Legislature:
Category:
Reset
Active:

Flus fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu u tħallsu flus s’issa din is-sena għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus maħsuba għall-istess riforma għall-2010? Taħt liema Item of Expenditure huma mdaħħla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Skema ta' kreditu ta' taxxa

Question

B’referenza għall-iskema ta’ kreditu ta’ taxxa li skont id-diskors tal-Budget għandha tiġi introdotta u li permezz tagħha l-Għawdxin jingħataw kreditu ta’ taxxa ta’ 60% flok 40% tal-investiment li jagħmlu, jista’ l-Ministru jikkonsidra li jgħolli l-massimu tal-kreditu ta’ taxxa għall-Għawdxin għal €37,500 flok €25,000 u jestendi ż-żmien għal tliet snin minflok tnejn biex ikunu proporzjonali għal 60% minflok 40%?

Response (FENECH, TONIO)

Napprezza s-suġġeriment li qed jagħmel l-Onor. Interpellant u l-animu li għalih qed jagħmlu. F’dan l-istadju, l-iskema ser tiġi implimentata kif annunzjata u l-Gvern jistudja u jevalwa l-effetti tagħha matul iż-żmien li titħaddem, dejjem fil-parametri tar-regoli tal-Unjoni Ewropeja fejn tidħol l-għajnuna mill-iStat u l-intensità tagħha fuq kull operatur.
Leg 11 PQ #12600 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Familji — Benefiċċji tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm f’Malta u Għawdex separatament: a) Familji li jibbenefikaw mill-benefiċċju tal-enerġija? b) Min jirċievi assistenza supplimentari? ċ) Familji li jibbenefikaw miċ- children's allowance fiss u d) Familji bi dħul baxx?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li jibbenefikaw mill-Għajnuna Supplimentari u n-numru tal-familji li jibbenefikaw mill-Benefiċċju ta’ l-Enerġija u taċ-Childrens Allowance fiss u dak ta’ dħul baxx (means tested) f’Malta u Għawdex separatament huwa hekk : Malta Għawdex Total Għajnuna Supplimentari 21560 2237 23797 Benefiċċju ta’ l-Enerġija 24478 2355 26833 Childrens Allowance ( means tested ) 22006 1783 23790 Childrens Allowance flat rate 16862 1409 18272
Leg 11 PQ #12601 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' Airstrip

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 9482 u 9892 dwar studju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li jitlesta r-rapport imsemmi fit-tweġiba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għar-rapport li ġie ikkummissjonat mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex ninsab infurmat li dan ir-rapport ġie mgħoddi lil MCESD.
Leg 11 PQ #12483 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — business incubation centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar kull sena mill-2007 'l hawn biex jitwaqqaf business incubation centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li parti sostanzjali mis-sit tal-Malta Dairy Products f'Għawdex ġie mgħoddi lill-Ministeru għal Għawdex din is-sena. Dan is-sit qed jiġi kunsidrat fost l-oħrajn li jsir business incubation centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni.
Leg 11 PQ #12484 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Industrial Projects and Services Ltd - informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid l-għoxrin impjegat li ġew trasferiti għall-Industrial Projects and Services Ltd f’Għawdex fejn kienu jaħdmu qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-impjegati li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma uffiċjali pubbliċi li kienu detailed mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u li ntbagħtu lura fis-Servizz Pubbliku wara li ġie revokat lilhom id-detailing mal-Korporazzjoni. Bħalissa jinsabu amministrati mill-IPSL fuq xogħolijiet f’Għawdex.
Leg 11 PQ #12485 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

pjan ta' afforestazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 9530 u 8978 dwar pjan ta' afforestazzjoni, tista' l-Ministru tgħid jekk dak li hemm fit-tweġiba li tat f'mistoqsija parlamentari 6016 huwiex il-pjan ta' afforestazzjoni tal-Ministeru tagħha? Tista' tgħid f'liema toroq u wesgħat f'Għawdex se jitħawlu s-siġar u l-arbuxelli msemmija fit-tweġiba tagħha? Kemm siġar u arbuxelli se jitħawlu fit-toroq u wesgħat f'Għawdex din is-sena u kull sena mill-2010 sal-2015?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-pjan tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jżid it-Tree Cover b'1% matul is-sena li ġejja.
Leg 11 PQ #12486 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — proġett infrastrutturali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 9527 u 5947, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar s'issa fuq l-applikazzjoni msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex Imġarr — irmiġġ roro

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9041 u 9524 u jgħid jekk ingħatax xi kuntratt għal feasibility study sabiex jiddetermina l-potenzjal ta’ rmiġġi roro għal vapuri żgħar bħal ferry ships u catamarans fl-Imġarr, Għawdex? Jekk ingħata meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u min hu l-kuntrattur? Meta ngħata l-kuntratt? Meta għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skond il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 9524

Għawdex — Bini ta' airstrip

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11989 u jgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Ras il-Ħobż - drenaġġ fil-baħar

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistqosija parlamnetari11990 u ċioe, b’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 10358, jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni lill-Kamra li mhux qed ikun hemm drenaġġ li ma jasalx fl-impjant/ma jgħaddix mill-impjant u jibqa’ sejjer il-baħar f'Ras il-Ħobż mingħajr ma jgħaddi kif suppost mill-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12479 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Akkomodazzjoni Soċjali — units

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew u kemm ġew allokati units residenzjali ġodda f’Għawdex u f’Malta separatament, għall-akkomodazzjoni soċjali kull sena mill-2004 sal-lum ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni lokalità lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12480 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme I Project No 33

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6177 u 5761 u jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhu maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces and other facilities?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Film Commission — ħtieġa tal-industrija tal-films

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8240, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Film Commission lestietx l-istudju li kellha tagħmel biex teżamina l-fattibilità għal dak li jirrigwardja l-ħtiġijiet tal-industrija tal-films, speċifikament faċilitajiet awdjovisivi fil-gżira t’Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalma ħabbart fl-aħħar baġit, u kif inhi l-policy tal-Gvern biex jiżviluppa ekonomija kreattiva u sostenibbli f’Malta, il-miżuri li hemm bżonn biex itejbu l-industrija tal-films li qed noffru preżentiment, ser jiġu eżaminati iktar fid-dettal. L-infrastruttura eżistenti għandha bżonn investiment f’oqsma speċifiċi li jinkludu l-ħolqien ta’ soundstage sabiex noffru lil Malta bħala post kompetittiv u nkomplu nġibu aktar investiment fi produzzjonijiet ġewwa pajjiżna. Ġie determinat illi s-soundstage huwa l-aktar bżonn immedjat u kritiku sabiex Malta toffri l-aktar pakkett attrajenti għall-produzzjonijiet minn studios barranin. Produzzjonijiet li jiġu f’pajjiżna joħolqu multiplier effect pożittiv, f’oqsma diversi tal-ekonomija tagħna. Il-benefiċċji ta’ dan mhux biss jinħass minn din l-industrija iżda wkoll jippromwovi lil Malta barra minn xtutna. Il-preżenza fit-tul ta’ produzzjonijiet f’Malta tħajjar produtturi barranin sabiex jikkonsidraw postijiet attrajenti bħala alternattiva li joffri Għawdex, għalkemm din tikkaġuna spejjeż addizjonali.

Feasibility study u environment impact assessment — bini ta' break water

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9522, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-environmental impact assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr Għawdex biex jintuża/w bħala cruise berth/s? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

persuni li kkommettew suwiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kkommettew suwiċidju minn Jannar ta' din is-sena sal-lum? Kemm minn dawn kienu Għawdxin? Kemm minn dawn li kkomettew suwiċidju kienu mwiet konnessi ma' problemi tal-kaċċa u nsib?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li l-NSO jiġbor dwar dan is-suġġett għas-sena kurrenti qed tinħadem. Din tinħareġ is-sena d-dieħla.

Support services lil student

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tattendi year3 fl-iskola Sir Arturo Mercieca, Rabat Għawdex tingħata is-support services li tant teħtieġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iSatementing Moderating Panel ra lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tattendi Year 3 fl-iskola Sir Arturo Mercieca, Rabat, Għawdex, f’Ottubru 2009 u għamel rakkmandazzjonijiet li għandha bżonn. Fil-preżent qiegħda tibbenefika minn complementary teachers fuq bażi regolari. Saret ukoll applikazzjoni għall-programm NWAR għas-sena d-dieħla. Il-ġenituri, skont l-iskola jidhru kuntenti bl-andament tat-tifla fl-iskola.

servizz ta' facilitor

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna, li dettalji qed jintbagħtu separatament, li tattendi l-iskola tal-Għarb Għawdex għadha sal-lum ma ngħatax is-support ta' learning support assistant (facilitator) għaliha biss li tant għandha bżonn imma qiegħda taqsam dan is-support ta' LSA (facilitator) ma student ieħor tal-year 5?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iStatementing Moderating Panel ra lil din il-persuna darbtejn, darba f’Ottubru 2003 u darba f’Marzu 2006. Skont ir-rapporti mediċi, fosthom dak tal-psikologu, il-persuna m'għandha l-ebda kundizzjoni li tirrikjedi sapport ta’ Learning Support Assistant (facilitator) għaliha biss. Biex l-iStatementing Moderating Panel jerġa’ jara lil din il-persuna, hemm bżonn ta’ rapport ġdid mingħand il-psikologu. L-iskola diġà infurmata b’dan.
Leg 11 PQ #12474 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq tax-Xlendi — użu ta' solar powered lights

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk humiex se jintużaw solar powered lights meta tinbena t-triq tax-Xlendi? Jekk le, għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dwal li ser jintużaw għal din it-triq huma energy saving.

esportazzjon ta' goods

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni ta’ ħwejjeġ (goods) minn Malta u minn Għawdex separatament fl-ewwel tliet xhur, fit-tieni tliet xhur u fit-tielet tliet xhur ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.