Tista’ l-Ministru tgħid x’kien il-programm ta’ titjib ta’ toroq arterjali u residenzjali f’Għawdex għal din is-sena? Liema toroq huma mdaħħlin fil-programm? X’sar s’issa minn dan il-programm? Liema toroq saru s’issa? X’kienet l-ispiża fuq kull triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Dwar il-programm tat-toroq nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 10293.
Jiena nfurmata li xogħlijiet li saru matul din is-sena jinkludu:
Kisi ta' parti minn Triq Borg Għarib, Għajnsielem
Kisi ta' parti minn Triq ir-Repubblika, Victoria
Kisi ta' parti minn Ta' Ħamet, Xagħra
Kisi ta' parti minn Triq Kapuċċini, Victoria
Kisi ta' parti minn Triq ta' Wara s-Sur, Victoria
Kisi ta' parti minn Triq Wied il-Lunzjata, Victoria
Kisi ta' parti minn Triq it-Taflija, Victoria
Kisi ta' parti minn Triq Enrico Mizzi, Victoria
Kisi ta' Triq San Ġwann, Nadur
Kisi ta' parti minn Triq il-Knisja, Nadur.
Xogħlijiet oħrajn qegħdin fil-proċess ta' tendering jew qegħdin jiġu ppreparati l-offerti. In-nefqa sa issa fuq it-toroq fis-sena kurrenti tammonta għal €1.3m.
Jista’ l-Ministru jgħid x’attivitajiet ġew organizzati s’issa f’Għawdex u li huma mħallsa mill-Good Causes Fund? Meta saru? X’kienet in-nefqa fuq kull attività? Min kienu l-kuntratturi? Kemm tħallas kull kuntrattur? X’attivitajiet hemm programmati għall-ġimgħat li fadal għal din is-sena? X’inhi l-istima ta’ kull attività?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi għal din is-sena, l-inizjattivi u attivitajiet u li sa Settembru bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti f’Għawdex kienu tnejn. L-ewwel waħda kienet tinvolvi ir-restawr tal-bini u l-istallazzjoni ta’ lift ġewwa il-binja tal-Legion of Mary fir-Rabat. Dan il-proġett, li sar bejn Jannar u April irċieva l-ammont ta’ €5,000. L-attività l-oħra kienet l-avvenimenti kulturali organizzati mill-Victoria International Arts Festival Foundation bejn l-10 ta’ Ġunju u t-13 ta’ Lulju. Din kienet it-tnax-il edizzjoni li ġiet organizzata u li fiha saru xejn inqas minn tlieta u tletin kunċert u attivitajiet kulturali differenti li kienu mifruxa fuq ħames ġimgħat u li kienu jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ mużiċisti u artisti kemm lokali, kif ukoll internazzjonali.
M’huwiex kompitu tal-Ministeru li jagħti dettalji oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilità diretta ta’ dawn l-entitajiet.
Fil-mument għaddej ukoll il-proċess sabiex jiġu identifikati dawk il-proġetti li ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għotjiet għall-aħħar kwart tas-sena. Kif isir annwalment, id-dettlaji kollha ta’ dawk il-proġetti u inizjattivi li jibbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-2009 jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra kmieni s-sena d-dieħla.
Jista' l-Prim Ministru jara li wasal iż-żmien li patrol boat tal-Forzi Armati tiġi stazzjonata l-Imġarr, Għawdex matul is-sena kollha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bl-akkwist ta’ erba’ laneċ ġodda li ser iseħħ sa l-aħħar ta’ din is-sena, il-Gvern ser ikun f’pożizzjoni li jirrevedi t-tqassim tal-laneċ ta’ l-Iskwadra Marittima, liema reviżjoni jista’ jinkludi l-istazzjonar ta’ laneċ f’Għawdex.
Peress li l-professjoni ta' kaptan fil-Gozo Channel bl-ebda mod ma tista' tiġi ġustifikata u lanqas ma hu ġustifikabbli, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-Gvern milli jesiġi, anzi jordna, li dan il-kaptan jerġa jiddaħħal għax-xogħol? Jista' jgħid xi proċeduri se jittieħdu u jekk dawn humiex ser isiru fil-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm full-time u part-time lecturers fl-MCAST f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena skolastika mill-1998/1999 sal-2008/2009 u kemm hemm illum? Tista' tagħti dan it-tagħrif separatament għal dawk il-lecturers li huma full-time u dawk li huma part-time u skond is-suġġetti li jgħallmu? Tista' tgħid kif ġew ingaġġati dawn il-lecturers f'kull każ skond is-sena tal-ingaġġ tagħhom, kif ukoll skond is-suġġetti li jgħallmu? Jekk ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' dawn il-postijiet, tista' tpoġġi kopja ta' kull applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk hemm każijiet fejn ma ħarġitx sejħa għall-applikazzjonijiet, tista' tgħid kif ġew ingaġġati l-lecturers f'kull każ u skond is-suġġetti li jgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Università ta' Malta — Diploma in Nursing - studenti li għaddew minn resit
Question
Tista' l-Ministru tara li studenti li għaddew mir-resit u r-riżultat ħareġ fil-25 ta' Settembru ta' din is-sena, jitħallewx japplikaw u jkunu eleġibbli biex jattendu kors ta' Diploma in Nursing fl-Università ta' Malta li huwa mifrux fuq perijodu ta' tliet snin? Taf il-Ministru li nonostante x-shortage ta' nursing staff li hawn, studenti ma tħallewx japplikaw minħabba n-numerus clausus u dan nonostante li ma setgħux japplikaw qabel għaliex ir-riżultat tal-eżami ħareġ fil-25 ta' Settembru 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif ġie avżat fis-7 ta’ Settembru 2009, wara diskussjonijiet u ftehim bejn l-Università, l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u s-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa ġie deċiż li n-numru ta’ studenti li jistgħu jiġu aċċettati fil-korsijiet għan-Nursing (kemm B.Sc. Hons u Diploma) jiżdied minn 140 għall-165.
Dan sar kemm minħabba li kien hemm għadd kbir ta’ applikazzjonijiet kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ infermiera li hawn. Dan in-numru huwa l-akbar numru ta’ studenti li għalihom jistgħu jinstabu
placements
fl-isptarijiet lokali. Ġie deċiż ukoll li kull applikant għaż-żewġ korsijiet li kellu l-kwalifiki meħtieġa sal-31 ta’ Awwissu 2009 jkun aċċettat.
Għalhekk b’dispjaċir l-applikanti li kisbu l-kwalifiki wara s-sessjoni supplimentari tal-eżamijijiet ma jistgħux jidħlu f’dawn iż-żewġ korsijiet. Madankollu, l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa diġà ltaqa’ ma’ dawn l-applikanti u l-istaff għenuhom jagħżlu korsijiet oħra offruti mill-Istitut f’oqsma oħra bħal
Mental Health Nursing
,
Occupational
Therapy
,
Applied Biomedical Sciences
u
Environmental Health
.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-iskola tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala Għawdex hijiex mingħajr head? Min qiegħed imexxi din l-iskola u xi grade għandu? Kemm hemm għalliema u lecturers f'din l-iskola? Kemm hemm studenti jattendu korsijiet hemm?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-iskola tal-ITS fil-Qala bħalissa hija mmexxija minn aġent kap bi snin twal ta’ esperjenza bħala full-time lecturer tal-ITS ta’ Malta.
Din il-miżura temporanja kellha tittieħed għaliex l-aġent kap li kien hemm qabel, li l-grad sostantiv tiegħu ukoll kien ta’
lecturer,
irriffjuta li jkompli jwettaq dawn id-doveri u dan minħabba li talbiet li għamel għal
allowances
u benefiċċji oħra ma setgħux jiġu aċċettati mill-amministraturi tal-Ministeru għal Għawdex.
B'risposta għal kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 11158.
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala Għawdex iddaħħlux jaħdmu hemm xi persuni bħala parti mil-lecturing staff? X'kwalifiki għandhom? Saru interviews?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Għalkemm fil-mistoqsija l-Onorevoli Interpellant ma qalx għal liema żmien qed jirreferi, qed nagħti t-tagħrif mitlub għal din is-sena.
Fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala din is-sena ma ngħata l-ebda impjieg ta’
lecturer
. 5 persuni ngħataw kuntratt definit ta ħmistax-il ġimgħa biex jipprovdu servizzi ta’
lecturing;
erbgħa minn dawn jagħtu servizzi ta’ lecturing fil-
Food Preparation and Production
u wieħed fil-
Food and Beverage Service
.
Dawn il-persuni kollha għandhom
Diploma
fis-suġġett li jgħallmu. Din id-
Diploma
hi l-kwalifika rikjesta biex wieħed jagħti servizzi ta’
lecturing
fl-ITS.
Kulmin ingħata kuntratt din is-sena kien applika taħt sejħa għal offerti maħruġa mill-
Institute of Tourism Studies
f’Malta għal kuntratt definit ta’ ħmistax-il-ġimgħa għal servizzi ta’
lecturing.
Il-proċedura segwita kienet l-istess waħda segwita mill-ITS f’Malta u li la kienet tinkludi li jsiru
interviews
fis-snin ta' qabel u lanqas ma kienet tinkludi li jsiru l-
interviews
din is-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9044 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10202.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħawwlu siġar mill-Ministeru tagħha kull sena mill-2007 sal-lum, lokalità lokalità, skond it-tip ta’ siġar? Tista’ tagħti t-tagħrif mitlub skond it-tip tas-siġar? Kemm intnefqu flus kull sena fuq dan il-programm ta’ taħwil ta’ siġar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fuq l-iskeda li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati skond il-grad tagħhom li kellhom shift allowance fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fl-aħħar ta’ l-2008 u fl-aħħar ta’ Awwissu 2009? Kemm ħaddiema, xahar b’xahar mill-ewwel ta' Jannar 2008 ‘l hawn, li kellhom allowance mill-Ministeru tagħha ma baqgħux jieħdu allowance mill-Ministeru għax irtiraw jew għax ġew trasferiti għal xi Ministeru ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet in-nefqa tal-Foundation for Tomorrow Schools f’Malta u Għawdex separatament kull sena minn Jannar 2008 sal-lum? Fuqiex kienet kull nefqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet in-nefqa attwali taħt kull Standard Item of Expenditure tal-Vot Rikorrenti tal-Minsteru għal Għawdex fl-2008 u kemm kienet fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena? Tista’ tgħid xi flus hemm kommessi għan-nefqa taħt kull item u għadhom ma tħallsux? Għalxiex huma kommessi? Tista’ tgħid kemm saru virements din is-sena fuq kull item tan-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet in-nefqa attwali taħt kull item of expenditure tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex fl-2008 u kemm kienet matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena? Tista’ tagħti breakdown fuqiex intnefqu dawn il-flus? Tista’ tgħid xi flus hemm kommessi għan-nefqa taħt kull item u għadhom ma tħallsux? Tista’ tgħid għalxiex huma kommessi? Tista’ tgħid kemm saru virements din is-sena fuq kull item tan-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa fuq il-proġett taż-Żewwieq Waterfront? Kemm intnefqu u kemm tħallsu flus b’kollox s’issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għadhom ma tħallsux? Għalxiex huma kommessi dawn il-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qed jiġu ppreparati t-tenders.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jsir il-proġett taċ-Ċentru Komunali fir-Rabat? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu? Jekk fin-negattiv, għaliex twarrab?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ emigranti minn Għawdex u kemm emigranti ġew lura Għawdex kull sena mill-2006 sal-lum, maqsumin f’nisa u rġiel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika m’għandux għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati lokalità lokalità f’Għawdex sena b’sena mill-2007 ‘l hawn twelidijiet, imwiet u żweġijiet? Jista’ jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet fl-istess perijodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-popolazzjoni barranija f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-2006 ‘l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-popolazzjoni barranija f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-2006 ‘l hawn huwa kif jidher hawn tħat:
Sena 2006 – 1,395
Sena 2007 – 1,424
Sena 2008 – 1,528