Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9889 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' l-ajru bejn Għawdex u Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9520, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-iskeda għas-sajf u x-xitwa tas-servizz tal-ajru li hemm bħalissa? Jista' jgħid minn fejn qed jaħdem f'Malta f'kull ħin tal-iskeda? Jista' jara li toħroġ stqarrija għall-istampa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni biex ifakkar lill-Maltin u lill-Għawdxin b'dan is-servizz tant komdu u utli għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-servizz operat mill-kumpanija Harbourair joffri titjiriet mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u mill-Valletta Cruise Terminal għal port tal-Imġarr, Għawdex. Dettalji aġġornati fuq l-iskedi ta’ dawn is-servizzi jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal-kumpanija www.harbourairmalta.com Ma naħsibx li jkun xieraq li s-servizzi tad-Dipartiment tal-Informazzjoni jintużaw sabiex jippromwovu servizzi ta’ transport kummerċjali.
Leg 11 PQ #10185 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Ċumnija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-rapport dwar id-dħaħen kbar suwed li spiss joħorġu miċ-ċumnija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tlestiex? Jekk fl-affermattiv minn xiex huma kkawżati? Tista’ issa tgħid jekk dawn id-dħaħen humiex konformi mal-liġijiet Maltin u ma’ dawk Ewropej? Jekk ir-rapport għadu ma tlestiex, meta mistenni li jitlesta? Min għamel/qed jagħmel dan ir-rapport? Tista’ tagħti assigurazzjoni li dawn id-dħaħen mhux qed jikkontaminaw l-arja in konnessjoni mat-tħaddim tad-decompression chamber?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-rapport tekniku dwar jekk l-emissjonijiet tal-boiler house humiex konformi mal-leġislazzjoni relevanti għadu ma tlestiex. Tali rapport li qed jiġi kkummissjonat f'dawn il-ġranet mistenni jitlesta madwar tlett ġimgħat oħra. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmata li l-arja kollha li tintuża għat-tħaddim tad-decompression chamber tgħaddi minn filtru apposta li jissuplixxi arja nadifa skond il-livelli rakkomandati mill-UE.
Leg 11 PQ #10186 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — self catering accommodation

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9445 u jgħid kemm kien hemm units u sodod f’self-catering accommodation f’Għawdex u f’Malta separatament mill-1999 ‘l hawn skond it-tip eżempju: farmhouses, vilel bil-pool, apartments eċċ. u skond il-klassifikazzjoni tagħhom? Jista’ jgħid kemm kienet il-medja tal-occupancy rate tagħhom kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjonii mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Settur Finanzjarju — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9438 u jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fis-settur finanzjarju f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2008 u fl-aħħar t’April ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9438.
Leg 11 PQ #10188 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Għawdex - impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9440 u jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni fuq is-servizz pubbliku jinġabar bid-dettal mixtieq mill-Management Personnel Office, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ tiġbor l-informazzjoni fuq l-entitajiet governattivi (hekk msejjħa Parastatali) kull xahar mill- Employment Returns. Dawn ir- Returns ma jinkludux fihom informazzjoni fuq il-grad jew skali tal-ħaddiema imma biss kemm iħaddmu nies magħhom. Għaldaqstant ser tingħata biss informazzjoni fuq il-ħaddiema Għawdxin imjegati ma’ kull entita’ fis-settur pubbliku (barra dak tas-servizz pubbliku). L-informazzjoni mitlub ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella A turi kemm kien hemm impjegati f’entitajiet Parastatali ġewwa Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2007 u fl-aħħar ta’ Novembru 2008 (l-aħħar nformazzjoni li ġiet ppublikata mill-NSO).
Leg 11 PQ #10189 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Kumpanniji - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu jħaddmu nies fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2008 u fl-aħħar ta’ Mejju 2009 fil-fabbrika, uffiċċju, ċentru ta’ servizzi, eċċ. li joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija kull waħda minn dawn il-kumpanniji: FX Borg Furniture Ltd, Magro Bros (Foods) Ltd, FX Borg Furniture Ltd, Cassar Weaving Ltd, Merit Precision Tools Ltd, Carmelo Camilleri Furniture Ltd, Gozo Aluminium Ltd, Gozo Laundry & Drycleaning Ltd, UDC Euro Ltd, Tower Products Ltd, Zahra Woodworks Ltd, Ka-Do-Ko Ltd, J2 Ltd, Xuereb Glass Co Ltd, L Fenech Ġelati Granola Ltd, Pamargan Products Ltd, Advances Logistics Ltd, J Debono Printing Press Ltd, HSBC Bank Malta plc, Xuereb Glass Co Ltd, Ġelati MezzanLtd, M& L Refalo Ltd u Carefree Furniture Co Ltd?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma’ tistax tagħti nformazzjoni dwar kemm kienu jaħdmu nies f’kull kumpanija rispettiva minħabba li din l-informazzjoni hi kummerċjalment sensittiva.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Għawdex - Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9446 u jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li preżentement l-impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti, l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi, huwa skond kif ġej: Senior Fisheries Officer fi skala 11 Inġinier (mal-WasteServ) fi skala 9 Din l-informazzjoni tgħodd ukoll għal Diċembru 2007.

Settur Finanzjarju — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fis-settur finanzjarju f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2008 u fl-aħħar t’April ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tkabbir ta' yacht marinas

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9517 u 8778 u jgħid x'inhuma l-proġetti li hemm għall-ħolqien jew tkabbir ta' yacht marinas f'Għawdex? Fiex wasal kull proġett? Meta mistenni li jinbeda u jispiċċa kull proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport li ġie publikat.
Leg 11 PQ #9892 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' airstrip f'Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9482 dwar studju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li jitlesta r-rapport imsemmi fit-tweġiba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa r-rapport għadu ma wasalx għand il-Gvern. Huwa l-Kumitat tal-MCESD għal Għawdex li effettivament jiddetermina meta għandu jitlesta r-rapport biex imbagħad jgħaddi għal kunsiderazzjoni tal-Gvern.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Impjegati f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9451 u jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9981 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — żbalji fil-local plans

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabitx żbalji oħra fil-local plans li ġew approvati fl-2006, bħal dak li nstab fil-local plans ta' Ħal-Balzan? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-iżbalji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9985 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ urġenti ta' MRI

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9391 u jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, isirilha l-MRI kemm jista' jkun malajr peress li l-appuntament tagħha huwa għal Awwissu, imma dan huwa każ urġenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk it-tabib kuranti ta’ dan il-pazjent jidhirlu li l-kundizzjoni ta’ dan il-pazjent hija tant urġenti li ma jistax jistenna sa Awwissu, huwa għandu jirreferi l-każ lill-konsulenti fid-Dipartiment tar-Radjoloġija.
Leg 11 PQ #10184 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xewkija — Qasam Industrijali - HSBC bank - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9450 u jgħid kemm kien miftiehem li jħaddem nies l-HSBC Bank fis-services centre tal-qasam industrijali tax-Xewkija meta ngħata l-bini biex jitwaqqaf dan iċ-Ċentru? Kemm kienu jaħdmu nies f’dan iċ-Ċentru fl-aħħar ta’ Jannar 2008 u fl-aħħar ta’ Mejju 2009?

Response (DALLI, JOHN)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.

garage industry f’Għawdex — art/workshops

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f’Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma nagħtawx art /workshop ? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx proċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9528.

Għawdex — Workshops

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 8709 u 8538 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f’Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma nagħtawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx proċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9528.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Għawdex - Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Xlendi — Xiri ta' bagi għal cruise liners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-tender specifications għax-xiri tal-baga għall-irmiġġ tal-cruiseliners fix-Xlendi? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn it-tender specifications fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għawdex — Imġarr - Rmiġġi roro

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9041 u jgħid jekk ngħatax xi kuntratt għal feasibility study sabiex jiddetermina l-potenzjal ta’ rmiġġi roro għal vapuri żgħar bħal ferry ships u catamarans fl-Imġarr Għawdex? Jekk ingħata meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u min hu l-kuntrattur? Meta ngħata l-kuntratt? Meta għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skond il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2007, wara sejħa pubblika għall-offerti, l-Awtorita’ Marittima nkarigat lil Fisher & Associates sabiex jagħmlu studju ta’ fattibilita’ (feasibility study) dwar il-possibilita’ ta’ servizz roro bejn Għawdex u Sqallija. Il-Kuntratt ma kienx jinkludi Environmental Impact Assessment.