Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9756 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Wied l-Għasri u San Blas — pjan fuq il-kosta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jitfassal pjan għall-kosta mill-bajja ta’ San Blas sa Wied l-Għasri? Jekk fl-affermattiv, min qed ifasslu? Kif ingħata l-kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li din il-wegħda elettorali hi ppjanata li sseħħ aktar tard f'din il-leġislatura.
Leg 11 PQ #9757 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qasam tal-agrikoltura - gżira organika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar kull sena mill-2007 ‘l hawn biex Għawdex isir gżira organika fil-qasam tal-agrikoltura?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-2007 'l hawn sar kors għall-bdiewa dwar il-limitazzjoni ta' l-użu tal-pestiċidi u awareness dwar l-impatt tagħhom. Il-MEPA ħarġet politika ġdida dwar l-agrikoltura. Fil-kuntest ta' l-istrateġija Eko-Għawdex se jkun studjat kif il-biedja organika tista' tkun żviluppata b'mod sostenibbli f'Għawdex (anke mil-lat ekonomiku).
Leg 11 PQ #9758 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — attrazzjonijiet turitiċi ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar minn April 2008 ‘l hawn biex jinħolqu attrazzjonijiet turistiċi ġodda f’Għawdex? X’inhuma l-attrazzjonijiet li se jinħolqu u f’liema lokalitajiet huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex jieħu diversi inizjattivi waħdu u flimkien ma' entitajiet oħra biex jinħolqu attrazzjonijiet għat-turisti f'Għawdex. Wieħed mill-proġetti ewlenin huwa l-preparazzjoni ta' Master Plan għaċ-Ċittadella li permezz tiegħu qed jiġi ndividwati possibiltajiet t'attrazzjonijiet ġodda ġewwa ċ-Ċittadella li eventwalment isiru aċċessibbli għall-pubbliku. Il-Ministeru kkollabora wkoll ma' entitajiet bħal Wirt Għawdex fir-restawr tat-Torri ta' Mġarr ix-Xini kif ukoll fuq il-Kappella ta' Santa Ċeċilja biex meta jitlestew ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku. Fil-fatt it-Torri ta' Mġarr ix-Xini ser jinfetaħ għall-pubbliku fil-jiem li ġejjin. Matul is-sena wkoll jittieħdu diversi inizjattivi ta' natura kulturali fosthom l-organizazzjoni ta' wirjiet temporanji, kunċerti u avvenimenti kulturali. Kemm jista' jkun dawn l-inizjattivi jsiru f'diversi lokalitajiet madwar Għawdex. Avveniment prinċipali bħal dan kienet Lejlet Lapsi x-xahar l-ieħor. Il-Ministeru għal Għawdex jgħin u jikkollabora wkoll ma' Kunsilli Lokali fl-organizazzjoni ta' attivitajiet kulturali fil-lokalita' tagħhom.
Leg 11 PQ #9759 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — protezzjoni tal-ħamrija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuwa l-pjan għall-protezzjoni tal-ħamrija mill-erożjoni f’Għawdex u x’sar s’issa fuqu? Min fassal il-pjan? Kif ingħata l-kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-pjan imsemmi huwa magħmul minn sett ta' miżuri li flimkien iwasslu għal inqas telfien ta' ħamrija. Dawn il-miżuri ġew identifikati minn uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex. Issa jmiss li dawn il-miżuri jiġu studjati fil-kuntest partikolari ta' Għawdex u jitħejja pjan t'azzjoni li jkopri l-gżira. Sa issa ma ngħata l-ebda kuntratt għal dan ix-xogħol.
Leg 11 PQ #9760 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xħajma - ċentru ta' faċilitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar minn April 2008 ‘l hawn għall-iżvilupp ta’ ċentru ta’ faċilitajiet sportivi fl-inħawi ta’ Xħajma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jara kif jagħmel l-aħjar użu minn dan is-sit għall-benefiċċju tad-dilettanti taż-żwiemel kif ukoll għal dixxiplini sportivi oħra.

Xewkija — Micro-enterprise park

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett għall-bini ta' micro-enterprise park fi Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9525.
Leg 11 PQ #9749 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — xogħol ta' back office

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar biex jiġi attirat xogħol ta’ back office f’Għawdex? Kemm inħolqu impjiegi ġodda ta’ back office f’Għawdex minn April 2008 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li matul is-snin 2007 u 2008 ġie trasferit lejn Għawdex ix-xogħol li għandu x'jaqsam mas-salarji u pensjonijiet tat-Teżor, mas-salarji tad-Diviżjoni tas-Saħħa, mal-verifika ta' data dwar ir-Reġistrazzjoni Ċivili, mal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumaturi, ma' l-Iskema ta' Benefiċċju dwar l-Enerġija, mas-servizzi t'amministrazzjoni tal-Qrati, mas-servizzi ta' Informazzjoni Governattiva kif ukoll mal-Call Centretad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni. Ninsab infurmata li qed isiru kuntatti mal-Management Efficiency Unitbil-għan li jkun identifikat xogħol ta' back office ieħor li jista' jsir f'Għawdex.
Leg 11 PQ #9750 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — eko-turiżmu u agro-turiżmu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar kull sena mill-2007 ‘l hawn għall-promozzjoni ta’ eko-turiżmu u agro-turiżmu f’Għawdex? X’kien ir-riżultat ta’ din il-ħidma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex qed jikkunsidra dawn iż-żewġ oqsma fil-qafas tal-istrateġija Eko-Għawdex.
Leg 11 PQ #9751 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — trasport bl-ajru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar kull sena minn April 2008 ‘l hawn biex jibda jitħaddem u jissaħħaħ servizz ta’ trasport bl-ajru minn u lejn Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Gvern jikkunsidra kull talba li ssir biex jiġi provdut servizz bl-ajru. Fil-fatt għaddejjin diskussjonijiet ma' xi kumpaniji f'dan is-sens.
Leg 11 PQ #9752 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — fondi ewropej

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intnefqu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Tista’ tgħid fuq xiex intnefqu u kemm intnefqu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-proġetti taħt il-programm finanzjarju 2007-2013 huma fil-fażi ta' tendering.
Leg 11 PQ #9753 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — units residenzjali ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inbnew units residenzjali ġodda f’Għawdex għall-akkomodazzjoni soċjali? F’liema lokalitajiet inbnew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #9754 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — promozzjoni tat-turiżmu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa biex jitwaqqaf direttorat ġdid fi ħdan il-Ministeru tagħha għall-promozzjoni tat-turiżmu f’Għawdex bħala destinazzjoni distinta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li dan is-suġġett qed ikun diskuss bħala parti mir-ristrutturar li hemm ħsieb li jsir fil-Ministeru għal Għawdex.

Għawdex — Workshops

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8964, 8538 u 8709 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f'Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minnhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma ngħatawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġew approvati għaliex għadhom ma ġewx ipproċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2007, 42 entita’ minn Għawdex urew interess biex jirrilokaw l-operazzjonijiet eżistenti tagħhom fil-qasam industrijali tax-Xewkija. Sat-2008, 17 minnhom ġew approvati u ngħataw spazju industrijali. Dawn iridu jilħqu t-98 impieg sat-tielet sena ta’ l-operat tagħhom. L-ispazju industrijali f’dan is-settur tradizzjonali fil-qasam industrijali tax-Xewkija huwa prattikament kollu meħud. Il-Malta Industrial Parks qed tistudja siti alternattivi sabiex talloka l-attivitajiet tas-setturi tradizzjonali. Il-25 entita’ li baqa’ huma proġettati li jilħqu l-159 impieg sat-tielet sena ta’ l-operat tagħhom. Irid jiġi innotat li dawn huma figuri proġettati u mhux fattwali u li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-entitajiet diga’ qegħdin joperaw u qed jiġġeneraw impieg. Ħafna minnhom huma “relocation” u mhux “intrapriżi ġodda”. La darba jiġu identifikati siti addattati għal dawn l-attivitajiet, il-Malta Enterprise tipproċessa t-talbiet pendenti u potenzjali skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni u eliġibilita’ tal-Malta Enterprise.
Leg 11 PQ #9530 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Pjan ta' afforestazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8978 dwar pjan ta' afforestazzjoni, tista' l-Ministru tgħid jekk dak li hemm fit-tweġiba li tat f'mistoqsija parlamentari 6016 huwiex il-pjan ta' afforestazzjoni tal-Ministeru tagħha? Tista' tgħid f'liema toroq u wesgħat f'Għawdex se jitħawlu s-siġar u l-arbuxelli msemmija fit-tweġiba tagħha? Kemm siġar u arbuxelli se jitħawlu fit-toroq u wesgħat f'Għawdex din is-sena u kull sena mill-2010 sal-2015?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li dak li hemm fit-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6016 huwa parti minn dak li għandu jkun pjan ta' afforestazzjoni. L-informazzjoni l-oħra mitluba tingħata aktar 'il quddiem.

Xlendi — baga għall-irmiġġ tal-cruiseliners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru tal-applikazzjoni lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tqegħid tal-baga għall-irmiġġ tal-cruiseliners fix-Xlendi? Jista’ jpoġġi kopja tal-case officer report u tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Awtorità rigward din l-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9600 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex Patrol Boats

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9196 li oriġinarjament saret lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jiddikjara li f'dawn ix-xhur ta' sajf huwiex maħsub li tiġi stazzjonata patrol boat f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9748 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — business incubation centre

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar kull sena mill-2007 ‘l hawn biex jitwaqqaf business incubation centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba għal mistoqsija numru 6438.

Imġarr Għawdex — Bini ta' rmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9050 u jgħid jekk ingħatax xi kuntratt għal feasibility study/environmental impact assessment dwar il-bini ta’ rmiġġ/ijiet fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr Għawdex biex jintuża/w bħala cruise berth/s? Jekk ingħata, meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u min hu l-kuntrattur? Meta ngħata l-kuntratt? Meta għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skond il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2005 wara sejħa għall-offerti li nħarġet fl-istess sena,, ingħata kuntratt lill-ECORYS B.V. li kien jinkludi feasibility study u environmental impact assessment dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-port tal-Imġarr Għawdex biex jintuża/w bħala cruise berth/s. L- Environmental Impact Assessment mistenni jitlesta din is-sena.

Offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8779 u jgħid jekk is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex hijiex se torbot lill-kuntrattur li jħaddem b'mod regolari, tal-anqas kif inhu llum, is-servizz tal-cargo għal Sa Maison? Jekk le, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.