Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36222 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti Għawdxin li gradwaw — xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31320, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-grad u tip ta’ xogħol ta’ kull student Għawdxi li ggradwa fl-aħħar ta’ kull sena akkademika bejn 2007/2008 u 2010/2011 u li qed jaħdem Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36249 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti/skemi taħt il-Programmi Operattivi I u II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali u Fond ta’ Koeżjoni – li huma proposti u li qed jistennew l-approvazzjoni tal-gvern li minnhom se jibbenefika Għawdex? Liema huma dawn il-proġetti/skemi? Kemm se jibbenefika f’kull każ? Meta mistennija li jiġu approvati mill-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 4 sejħiet għall-proġetti li qegħdin fil-proċess ta’ evalwazzjoni għand l-Awtorità ta’ Ġestjoni. Fost il-proġetti li ġew sottomessi hemm ukoll spiża u attivitajiet li huma ntenzjonati li jiġu minfuqa u mwettqa f’Għawdex. Peress li dan il-proċess ta’ evalwazzjoni huwa wieħed kompetittiv, wieħed irid jistenna l-konklużjoni tal-evalwazzjoni biex jingħataw aktar dettalji.
Leg 11 PQ #36250 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — fondi strutturali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm żewġ skemi ta’ għajnuna taħt il-Programm Operattiv II li minnhom qed jibbenifikaw kemm Malta kif ukoll Għawdex. Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-lista tal-iskemi u l-informazzjoni relevanti hekk kif mitlub.
Leg 11 PQ #36251 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

language schools reġistrati

Question

B’referenza mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35752 dwar language schools reġistrati f’Malta u f'Għawdex, tista’ l-Minsitrui tagħti t-tagħrif dwar kemm dawn l-iskejjel jimpjegaw għalliema u kemm jesgħu studenti u ta' liema lingwi huma għal Malta u għal Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36252 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' Pixxina fir-Rabat Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32797 dwar l-offerta għall-bini ta’ pixxina fir-Rabat Għawdex fejn il-Ministru tat kelma b’kelma l-istess tweġiba li kienet tatni tliet xhur u nofs ilu, tista’ l-Ministru tgħid x’sar f’dawn it-tliet xhur u nofs? Tista’ tgħid jekk id-dokumnet tat-tender intbagħatx lid-Dipartiment tal-Kuntratti biex jiġi vvettjat? Jekk iva, meta? Jekk le, meta mistenni li jintbagħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-dokument tat-tender - Tender for the Construction of hoarding and earth works at the Gozo Natatorium intbagħat lid-Dipartiment tal-Kuntratti fis-27 ta' Jannar 2012 biex jiġi vvetjat. Il-proċess wasal fil-fażi finali tiegħu u għandu jiġi ppubblikat fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #36253 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — xogħol ta’ back office

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħti għall-mistoqsija parlamentari dwar trasferiment għal Għawdex ta’ xogħol ta’ back office tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali fosthom il-Monitoring Unit, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn kull wieħed mill-impjegati trasferiti fejn kien iwettaw ix-xogħol tiegħu/tagħha fiżikament, jekk hux f’Malta jew f’Għawdex qabel dawn ġew trasferiti għall-Monitoring Unit? Jista’ jgħid kull wieħed minn dawn l-impjegati meta beda jwettaq dmiritjietu fiżikament f’Għawdex? Jista’ l-onor Ministru jispjega kif xogħol ta’ monitoring jista’ jkun xogħol ta’ back-office?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ix-xogħol li jwettaq il-Monitoring Unit jikkonsisti primarjament fi skrutinju ta’ minuti u monitioraġġ tal-ħidma mwettqa mill-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant hu possibli li tali xogħol jitwettaq fil-format ta’ back office minn Għawdex. Il-Monitoring Unit jara wkoll talbiet li jsiru minn Sindki, Viċi Sindki, Kunsillieri u l-pubbliku in ġenerali.

Transport Malta — notifiki fuq cruiseliners

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35628, jista’ l-Ministru jgħid f’liema dati Transport Malta rċeviet is-16-il notifika biex cruiseliners jorbtu mal-bagi jew mal-pontoons f’Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li n-notifiki tal-cruise liners li talbu li jżuru Għawdex din is-sena waslu għand Transport Malta kif ġej: 16 ta' Dicembru 2010 - Seabourne Cruises - 12 il-waqfa 11 ta' Ottubru 2011 - Boudicca 31 ta’ Marzu u l-1 ta' April 2012 - Prinsendam - 2 waqfiet Infurmat ukoll li l-vapur Deutschland li ġie ndikat fil-lista li se jżur Għawdex fil-15 ta' Ottubru mhux se jieqaf Għawdex.

Casual Social Assistants

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 35265, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk ir-riżultat tal-intervista li kienet saret għall-ingaġġ ta’ casual social assistants ħariġx? Jekk ħareġ meta u kemm ġew impjegati casual social assistants ġodda minn dawk li kkwalifikaw minn dak l-eżami? Jekk ir-riżultat għadu ma ħariġx, għaliex? Meta mistenni joħroġ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għal Social Assistants li ħarġet fl-2010 kienet intiża biex tagħti opportunita’ lil dawk li kienu diġa ġew ingaġġati bħala Part-time Social Assistants mal-Gvern sabiex jakkwistaw impjieg mal-Gvern fuq bażi regolari u permanenti. Biss, in vista tan-numru kbir ħafna ta' applikazzjonijiet li din is-sejħa attirat minn persuni li ma kienux diġa Social Assistants mal-Gvern, deher biċ-ċar li dan l-iskop ma kienx se jintlaħaq. Għaldaqstant il-Gvern daħal f'diskussjonijiet mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li qablet li għandha tirrakkomanda direttament li dawk kollha li kienu qed jaħdmu u jagħtu servizz tajjeb bħala Part-time Social Assistants mal-Gvern jingħataw il-ħatra ta' Social Assistant fis-Servizz Pubbliku. Dan sar f'Novembru tal-2010 u b'hekk ma baqax il-bżonn li jsir il-proċess tal-għażla skont is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

delegazzjonijiet ministerjali — spejjeż fuq żjarat

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35743, fejn il-Ministru kellha tagħti l-breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta ta’ delegazzjonijiet ministerjali tagħha mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-aħħar ta’ Mejju 2012 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-GA27 u GA27A għal kull safra li saret u peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 35204 ntqal li kien hemm żewġ safriet ministerjali, cioè waħda f’Mejju 2011 fl-Estonja u l-oħra f’Settembru 2011 fid-Danimanrka, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-GA27 u GA27A għal dawn iż-żewġ safriet?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.
Leg 11 PQ #36043 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

MAster Plans tax-Xlendi u Marsalforn — flus vutatati għall-proġett

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 30730, 33317 u 35626 dwar il-master plans tax-Xlendi u Marsalforn, tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet huma koperti fl-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Master tax-Xlendi? Kemm hemm flus ivvotati għal dan il-proġett għal din is-sena? Taħt liema Vot u Item ġew approvati dawn il-flus fl-Estimi Ġenerali għall-2012?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li saret mal-MEPA u li ġiet approvata tkopri xogħlijiet ta' tisbiħ mal-'waterfront' tax-Xlendi li jikkonsistu minn pavimentar u xogħlijiet fuq bankini fi Triq ix-Xatt, kif ukoll f'toroq tal-madwar. L-allokazzjoni għal dan il-proġett taqa' taħt il-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex.

Għawdex — Rabat - wires u cables mgħoddija minn taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wires u l-cables tad-dawl u tas-street lighting li hemm imwaħħlin mal-ħitan tal-bini fi Triq Fortunato Mizzi u fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex, humiex se jitniżżlu taħt l-art bħala parti mill-upgrading ta' dawn it-toroq? Jekk le, għaliex intilfet din l-opportunità li se tiswa daqstant flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistema tas-street lighting ġiet mibdula kollha u s-sistema l-ġdida kollha hija mgħoddija taħt l-art sabiex ma' jkunx hemm cables jidhru. F’din il-parti tat-triq hemm ukoll sistemi ta’ culvert u ducts li jippermettu s-sistemi kollha tas-servizzi, li jkunu jistgħu jiġu mgħoddija minn ġo fihom. It-tneħħija tal- cables iżda trid issir mill-entita’ kkonċernata minħabba li huma għandhom l-obbligi u r-restrizzjonijiet tagħhom għall-immaniġġjar tan- network tagħhom.

Public Service Contract bejn il-Gvern u l-Gozo Channel

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32791, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iskedi annessi mal-ftehim?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #36034 Sitting 498 2012-07-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Master Plans tax-Xlendi u Marsalforn

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30730, 33317 u 35626 dwar il-master plans tax-Xlendi u Marsalforn, tista’ l-Ministru tgħid għaliex ilhom 8 xhur jitħejjew id-dokumenti għas-sejħiet għall-offerti dwar il-Master Plan ta’ Marsalforn u sallum għadhom ma tlestewx? X’hemm iżomm it-tlestija ta’ dawn id-dokumenti? X’xogħlijiet huma koperti fl-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u se jsiru taħt it-tender li qed tiġi ppreparata? Kemm hemm flus ivvotati għal dan il-proġett għal din is-sena? Taħt liema Vot u Item ġew approvati dawn il-flus fl-Estimi Ġenerali għall-2012?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol biex jitħejjew id-dokumenti għas-sejħiet għall-offerti jinsab fi stadju avvanzat. Jiena nfurmata wkoll li x-xogħlijiet huma koperti bil-permessi tal-MEPA. L-allokazzjoni għal dan il-proġett taqa' taħt il-vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex.

Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35269, 35020 u 35624 u cioè b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35748.

Ħolqien ta' faċilitajiet għall-irmiġġ tal-cruiseliners f'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6068, 21310, 26885 u 35622, jista’ l-Ministru issa jaġġorna lill-Kamra dwar il-feasibility study u environmental impact assessment (EIA) li kien ikkumissjonat mill-Awtorità Marittima fl-2005 għall-iżvilupp ta’ cruise berth ’l barra mill-port tal-Imġarr, Għawdex u dwar l-aġġornament tal-istess studju li ntalbet tagħmel mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista’ jaġġorna lill-Kamra ukoll dwar disinji iktar dettaljati u fuq ir-reviżjoni tal-proġett li kellhom isiru? Jista’ jgħid x’alternattivi oħra ġew ikkunsidrati għal dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Servizzi ta' out-patiens u in-patients

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti li għandhom ir-residenza tagħhom f’Għawdex irċevew servizzi ta’ out-patients u in-patients separatament kull sena mill-2002 sal-2011 f’kull sptar tal-istat f’Malta separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont in-numru ta’ drabi li ngħataw servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34508, u cioè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35620 fejn bħala risposta reġa’ rreferieni għall-mistoqsijiet parlamentari li l-ebda waħda minnhom ma tagħti l-informazzi mitluba, jista’ l-Ministru juru r-rispett dovut lil din il-Kamra u lill-poplu li tirrapreżenta u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi breakdown dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu għal Diċembru 2010 u għal Diċembru 2011? Jista’ jgħid għaliex qed jostor l-informazzjoni mitluba?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 34508.
Leg 11 PQ #36039 Sitting 498 2012-07-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Entitajiet li ġew privatizzati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm entitajiet ġew privatizzati mill-1999 sa Diċembru 2011? Liema huma? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom f’Malta u f’Għawdex separatament meta ġew privatizzati? Kemm qed iħaddmu nies magħhom illum f’Malta u f’Għawdex separatament l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ma għandux entitajiet jaqgħu taħtu li ġew privatizzati.

nies li jiġu Malta għal trattament mediku — refund

Question

B'referenza għan-nollijiet tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy rigward ir-refunds ta' dawk li jkollhom imorru għal trattament mediku f'Malta? X'inhi r-raġuni li dan ir-refund ġie limitat biss għal dawk il-pazjenti li jattendu trattament fl-Isptar Boffa f'Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-1 ta’ Ottubru 2011, il-kumpanija Gozo Channel Company Ltd bdiet topera bil-Public Service Concession ġdida. Dan il-PSO jispeċifika hekk: “Gozitan patients calling for medical treatment at Boffa Hospital, Malta pay their own fare. Patients may apply for a refund from the Operator which refund shall always be granted” Kien għalhekk li minħabba dawn ir-regoli ġodda tal-PSO li l-kumpanija illimitat dan ir-refund għall-pazjenti li jattendu għal trattament fl-Isptar Boffa f’Malta.
Leg 11 PQ #35981 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

każ fejn LSA tiġi maqbuża

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ċertu LSAs bħalma hi li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija Għawdxija u taħdem Malta, qegħdin ripetutament jiġu maqbuża minn oħrajn li bi dritt jiġu warajhom b'xi skuża jew oħra? Din ġustizzja? Huwa ġust li din l-LSA ġiet maqbuża mhux inqas minn tletin darba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sistema wżata sabiex Għawdxin fil-grad ta’ LSA 2 li jaħdmu Malta jiġu trasferiti għal Għawdex tiddependi minn klassifika li hija bbażata strettament fuq l-anzjanita` tal-individwu. Il-persuna msemmija tinsab fit-tieni post biex tiġi trasferita. Kultant jinqala` xi każ ġenwin fejn LSA Għawdxija li tkun taħdem Malta tiġi trasferita fuq bażi temporanja f’Għawdex minħabba raġunijiet umanitarji.