Legislature:
Category:
Reset
Active:

vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulzija fis-snin 2018, 2019, 2020 u 2021 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulzija fis-sena 2018 kien hemm 146, fis-sena 2019 kien hemm 119, fl-2020 kien hemm 117 u sa l-aħħar ta’ Awwissu 2021 tressqu 74 persuna. Din l- informazzjoni tikkonċerna każijiet fejn b’ xi mod il-Pulizija ma’ tħallietx tagħmel xogħola waqt il-qadi ta’ dmirijieta u tinkludi tħeddid u aggressjoni.

Korp tal-Pulizija — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija fil-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi permezz tat-trasfomazzjoni strateġika li qiegħda fis-seħħ bħalissa, minn dak li kien għaxar snin ilu, in-numru ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija kompla jiżdied u llum hemm elfejn, mija u sitta u tletin (2136) uffiċjal. Ma’ dawn kien hemm mija u tmienja u erbgħin (148) impjegati ċivili, żieda wkoll minn dak li kien hemm ukoll fl-aħħar għaxar snin.

Każijiet ta’ traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ traffikar ta’ droga li nqabdu mill-pulizija mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi in konnessjoni ma’ każijiet ta’ traffikar ta’ droga, bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021, il-Pulizija fit-Taqsima ta’ Kontra d-Drogi esegwiet erbgħa u tmenin (84) arrest.

Traffikar ta’ droga — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni akkużati bi traffikar ta’ droga fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021 it-Taqsima ta’ Kontra d-Drogi ressqu wieħed u disgħin (91) persuni akkużati bi traffikar ta’ droga.

RPCs li telqu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu RPCs fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi in-numru ta’ RPCs li telqu mill-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien ta’ erbgħa u tletin (34). Fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021, l-ammont kien ta’ sittax (16).

RPCs li ser jispiċċaw biż-żmien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm RPCs li se jispiċċaw biż-żmien tul is-sena 2021 u ċjoè sal-aħħar tas-sena 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fl-aħħar tas-sena 2021 se ikun hemm sitta u għoxrin (26) RPCs li se jispiċċaw peress li jkollhom ħamsa u sittin sena jew aktar.

Korp tal-Pulizija – membri li baqgħu jservu għalkemm għamlu l-25 sena servizz

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fil-preżent kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li baqgħu jservu għalkemm għamlu l-25 sena servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi in-numru ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija li baqgħu jservu għalkemm għamlu l-25 sena servizz, huwa ta’ mitejn u tlieta u sittin (263).

Pulizija ġodda ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati Pulizija ġodda fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 ġew ingaġġati erbgħa u erbgħin Pulizija ġodda, filwaqt illi fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021 ġew ingaġġati ħamsa u sittin Pulizija ġodda. Ma’ dan kien hemm ingaġġ ukoll ta’ uffiċjali oħra bħala parti mic-‘civilianization’.

Rapporti ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm saru rapporti ta’ serq lokalità b'lokalità mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-21 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ rapporti li saru mal-Pulizija dwar serq, lokalita b’lokalita bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021 kienu: Attard 32, Balzan 15, Birgu 17, Birkirkara 101, Birzebbugia 92, Bormla 37, Dingli 9, Fgura 42, Floriana 51, Fontana – Għawdex 1, Għajnsielem - Għawdex 23, Għarb - Għawdex 5, Gharghur 7, Għasri - Għawdex 4, Għaxaq 26, Gudja 26, Gżira 89 , Ħamrun 120, Iklin 9, Isla 17, Kalkara 19, Kerċem – Għawdex 5, Kirkop 7, Lija 5, Luqa 40, Marsa 111, Marsaskala 91, Marsaxlokk 32, Mellieħa 50, Mġarr 20, Mosta 82, Mqabba 7, Msida 85, Mtarfa 4, Munxar - Għawdex 4, Nadur - Għawdex 9, Naxxar 52, Paola 64, Pembroke 10, Pieta' 47, Qala - Għawdex 3, Qormi 152, Qrendi 11, Rabat - Malta 53, Rabat - Għawdex 22, Safi 5, San Ġiljan 305, San Ġwann 54, San Lawrenz - Għawdex 2, San Pawl Il-Bahar 277, Sannat - Għawdex 5, Santa Lucija 10, Santa Venera 39, Siġġiewi 22, Sliema 149, Swieqi 30, Ta' Xbiex 39, Tarxien 22, Valletta 100, Xagħra - Għawdex 13, Xewkija - Għawdex 13, Xgħajra 6 , Żabbar 55, Żebbuġ 54, Żebbuġ – Għawdex 23 , Żejtun 47, Żurrieq 19.

Każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika lokalità b'lokalità mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika, lokalità b'lokalità, irrapurtati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021 kienu: Attard 28, Balzan 10, Birgu 9, Birkirkara 50, Birzebbugia 48, Bormla 31, Dingli, 10, Fgura, 34, Floriana, 11, Għajnsielem - Għawdex 7, Gharghur 2, Għaxaq 11, Gudja 4, Gżira 17, Hamrun 32, Iklin 3, Isla 12, Kalkara 7, Kerċem - Għawdex 1, Kirkop 7, Lija 2, Luqa 18, Marsa 26, Marsaskala 42, Marsaxlokk 7, Mellieħa 23, Mġarr 9, Mosta 26, Mqabba 7, Msida 41, Mtarfa 6, Munxar - Għawdex 5, Nadur - Għawdex 7, Naxxar 23, Paola 20, Pembroke 8, Pieta' 16, Qala - Ghawdex 3, Qormi 47, Qrendi, 4, Rabat, 15, Rabat - Għawdex, 4, Safi, 3, San Ġiljan, 21, San Ġwann 20, San Pawl Il-Bahar 90, Sannat - Għawdex 1, Santa Lucija 6, Santa Venera 24, Siġġiewi 27, Sliema 20, Swieqi 19, Ta' Xbiex 3, Tarxien, 16, Valletta, 37, Xagħra - Għawdex, 4, Xewkija - Għawdex, 5, Xgħajra 5, Żabbar 56, Żebbug 31, Zebbug - Għawdex 8, Żejtun 35, Żurrieq 27.

Persuni li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bdew jiskontaw sentenza ta' ħabs fis-sena 2019, 2020 u fis-sena 2021 sad-data tar-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li, fl-2019 kien hemm 700 persuna, fl-2020 kien hemm 816 u sat-30 ta’ Settembru kien hemm 510 li bdew jiskontaw sentenza ta’ ħabs.

Persuni li temmew is-sentenza tal-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li temmew is-sentenza tal-ħabs fis-sena 2019, 2020 u fis-sena 2021 sad-data tar-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infumat li l-ammont ta’ persuni li temmew is-sentenza tal-ħabs fis-sena 2019 kien ta’ 816, fl-2020 temmew is-sentenza tagħhom 980 u fis-sena 2021 sal-lum kien hemm 784.

Pulizija li telqu mill-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Pulizija li telqu mill-Korp fil-pejodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn 1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ Pulizija li spiccaw mill-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien ta’ mija u ħamsa (105). Dawk li spiċċaw fil-perjodu ta’ bejn 1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021, kien ta’ mitejn u sitta (206), fil-maġġorparti wara li l-uffiċjali irtiraw għax temmew is-servizz tagħhom.

Korp tal-Pulizija – Deputati Kummissarji, Assistenti Kummissarji, Supretendenti u Spetturi li telqu mill-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li telqu mill-Korp tal-Pulziija fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sat-30 ta’ Lulju 2021 kienu fizzjali u ċjoè Deputati Kummissarji, Assistenti Kummissarji, Supretendenti u Spetturi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ fizzjali mill-Korp tal-Pulziija li spiċċaw fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 huma Deputat Kummissarju wieħed, tlett Supretendenti u sitt Spetturi. Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sat-30 ta’ Lulju 2021 spiċċaw żewġ Deputati Kummissarji, żewġt Assistenti Kummissarji, tlett Supretendenti u sitt Spetturi.

Korp tal-Pulizija – pulizija li telqu mill-Korp qabel temmew il-25 sena servizz

Question

Jista' l-Ministru jispjega kemm kien hemm Pulizija li telqu mill-Korp qabel temmew il-25 sena servizz fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ Pulizija li telqu mill-Korp qabel temmew il-25 sena servizz fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien ta’ tlieta u għoxrin (inkluż każ ta’ mewt). Fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021, l-ammont kien ta’ sittax (16).

Korp tal-Pulizija – membri tal-Korp li talbu li joħorġu fuq long unpaid leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp li talbu li joħorġu fuq long unpaid leave fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi in numru ta’ membri tal-Korp li talbu li joħorġu fuq long unpaid leave fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 kien ta’ erbgħa u għoxrin (24). Fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021 l-ammont kien ta’ wieħed u għoxrin (21).

Forzi Armati ta’ Malta – Maġġur — paga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-paga li jirċievi Maġġur fil-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-paga bażika ta’ Maġġur hija skala 5 tal-pagi taċ-Ċivil. Ma’ din hemm allowances oħra varji applikabbli fil-FAM u skont il-kariga li wieħed ikun qed jokkupa. Dan wara snin twal, għall-ewwel darba kien iffirmat ftehim settorjali li minnu bbenifikaw l-Uffiċċjali tal-FAM.

Forzi Armati ta’ Malta – Lieutenant Colonel — pagi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-paga ta’ Lieutenant Colonel fil-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-paga bażika ta’ Lieutenant Colonel hija skala 4 tal-pagi taċ-Ċivil. Ma’ din hemm allowances oħra varji applikabbli fil-FAM. Dan wara li fl-aħħar snin kienu anke mtejba l-kundizzjonijiet ta' dawn l-Uffiċċjali.