Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Farm Sperimentali tal-Gvern f'Għawdex isir ċentru mediterranju fir-riċerka, żvilupp u innovazzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'sar s'issa fuq dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-ministeru għal Għawdex qiegħed jippjana li l-Farm Sperimentali tal-Gvern f'Għawdex isir Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni kif imwiegħed fil-Programm Elettorali. Jiena nfurmata li sa issa saru laqgħat dwar dan il-proġett u dwar l-aħjar mod li jista' jitħaddem.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa matul din il-leġislatura biex titwettaq riforma u jiġu ntrodotti servizzi innovattivi fis-servizz tat-trasport pubbliku f'Għawdex? Meta huwa mistenni li tiddaħħal din ir-riforma? Qed jittieħdu in konsiderazzjoni l-interessi ġenwini tas-sidien tax-xarabanks u fl-istess waqt ikun hemm servizz li jagħmel sens soċjali u ekonomiku għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jerġa' jibda u jitlesta x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat twassal għall-pjazza ta' San Lawrenz u li kellha ssir taħt il-perijodu ta' programmazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2004 - 2006?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħolijiet huma ppjanati li jibdew aktar tard din is-sena.
Trasferiment ta' nies minn dipartiment għall-ieħor
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm trasferimenti saru minn fergħa għal oħra u minn dipartiment għal ieħor fi ħdan il-Ministeru tagħha mill-elezzjoni ġenerali ta' 2008 'l hawn? Tista' tagħti dan it-tagħrif skond il-fergħa u dipartiment minn fejn ġew trasferiti u l-fergħa u d-dipartiment għal fejn ġew trasferiti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li saru 82 trasferiment minn fergħa għal oħra u minn dipartiment għal ieħor fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-elezzjoni ġenerali ta' 2008 'l hawn. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija l-informazzjoni hija kif murija fit-tabella li qed inpġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9520, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-iskeda għas-sajf u x-xitwa tas-servizz tal-ajru li hemm bħalissa? Jista' jgħid minn fejn qed jaħdem f'Malta f'kull ħin tal-iskeda? Jista' jara li toħroġ stqarrija għall-istampa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni biex ifakkar lill-Maltin u lill-Għawdxin b'dan is-servizz tant komdu u utli għalihom?
Valur gross miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur finanzjarju
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9519, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur gross miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur finanzjarju f'Malta u f'Għawdex separatament fl-2008? Jista' jgħid fejn u meta ġiet ippubblikata xi data dwar il-valur gross miżjud bħal settur għalih waħdu f'Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-valur gross miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur finanzjarju f’Malta u f’Għawdex għas-sena 2008 tinħadem lejn l-aħħar tas-sena bi preparazzjoni għal-publikazzjoni għar-release tal-GDP reġjonali. L-informazzjoni li nagħtat fit-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari numru 9519 tagħmel parti mis-settur msejjah ‘Intermedjazzjoni finanjarja, attivitajiet ta’ proprjeta’ mmobbli, kiri u negozju’ kif giet ippublikata.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9196 li oriġinarjament saret lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jiddikjara li f'dawn ix-xhur ta' sajf huwiex maħsub li tiġi stazzjonata patrol boat f'Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm proposta kif tista’ tissaħħaħ il-preżenza fis-settur marittimu kemm fil-portijiet kif ukoll max-xtut kollha Maltin. Din il-proposta għadha qed tkun eżaminata.
Proġett ta' konservazzjoni fit-Tempji tal-Ġgantija
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa matul din il-leġislatura fuq il-proġett ta' konservazzjoni fit-Tempji tal-Ġgantija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant peress li t-Tempji tal-Ġgantija jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' Heritage Malta, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Sistema ta' records u medical files elettroniċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx sistema ta' records u medical files elettroniċi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jekk hemm, meta daħħlet din is-sistema? Is-sistema hija maqgħuda mal-Isptar Mater Dei? Jekk għadha ma ddaħħlitx, għaliex? Meta mistennija li tidħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-sistema ta' records u medical fileselettroniċi qed tiġi evalwata biex digitalized medical records jidħlu fis-sistema kollha, taż-żewġ sptarijiet.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru għal Għawdex ġiex ristrutturat matul din il-leġislatura? Jekk fl-affermattiv, x'sar f'dan ir-rigward? Jekk fin-negattiv, meta mistenni li jiġi ristrutturat? Kif inhu mistenni li jkun ristrutturat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li bħalissa qegħdin jittieħdu l-miżuri neċessarji għar-ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx introdotti żoni pedonali ġodda f'Għawdex matul din il-leġislatura? Jekk fl-affermattiv, fejn? Tista', jekk jogħġobha, tpoġġi pjanta tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadhom ma ġewx introdotti, sar xi studju dwar fejn dawn iż-żoni jistgħu jiġu ntrodotti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ġewx introdotti żoni pedonali ġodda matul din il-leġislatura.
Għawdex — Ġenerazzjoni ta' l-enerġija fl-użu ta' sorsi alternattivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju ta' fattibilità biex Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha fl-użu ta' sorsi alternattivi? Jekk fl-affermattiv, meta sar? Min għamlu? X'inhuma r-rakkmandazzjoni tar-rapport? Tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, meta hu mistenni li jsir dan l-istudju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din il-materja qed tiġi kkunsidrata fit-tfassil tal-istrateġija ta' Eko-Għawdex.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar s’issa biex proġetti kapitali għal Għawdex jitpoġġew fuq fast track?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex issir referenza għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 9482 u numru 7565 fuq l-istess tema. Il-Kumitat Reġjonali għall-Għawdex għandu rwol li jressaq rakkmandazzjoniet.
Il-proċess maqbul bejn il-membri kollha tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex jitratta konsolidament tar-rakkmandazzjoniet kollha f’kuntest soċjo-ekonomiku u amjentali f’rapport dettaljat. Fil-ġimgħat li ġejjin dan ir-rapport ħa jitressaq quddiem il-Kunsill Malti għall-Iżvillup Ekonomiku u Soċjali u finalment għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi biex isir feasibility study dwar il-bini ta’ airstrip f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’passi ttieħdu? Jekk fin-negattiv, għaliex ma sarx feasibility study dwar dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex issir referenza għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 9482 u numru 7565 fuq l-istess tema.
Wara li jkun rċieva r-rapport mingħand il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex msemmi f’risposta parlamentari numru 9767, il-Gvern jiddeċiedi kif għandu jimxi u f’dan l-istadju mhux jeskludi li jsiru l-istudji neċessarji biex tittieħed l-aħjar deċiżjoni f’kuntest aktar wiesa’.
Riforma tat-trasport pubbliku — gozo bus owners association
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Kemm-il laqgħa saret mal-Gozo Bus Owners Association? Kemm-il laqgħa saret mal-Kunsilli Lokali Għawdxin? Kemm-il laqgħa saret mal-Ministeru għal Għawdex dwar din ir-riforma? Meta saru dawn il-laqgħat, jekk saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul l-aħħar sena, Il-Ministeru qabbad esperti tat-trasport biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar sistema tat-trasport pubbliku f'Għawdex. L-għan huwa biex tkun introdotta sistema tat-trasport li jkun effiċjenti u ta' min joqgħod fuqha, bl-anqas impatt fuq l-ambjent u b'konformita' ma regoli ta' l-UE. Is-sistema l-ġdida ser tuża vetturi iktar ġodda u ser tkun ibbażata fuq rotot li jaqdu aħjar il-ħtiġijiet t'Għawdex.
Sa issa saru tlett laqgħat mal-Gozo Bus Owners Association u saret laqgħa oħra mas-sidien tat-taxis. Saru wkoll żewġ laqgħat mal-Ministeru ta' Għawdex, preżentazzjoni mall-Kunsilli Lokali u numru ta' konsultazzjonijiet dwar ir-rotot ma l-istess Kunsilli. Dan kollu minbarra l-Konferenza Nazzjonali miftuħa għal kulħadd f'Diċembru tas-sena li għaddiet,
Għawdex isir gżira organika fil-qasam tal-agrikoltura
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi ttieħdu s'issa matul din il-leġislatura biex Għawdex isir gżira organika fil-qasam tal-agrikoltura?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din il-miżura se tkun tagħmel parti mill-istrateġija Eko-Għawdex li għandha titressaq għad-diskussjoni fi ftit żmien ieħor.
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar kull sena mill-2007 ‘l hawn biex titwaqqaf pixkerija f’Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li saret pjanta biex tinbena Pixkerija f'Għawdex u li għaddejjin diskussjonijiet mad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Veterinarji u Sajd dwar dan il-proġett.