Legislature:
Category:
Reset
Active:

Warrant Officers 2 u 1 – promozzjoni għal Logutenent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013, fil-Forzi Armati ta’ Malta, kienx hemm promozzjonijiet lil Warrant Officer 2 jew Warrant Officer 1 għal rank ta’ Logutenent mingħajr dan jew dawn attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid, x’kienet ir-raġuni jew raġunijiet għala dan jew dawn il-Warrant Officer 2 u Warrant Officer 1, ingħataw promotion għal grad ta’ Logutenent mingħajr ma attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course li ġie introdott f Lulju 2010?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba palamentari 21019.

Warrant Officers 2 u 1 – promozzjoni għal Logutenent backdated

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 fil-Forzi Armati ta’ Malta kienx hemm promozzjonijiet backdated lil Warrant Officer 2 jew Warrant Officer 1 għal rank ta’ Logutenent mingħajr dan jew dawn attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni jew raġunijiet għala dan jew dawn il-Warrant Officer 2 u Warrant Officer 1, ingħataw promotion għal grad ta’ Logutenent mingħajr ma attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course li ġie introdott f’Lulju 2010?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi wara Marzu 2013 ġew mogħtija żewġ promozzjonijiet backdated, waħda lil Warrant Officer 1 u oħra lil Warrant Officer 2 għar-rank ta’ Logutenent u li ma kienux attendew għal-Late Entry Officer Commissioning Course (LEOC). Infurmat wkoll li dawn il-promozzjonijiet ġew mogħtija wara rakkommandazzjonijiet tal-appuntat Bord tal-Inġustizzji. Il-fatt li ma attendewx għal-LEOC huwa minħabba li d-data li fiha l-Bord irrakkommanda li kellhom ikunu kkummissjonati għall-grad ta’ Logutenent, liema grad ma kienx ingħata lilhom b’inġustizzja, kienu dati fejn fihom il-LEOC mhux biss ma kienx rekwi¿it, imma kien għadu lanqas biss qatt daħal fis-seħħ.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ħabsin li kellhom sentenza ta’ ħabs oħra qabel din li qed jiskontaw issa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm detenuti fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin li kienu ġa ġew ikkundannati għal sentenza ta' ħabs għal xi reat ieħor, qabel is-sentenza ta’ ħabs li qegħdin jiskontaw bħalissa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li preżentement fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin hemm 228 detenut li kienu ġa ġew ikkundannati għal sentenza ta' ħabs għal xi reat ieħor, qabel is-sentenza ta’ ħabs li qegħdin jiskontaw bħalissa.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni l-ħabs fuq falsifikazzjoni ta’ passaporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm persuni fil-ħabs li qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs wara li ġew ikkundannati bir-reat ta' falsifikazzjoni ta’ passaport?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li preżentement fil-ħabs, hemm 72 persuna li qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs wara li ġew ikkundannati bir-reat ta' falsifikazzjoni ta’ passaport.

Persuna ssentenzjata f’Malta li serviet is-sentenza f’pajjiż ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fl-aħħar ħames snin fejn persuna ssentenzjata minn Qorti f'Malta, serviet is-sentenza tagħha jew parti minnha f'xi pajjiż ieħor? Jista’ jgħid f'kull każ meta sar hekk u f’liema pajjiż ġiet skontata s-sentenza f'kull każ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellant li fl-aħħar ħames snin kien hemm 3 okkazzjonijiet fejn persuna ssentenzjata minn Qorti f'Malta, serviet is-sentenza tagħha jew parti minnha f'xi pajjiż ieħor Fis-27 ta’ Ġunju 2018, persuna waħda ġiet trasferita l-Belgju Fl-01 ta’ April 2019, persuna waħda ġiet trasferita l-Olanda Fis-06 ta’ Ġunju 2019, persuna waħda ġiet trasferita Spanja

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – etajiet ta’ nisa detenuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-etajiet ta’ nisa detenuti preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li l-etajiet ta’ nisa detenuti preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huma skont it-tabella hawn taħt: Etajiet Numru ta’ prigunieri nisa 18 2 19 2 22 2 23 1 26 3 27 3 28 1 29 2 30 2 32 4 34 2 35 1 36 2 37 2 38 4 39 2 40 1 41 2 42 1 43 1 44 1 45 3 46 3 48 1 49 2 51 1 56 2 57 1 58 1 64 1 66 1

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – nisa detenuti — nazzjonalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa detenuti ta’ nazzjonalità barranija u kemm hemm li huma ta’ nazzjonalità Maltija ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li fil-preżent, prigunieri nisa ta’ nazzjonalità barranija hemm 18 Filwaqt li priġunieri nisa ta’ nazzjonalità Maltija hemm 39

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – nisa detenuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi n-nazzjonalità ta' detenuti nisa ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li ma għandhomx nazzjonalità Maltija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li n-nazzjonalità ta' prigunieri nisa ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li ma għandhomx nazzjonalità Maltija hija:- British; Cote D’ivoire; Eritrea; France; Guinnea; Hungary; Indonesia; Morocco; Nigeria; Panama; Somalia; Spain; Venezuela.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – detenuti li qegħdin jieħdu trattament sabiex ifiqu mill-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li preżentement qegħdin jieħdu xi trattament sabiex ifiqu mill-vizzju tad-droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lil Onor. Interpellant li preżentament hemm 38 priġunier li qed jirċievu t-trattament tal-Methadone. Sa sena ilu, f’Marzu 2020, in-numru kien ‘il fuq minn 70 li kien qed jirċievu dan it-trattament. Dan it-tnaqqis sar taħt il-gwida tat-tobba u l-psikjatri bħala parti mir-reabilitazzjoni tagħhom. 16-il detenut qed jirċievi trattament fuq bażi residenzjali sabiex ifiequ mill-vizzju tad-droga. 185 priġunier qed jirċievu trattament mingħand il-psychologists, care plan co-ordinators jew social workers ġewwa l-ħabs stess sabiex ifiequ mill-vizzju tad-droga.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – nisa li qegħdin taħt arrest preventiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa ġewwa l-ħabs li preżentement għad ma għandhomx sentenza definittiva fil-konfront tagħhom u qegħdin hemm taħt arrest preventiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li fil-prezent bħalissa hemm 15 (ħmistax) -il mara ġewwa l-ħabs li preżentement għad ma għandhomx sentenza definittiva fil-konfront tagħhom u qegħdin hemm taħt arrest preventiv.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – irġiel li qegħdin taħt arrest preventiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm irġiel ġewwa l-ħabs li preżentement għad ma għandhomx sentenza definittiva fil-konfront tagħhom u qegħdin hemm taħt arrest preventiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li fil-prezent, bħalissa hemm 225 (mitejn ħamsa u għoxrin) irġiel ġewwa l-ħabs li preżentement għad ma għandhomx sentenza definittiva fil-konfront tagħhom u qegħdin hemm taħt arrest preventiv.

Persuni li skontaw is-sentenza ta’ ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li skontaw is-sentenza ta’ ħabs li kienu qegħdin jiskontaw xahar b’xahar fis-sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt turi l-kwantita ta’ persuni li skontaw is-sentenza ta’ ħabs li kienu qegħdin jiskontaw xahar b’xahar fis-sena 2020: 2020 JAN 61 FRA 40 MAR 57 APR 66 MEJ 43 GUN 47 LUL 70 AWW 22 SETT 41 OTT 56 NOV 57 DIC 77

Applikazzjonijiet għal parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal parole fis-sena 2020 xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-Parole fis-sena 2020 xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru kienu kif ġej: F’Jannar, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole Fi Frar, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole F’Marzu, 2020: Saru tmien (8) applikazzjonijiet għall-Parole F’April, 2020: Saru ħames (5) applikazzjonijiet għall-Parole F’Mejju, 2020: Saru ħames (5) applikazzjonijiet għall-Parole F’Ġunju, 2020: Saru erba’ (4) applikazzjonijiet għall-Parole F’Lulju, 2020: Saru tmien (8) applikazzjonijet għall-Parole F’Awwissu, 2020: Saru sitt (6) applikazzjonijiet għall-Parole F’Settembru, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole F’Ottubru, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole F’Novembru, 2020: Saru erba’ (4) applikazzjonijiet għall-Parole F’Diċembru, 2020: Saru ħames (5) applikazzjonijiet għall-Parole

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li kienu detenuti li pparteċipaw fil-programm tal-Fondazzjoni Rise

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li pparteċipaw fil-programm tal-Fondazzjoni Rise li permezz tiegħu persuna tagħmel l-aħħar perjodu tas-sentenza tagħha f’residenza tal-istess fondazzjoni fis-snin 2018, 2019 u 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li l-priġunieri li pparteċipaw fil-programm tal-Fondazzjoni RISe kienu dawn: 2018 : 10 priġunieri 2019 : 10 priġunieri 2020 : 7 priġunieri* *Matul is-sena 2020, kien hemm perjodi fejn minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-programmi residenzjali ma kienux qed jaċċettaw residenti ġodda fi ħdanhom.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Prison Inmates Programme tal-Caritas Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li pparteċipaw fil-Prison Inmates Programme tal-Caritas Malta fis-snin 2018, 2019 u 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li l-prigunieri li pparteċipaw fil-Prison Inmate Programme tal-Caritas kienu dawn: 2018 : 15-il priġunier 2019 : 20 priġunier 2020 : 14-il priġunier

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — detenuti

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm kien hemm persuni detenuti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, xahar b’xahar minn Jannar 2020 sa Frar 2021? Jista’ jgħid għall-imsemmija xhur kemm minn dawn l-ammonti huma nisa u kemm minnhom huma rġiel maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li l-persuni detenuti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, xahar b’xahar minn Jannar 2020 sa Frar 2021 u kemm għall-imsemmija xhur kemm minn dawn l-ammonti huma nisa u kemm minnhom huma rġiel maqsuma xahar b’xahar hu kif gej: Total Irgiel Nisa Jannar 2020 789 726 63 Frar 2020 807 747 60 Marzu 2020 805 746 59 April 2020 758 700 58 Mejju 2020 717 661 56 Gunju 2020 675 623 52 Lulju 2020 656 605 51 Awwissu 2020 715 662 53 Settembru 2020 807 747 60 Ottubru 2020 864 805 59 Novembru 2020 900 840 60 Decembru 2020 884 823 61 Jannar 2021 846 788 58 Frar 2021 821 763 58

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — ċelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ċelel ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jistgħu jintużaw sabiex fihom jinżammu persuni ġewwa fihom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li bħalissa hemm 469 ċella. Dawn jinkludu ċellel ta' sodda waħda, ta' żewġ sodod u dormitorji li jinkludu numru ta' sodod.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sodod fiċ-ċelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċelel ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li fihom hemm sodda waħda, li fihom hemm żewġ sodod, li fihom tliet sodod u li fihom aktar minn tliet sodod?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li numru ta’ sodod fiċ-ċellel hu kif gej: Ċellel b’sodda waħda 263 Ċellel b’zewg sodod 206 Dormitorji 15 Numru totali ta’ sodod 927

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li huma miżmuma taħt arrest preventiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm persuni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li għadhom mhux ikkundannati u qegħdin miżmuma taħt arrest preventiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li bħalissa hemm 278 il-persuna li qed jinzammu taħt arrest preventiv.