Legislature:
Category:
Reset
Active:

Immigranti irregolari rritornati lejn pajjiżhom

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22494 u jgħid x'kienet l-età ta’ kull immigrant irregolari li ġie rritornat/a lejn pajjiżu/ha fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2021? Jekk il-Ministru ser iwieġeb li r-risposta tingħata f’seduta oħra, jista’ l-Ministru jispjega għaliex dan id-dewmien għal tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fl-ewwel disa’ xhur tas-sena li għaddiet , l-age bracket tal-immigranti rregolari li ġew rritornati lejn pajjiżhom, kienet kif jidher fit-tabella hawn taħt: Age Bracket 0-13 14-17 18-34 34+ Total Maskili 0 3 224 93 320 Femmili 1 0 17 12 30

Ripatriazzjoni tal-immigranti irregolari — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22495 u jgħid min ħallas għar-ripatriazzjoni tal-immigranti irregolari lejn pajjiżhom fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2021 u kemm kienet l-ispiża għal dan? Jekk il-Ministru ser iwieġeb li r-risposta tingħata f’seduta oħra, jista’ jispjega għaliex dan id-dewmien għal tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ispiża mħallsa għar-ripatriazzjoni ta’ immigranti rregolari lejn pajjiżhom fl-ewwel 9 xhur tas-sena li għaddiet, kienet ta’ €554.800.80. Minn din is somma, l-ammont ta’ €393,477.22 huwa kopert minn fondi Ewropej filwaqt li l-ammont ta’ €161,323.58 kien kopert minn fondi nazzjonali. Dan l-ammont jinkludi ukoll in-nefqa relatata mar-ritorn voluntarju ta’ immigranti rregolari lejn pajjiżhom.

Depot tal-Pulizija – Għeluq tal-Mużew

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-mużew li kien hemm fid Depot tal-Pulizija l-Floriana issa ingħalaq għal kollox? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid fejn qegħdin jinżammu l-esebiti li kien hemm għall-wiri fl-istess mużew? Jista’ jikkonferma huwiex minnu li hemm esebiti li huma mitluqa fil-bitħa tad-Depot?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi wara studju li sar bl’għajnuna ta’ ufficjali ta' Heritage Malta, l-esebiti kollha li kien hemm fil-muzew fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, ġew rilokati u esebiti f’diversi postjiet oħra fl-istess Kwartieri. Fosthom fis-Sala Vilhena, fis-Sala u l-kjostru ta’ mas-Sala San Mikiel u partijiet oħra fejn jistgħu jarawhom il-membri tal-korp. Xi artifatti ġew trasferiti lil Heritage Malta, fejn qed jiġu esebiti ġewwa l-muzewijiet ta' l-istess awtorita', u jitgawdew mill-pubbliku. M’hiniex infurmat li hemm esebiti mitluqa f’xi bitħa.

Korp tal-Pulizija — ħlas f’overtime u extra duty

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas f’overtime u extra duty separatament lill-membri tal-Korp tal-Pulizija f’Settembru, Ottubru u Novembru xahar b’xahar fis-snin 2019, 2020 u 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ħlas ta’ overtime u extra duty isir skond perjodu u mhux xahar. Dan anke il-għaliex għal skopijiet ta’ ħlas ta’ pagi is-sena tinqasam fi tlettax-il perjodu. Għaldaqstant, l-ammonti ta’ overtime u extra duty li tħallsu lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fil-perjodi 9, 10 u 11 fit-tlett snin indikati mill-Onorevoli Interpellant, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat ukoll illi dwar il-pagament ta’ extra duty dan illum qed jithallas b’mod immedjat b’sistema aktar effiċjenti kuntrarju ghal dak li kien jiġri fil-passat fejn pulizija kien jistenna xhur u snin biex jithallas dak dovut lilu. Ukoll infurmat illi dawk il-haddiema li jahdmu overtime, il-hlas dovut lilom jithallas kollu u dan b’differenza kbira minn dak li kien jiġri fi żmien amministrazzjoni differenti qabel is-sena 2013, li ghazlet li ma thallasx lill-haddiema tal-overtime li huma hadmu. Perjodu ta’ hlas Ammont Overtime Extra-duty Pay 9.2019 799484 333223.1 Pay 10.2019 829371.2 359343.3 Pay 11.2019 1334658 1055097 Pay 9.2020 702909.2 211170.2 Pay 10.2020 772498.9 268304.7 Pay 11.2020 730213.7 244497.2 Pay 9.2021 834479.9 252881.3 Pay 10.2021 858112.4 246454.7 Pay 11.2021 805424.6 263324.9

Membri li telqu mill-Korp tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu membri mill-Korp tal-Pulizija xahar b’xahar f’Settembru, Ottubru u Novembru 2021? Jista’ jgħid kemm min dawn telqu qabel ma kienu għalqu 25 sena servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ membri regolari tal-Korp tal-Pulizija li rtiraw bil-penzjoni ta-servizz jew lehqu l-eta’ tal-irtirar fit-tlett xhur imsemmija kienu ta’ 15, filwaqt li 4 irrizenjaw qabel ghalqu il-25 sena servizz.

Unions li jirrappreżentaw lill-Pulizija – talba għal laqgħa mal-Ministru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba saret talba biex issir laqgħa miegħu mill-Unions li jirrappreżentaw lill-Pulizija matul is-sena 2021? Jista’ jgħid meta u minn liema Union saret it-talba u kemm u meta ltaqa’ mal-Unions matul l-2021 u liema kienu l-Unions li ltaqa’ magħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni tinghata f’seduta ohra.

Pulizija – extra duty — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu Extra Duty il-Pulizija fis-snin 2018 u 2019, xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ammont ta’ Extra duty li tħallsu għas-snin 2018 u 2019 huma kif indikat hawn taħt. Payroll / Year Amount 2018-01 Total 312903.3 2018-02 Total 550427.7 2018-03 Total 290370.3 2018-04 Total 263579.3 2018-05 Total 237929.9 2018-06 Total 264432.7 2018-07 Total 368209.7 2018-08 Total 263819.3 2018-09 Total 259065.5 2018-10 Total 284956 2018-11 Total 273082.8 2018-12 Total 373259.2 2018-13 Total 227702.5 Grand Total 3923809 Payroll / Year Amount 2019-01 Total 225483.5 2019-02 Total 514387.8 2019-03 Total 211817.1 2019-04 Total 348046.8 2019-05 Total 119361 2019-06 Total 222214 2019-07 Total 611075.3 2019-08 Total 442673.7 2019-09 Total 333223.1 2019-10 Total 359343.3 2019-11 Total 1055097 2019-12 Total 301188.9 2019-13 Total 274692.4 Grand Total 5018604

Pulizija – overtime – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'overtime lill-Pulizija fis-snin 2018 u 2019, xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ammont ta’ overtime li tħallsu għas snin 2018 u 2019 xahar b’xahar huma kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Payroll / Year Amoun t 2018-01 Total 192043 2018-02 Total 234889.4 2018-03 Total 202310.7 2018-04 Total 255342.1 2018-05 Total 319629.1 2018-06 Total 2972.41 2018-07 Total 347068.7 2018-08 Total 353331.9 2018-09 Total 410807.1 2018-10 Total 472074.2 2018-11 Total 466973.1 2018-12 Total 476791.2 2018-13 Total 483408.7 Grand Total 4217642 Payroll / Year Amount 2019-01 Total 736288.2 2019-02 Total 725005.1 2019-03 Total 710485.9 2019-04 Total 673590 2019-05 Total 800280 2019-06 Total 1887.97 2019-07 Total 905308.9 2019-08 Total 783702.8 2019-09 Total 799484 2019-10 Total 829371.2 2019-11 Total 1334658

Ripatriazzjoni tal-immigranti rregolari — spiża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22495 u jgħid min ħallas għar-ripatriazzjoni tal-immigranti rregolari lejn pajjiżhom fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2021 u kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra

Korp tal-Pulizija – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħlas ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija xahar b'xahar fis-sena 2020 kollha u minn Jannar 2021 sa Awwissu 2021 xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ ħlas ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija li sar fil-perjodi ta’ ħlas matul is-sena 2020 u minn Jannar 2021 sa Awwissu 2021, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Pay Period Amount For OT Pay 1.2020 834415.63 Pay 2.2020 1013550.54 Pay 3.2020 869492.69 Pay 4.2020 774542.83 Pay 5.2020 873731.48 Pay 6.2020 739476.24 Pay 7.2020 64645.5 Pay 8.2020 737491.93 Pay 9.2020 702909.18 Pay 10.2020 772498.89 Pay 11.2020 730213.73 Pay 12.2020 723282.43 Pay 13.2020 760730.68 Pay 1.2021 819996.97 Pay 2.2021 772348.08 Pay 3.2021 747867.93 Pay 4.2021 870050.47 Pay 5.2021 829273.28 Pay 6.2021 797278.81 Pay 7.2021 3436.8 Pay 8.2021 811815

Korp tal-Pulizija – ħlasijiet ta’ extra duties

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru ħlasijiet ta’ extra duties lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fis-sena 2020 xahar b'xahar u minn Jannar 2021 sa Awwissu 2021 xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ħlas li saru lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija għall-extra duties fil-perjodi ta’ ħlas minn Jannar 2020 sa Awwisu 2021, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Pay Period Extras Pay 1.2020 267278.6 Pay 2.2020 597334.6 Pay 3.2020 307804.2 Pay 4.2020 178627.3 Pay 5.2020 307798.5 Pay 6.2020 268155.7 Pay 7.2020 265843.7 Pay 8.2020 86447.39 Pay 9.2020 211170.2 Pay 10.2020 268304.7 Pay 11.2020 244497.2 Pay 12.2020 102749.8 Pay 13.2020 201113.2 Pay 1.2021 246423.6 Pay 2.2021 196995.1 Pay 3.2021 264904.4 Pay 4.2021 485438.7 Pay 5.2021 363777.4 Pay 6.2021 -69.29 Pay 7.2021 263479.1 Pay 8.2021 200694.8

vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti mill-pulizija persuni akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi in-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti mill-pulizija akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021 kien ta’ elf u ħamsa u tmenin (1085). Min dawn mitejn u erbgħa u sittin (264) kienu persuni femminili u tmien mija u wieħed u għoxrin (821) kienu maskili.

Każijiet ta’ omiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji fis-snin 2018, 2019, 2020 u 2021 sal-lum, u kemm hemm minnhom li għadu ma tressaq ħadd il-qorti akkużat dwarhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi, n-numru ta’ każijiet ta’ omiċidji li seħħew fis-snin 2018, 2019, 2020 u sa l-aħħar ta’ Settembru 2021 kien ta’ tmintax (18) u dawn kollha ġew solvuti u tressqu persuni il-qorti akkużat dwarhom.