
27
PAKISTANI
2
PALESTINIAN
5
PANAMANIAN
2
PERUVIAN
1
POLISH
2
PORTUGUESE
1
ROMANIAN
6
SENEGALESE
2
SERB
6
SEYCHELLOIS
1
SLOVAK
3
SLOVENE
1
SOMALI
44
SOUTH SUDANESE
2
SPANIARD
6
SUDANESE
127
SURINAMESE
1
SWEDE
1
SYRIAN
5
TOGOLESE
1
TUNISIAN
3
TURK
2
UKRAINIAN
1
VENEZUELAN
2
YEMENIS
2
457
Jista’ l-Ministru jinforma kemm hawn għases tal-Pulizija u liema huma dawn l-għases tal-Pulizija ġewwa Malta u Għawdex, li jkunu miftuħa 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-istrateġija u l-viżjoni tal-Pulizija kienet li l-Pulizija tkun aktar viċin in-nies, fil-qalba tal-komunitajiet madwar Malta u Għawdex.
Għal dan il-għan nidejna l-proġett ta’ Pulizija fil-komunità, liema proġett se jibqa’ jiġi estiż ħalli jkun hemm dejjem aktar preżenza ta’ Pulizija fit-toroq.
Lil hinn mill-Community Policing, tajna u qed nagħtu fakultajiet differenti sabiex kull għassa f’Malta u Għawdex tkun aċċessibli f’kull ħin tul ġurnata permezz ta’ apparat diġitali u mezzi ta’ komunikazzjoni, iżda lil hinn minn dan qed nassiguraw li f’diversi ħinijiet tal-ġurnata jkunu miftuħa l-uffiċċji tal-komunità fil-lokalitajiet.
Minkejja l-istrateġija ta’ aktar preżenza tal-Pulizija fit-toroq, minkejja l-ftuħ tal-uffiċċji tal-komunità, ħassejna li għandu jkun hemm l-għases ewlenin, li jkopru d-distretti kollha, miftuħa 24 siegħa kull jum.
Dawn huma l-għasses ta’: L-Ajruport - Valletta – Qormi – Zebbug – Paola –Fgura – Luqa – Cospicua – Zabbar – Marsascala – Zejtun – Birzebbuġia – Zurrieq – Sliema - Msida – San Giljan – San Gwann -Hamrun – Marsa - Rabat – Birkirkara – Naxxar – Mosta - Qawra - Cirkewwa - Victoria – Marsalforn u Mgarr.
Il-viżjoni tagħna hija li nqarrbu dejjem aktar il-korp tal-Pulizija lejn in-nies.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-etajiet tal-65 membru ġdid fil-Korp tal-Pulizija li ħadu l-ġurament tal-ħatra fil-5 ta’ Marzu 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-etajiet tal-ħamsa u sittin (65) membru ġdid fil-Korp tal-Pulizija li ġew ingaġġati u li ħadu l-ġurament tal-ħatra fil-5 ta’ Marzu 2021 huma kif jidher fit tabella hawn taħt:
Eta’
Numru ta’ Pulizija
37
2
31
1
30
1
29
2
25
4
24
2
23
4
22
4
21
11
20
7
19
20
18
7
Total
65
Korp tal-Pulizija – membri li huma deployed mal-community policing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma deployed fil-community policing fid-diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi preżentement in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li huma deployed fil-community policing fid-diversi lokalitajiet ġewwa Malta huwa ta’ sitta u ħamsin (56). Minn dawn ħmistax (15) qed jieħdu t-taħriġ tagħhom qabel jitqassmu anke f’lokalitajiet ġodda. Dan il-Gvern hu kommess li jkompli jsaħħaħ dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ każijiet ta’ serq fis-segwenti lokalitajiet tul is-sena 2020 kollha: Belt Valletta, Floriana, Marsa, Ħamrun, Bormla, Isla, Birgu, Fgura, Ħaż-Żabbar, Tarxien, Santa Luċija, Mqabba, Kirkop, Qrendi, Luqa, Ħal Qormi, Siġġiewi, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Safi, Żurrieq, Ħaż-Żebbuġ, Rabat, Mġarr, Mtarfa, Birkirkara, Iklin, Santa Venera, Balzan, Lija, Naxxar, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Mosta, Attard, Tas-Sliema, San Ġiljan, Swieqi, Pembroke, Għargħur, Msida, Gżira, San Ġwann u Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ każijiet ta’ serq li kien hemm matul is-sena 2020 fil-lokalitajiet elenkati mill-Onorevoli Interpellant, kienu kif jidhru fit-tabella hawn taħt:
Lokalita
Numru ta’ rapporti
ATTARD
50
BALZAN
23
BIRGU
22
BIRKIRKARA
167
BIRZEBBUGIA
111
BORMLA
72
FGURA
83
FLORIANA
67
GHARGHUR
11
GZIRA
151
HAMRUN
181
IKLIN
15
ISLA
22
KIRKOP
16
LIJA
4
LUQA
59
MARSA
138
MARSAXLOKK
55
MELLIEHA
104
MGARR
24
MOSTA
120
MQABBA
15
MSIDA
201
MTARFA
3
NAXXAR
75
PEMBROKE
17
QORMI
212
QRENDI
10
RABAT
53
SAFI
9
SAN GILJAN
394
SAN GWANN
72
SAN PAWL IL-BAHAR
423
SANTA LUCIJA
13
SANTA VENERA
69
SIGGIEWI
42
SLIEMA
248
SWIEQI
60
TARXIEN
65
VALLETTA
168
ZABBAR
96
ZEBBUG
68
ZURRIEQ
44
GOZO
185
Total
4037
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm rapporti ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika mis-segwenti lokalitajiet tul is-sena 2020 kollha: Belt Valletta, Floriana, Marsa, Ħamrun, Bormla, Isla, Birgu, Fgura, Ħaż-Żabbar, Tarxien, Santa Luċija, Mqabba, Kirkop, Qrendi, Luqa, Ħal Qormi, Siġġiewi, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Safi, Żurrieq, Ħaż-Żebbuġ, Rabat, Mġarr, Mtarfa, Birkirkara, Iklin, Santa Venera, Balzan, Lija, Naxxar, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Mosta, Attard, Tas-Sliema, San Ġiljan, Swieqi, Pembroke, Għargħur, Msida, Gżira, San Ġwann u Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi skond is-sistema elettronika tal-Pulizija n-numru ta’ rapporti li saru matul is-sena 2020 dwar każijiet ta’ vjolenza domestika fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kien kif jidher hawn taħt:
Lokalita
Numru ta’ Rapporti
ATTARD
26
BALZAN
9
BIRGU
15
BIRKIRKARA
62
BIRZEBBUGIA
69
BORMLA
51
FGURA
57
FLORIANA
19
GHARGHUR
5
GZIRA
22
HAMRUN
47
IKLIN
4
ISLA
23
KIRKOP
12
LIJA
5
LUQA
28
MARSA
36
MARSAXLOKK
19
MELLIEHA
30
MGARR
17
MOSTA
56
MQABBA
11
MSIDA
31
MTARFA
11
NAXXAR
25
PEMBROKE
10
QORMI
69
QRENDI
11
RABAT
16
SAFI
6
SAN GILJAN
24
SAN GWANN
27
SAN PAWL IL-BAHAR
93
SANTA LUCIJA
16
SANTA VENERA
29
SIGGIEWI
26
SLIEMA
36
SWIEQI
20
TARXIEN
30
VALLETTA
38
ZABBAR
82
ZEBBUG
38
ZURRIEQ
45
GOZO
103
Total
1409
Korp tal-Pulizija – membri li għandhom iktar minn 25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom iktar minn 25 sena servizz fil-Korp tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bħalissa fil-Korp tal-Pulizija hemm mitejn u wieħed u ħamsin (251) membru, illi għandhom iktar minn ħamsa u għoxrin sena servizz fil-Korp.
Korp tal-Pulizija – testijiet ta’ droga fuq membri tal-korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq membri tal-Korp tal Pulizija sabiex jiġi determinat għamlux użu minn droga jew sustanzi illegali fis-sena 2020? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ pulizija li minn testijiet li saru fuqhom f'dan il-perjodu, irriżulta li għamlu tali użu minn droga jew sustanzi illegali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fis-sena 2020 saru żewġ testijiet fuq membri tal-Korp tal-Pulizija biex ikun determinat jekk għamlux użu minn droga jew sustanzi llegali. Każ minnhom irriżulta fil-pożittiv.
Il-Kodiċi tal-Etika tal-Korp tal-Pulizija, li kien adottat riċentament, jitkellem ċar dwar in-nuqqas ta’ tolleranza għal użu ta’ sustanzi llegali.
Fi żmien li ġej se nkun qed inressaq hawn ukoll emendi leġi¿lattivi li jagħtu iktar saħħa lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku anke f’każ fejn ikun hemm individwi li jirrifjutaw li jagħmlu t-test.
Forzi Armati ta’ Malta – testijiet ta’ droga fuq membri tal-korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) sabiex jiġi determinat għamlux użu minn droga jew sustanzi illegali fis-sena 2020? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ membri tal-AFM li minn testijiet li saru fuqhom f'dan il-perjodu, irriżulta li għamlu tali użu minn droga jew sustanzi illegali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 17932, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi matul is-sena 2020 saru total ta 141 testijiet tad-droga (at random) li ma jinkludux it-testijiet mandatorji li jsiru lill-rekluti, uffiċjali kadetti, kif ukoll lill-membri tar-riżerva li jsiru waqt il-proċess ta’ selezzjoni.
Mill-141 test, ġew ikkonfermati 3 każi pożittivi għal xi sustanza llegali. Individwu ieħor irrifjuta li jagħmel it-test u għaldaqstant ġie maħlul mis-servizz b’mod immedjat skont regoli nterni.
Wieħed mill-kandidati li applika mas-sejħa li ħarget lejn l-aħħar tas-sena 2020 ġie pożittiv għal sustanza llegali waqt testijiet mediċi ta’ proċedura.
Uffiċjali tal-Ħabs – testijiet ta’ droga fuq membri tal-korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq uffiċjali tal-ħabs sabiex jiġi determinat għamlux użu minn droga jew sustanzi illegali fis-sena 2020? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ uffiċjali tal-ħabs li minn testijiet li saru fuqhom f'dan il-perjodu rriżulta li għamlu tali użu minn droga jew sustanzi illegali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lil Onor Interpellant li fil-ħabs saru 41 test fuq uffiċjali korretivi fl-2020 u tnejn instabu pożittivi għall-kokaina.
Korp tal-Pulizija – membri li preżentament jinsabu fl-20 sena ta’ servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li preżentament jinsabu fl-20 sena ta’ servizz tagħhom fl-istess Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-31 ta’ Diċembru 2020 kien hemm tmienja u sittin (68) membru fil-Korp tal-Pulizija li għalqu l-għoxrin sena ta’ servizz tagħhom fil-Korp.
Korp tal-Pulizija – membri li preżentament jinsabu fl-24 sena ta’ servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li preżentament jinsabu fl-24 sena ta’ servizz tagħhom fl-istess Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-31 ta’ Diċembru 2020 kien hemm tmienja u disgħin (98) membru fil-Korp tal-Pulizija li għalaq l-erbgħa u għoxrin sena servizz fil-Korp.
Korp tal-Pulizija – membri li preżentament jinsabu fil-25 sena ta’ servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li preżentament jinsabu fil-25 sena ta’ servizz tagħhom fl-istess Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-31 ta’ Diċembru 2020 kien hemm disgħa u sittin (69) membru fil-Korp tal-Pulizija li għalaq il-ħamsa u għoxrin sena servizz fil-Korp.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – għodda ta’ restraints
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid kif jinżammu r-records ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn intużaw 'għodda ta restraint'?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li kważi ta’ kuljum ikun hemm madwar 50 priġunier li jittieħdu lejn il-Qorti jew sptarijiet, skont il-ħtieġa, u dawn ikunu ‘restrained’ minħabba raġunijiet ovvji ta’ sigurtà.
Ninsab infurmat ukoll li r-rekords tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jinżammu skont dak li titlob il-liġi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Għodda ta’ restraints
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-għodda ta’ restraint li jintużaw fil-ħabs?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-għodda ta’ restraint li wieħed isib fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hija l-istess bħal dik li wieħed isib f’ħabsijiet oħra fl-Ewropa u anke bħalma jużaw forzi dixxiplinati oħra li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ persuni jew ċirkostanzi li jistgħu jkunu ta’ periklu għas-soċjetà jew għall-istess ħaddiema li jridu jżommu l-ordni.
Kull għodda ta’ restraint hi dik permessa skont il-liġi u tintuża skont l-istess liġi.