B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 10358 u 11990, jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni lill-Kamra li mhux qed ikun hemm drenaġġ li ma jasalx fl-impjant u jibqa’ sejjer il-baħar f'Ras il-Ħobż mingħajr ma jgħaddi kif suppost mill-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nassigura lill-Onor Interpellant li r-risposta li tajtu għad-domanda parlamentari 10358 hi korretta.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta li saret biex tinbena Pixkerija f'Għawdex? X’kien ir-riżultat tad-diskussjonijiet li saru mad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Veterinarji u Sajd dwar dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-pjanta għall-Pixkerija f'Għawdex għadha suġġetta li tiġi emendata skond diskussjonijiet mad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Veterinarji u Sajd.
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa biex jitwaqqaf direttorat ġdid fi ħdan il-Ministeru tagħha għall-promozzjoni tat-turiżmu f’Għawdex bħala destinazzjoni distinta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9754.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inbnew units residenzjali ġodda f’Għawdex għall-akkomodazzjoni soċjali? F’liema lokalitajiet inbnew? Kemm minnhom ġew allokati? F’liema lokalitajiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew units residenzjali ġodda f’Għawdex għall-akkomodazzjoni soċjali? F’liema lokalitajiet inbnew? Kemm minnhom ġew allokati? F’liema lokalitajiet?
Fondi Ewropej — programm finanzjarju - proġetti u miżuri
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Tista’ tgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Tista' l-Ministru tgħid jekk ħarġitx offerta għall-pjan tekniku dwar il-ħażna ta' l-ilma tax-xita f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, meta ħarġet? Meta għalqet? Min ħadha?
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi mistennija li jittieħdu biex Għawdex isir gżira organika fil-qasam tal-agrikoltura?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li dan is-suġġett huwa wieħed mill-elementi li ser jiġu ttrattati miċ-Ċentru għar-Riċerka, Żvilupp u Innovazjoni fil-qasam tal-agrikoltura.
Tista' l-Ministru tgħid ma' liema awtoritajiet kompetenti saru diskussjonijiet dwar it-tfassil ta' Politika għall-Agrituriżmu? Meta saru? X’kien ir-riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li saru taħdidiet ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u ma' l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (MTA) aktar kmieni din is-sena u li t-tfassil ta' din il-politika issa daħal bħala waħda mill-proposti għall-pjan ta' Eko-Għawdex għat-tliet snin li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-miżuri li se jittieħdu għall-protezzjoni tal-ħamrija mill-erożjoni f’Għawdex u x’sar s’issa fuqu? Tfassal xi pjan għat-twettiq ta’ dawn il-miżuri? Jekk fl-affermattiv, minn min tfassal? Kif ingħata l-kuntratt?
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jerġa' jibda u jitlesta x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat twassal għall-pjazza ta' San Lawrenz u li kellha ssir taħt il-perjodu ta' programmazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2004 - 2006?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qegħdin fil-proċess biex jinħarġu offerti għax-xogħlijiet li jkunu jistgħu jsiru skond l-eżitu ta' l-offerti.
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju ta' fattibilità biex f'Għawdex jitwaqqfu wind farms fuq l-art? Jekk fl-affermattiv, meta sar? Min għamlu? X'inhuma r-rakkmandazzjonijiet tar-rapport? Tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, meta hu mistenni li jsir dan l-istudju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sa issa ma sar l-ebda studju dwar dan.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx introdotti żoni pedonali ġodda f'Għawdex matul din is-sena? Jekk fl-affermattiv, fejn? Tista' tpoġġi pjanta tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadhom ma ġewx introdotti, sar xi studju dwar fejn dawn iż-żoni jistgħu jiġu introdotti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sa issa ġiet introdotta żona pedonali fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu matul din is-sena biex il-Ministeru għal Għawdex jiġi ristrutturat? Meta mistenni li jiġi ristrutturat? Kif inhu mistenni li jkun ristrutturat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Nru. 9881.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — records u medical files elettroniċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk is-sistema ta' records u medical files elettroniċi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġietx evalwata? X’kien ir-riżultat tal-evalwazzjoni? X’inhu l-pass li jmiss?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sew l-Isptar Mater Dei kif ukoll l-Isptar Ġenerali t'Għawdex irid ikollhom sistemi ta' files mediċi ugwali biex ma jinħolqux problemi meta pazjenti jiġu riferuti minn Sptar għall-ieħor. Għaldaqstant x'ħin jiġi deċiż x'sistema se titħaddem fl-Isptar Mater Dei, jinbdew ukoll il-proċeduri biex din tiġi ntrodotta fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus maħsuba għall-industrija f’Għawdex għall-2010 taħt il-Vot Kapitali Nru VIII Items 7211(i), (ii),(iii),(iv), 7280, 7101, 7096 u 7274 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop huma maħsuba f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema f’Għawdex spiċċaw mix-xogħol xahar b'xahar minn Jannar 2008 'l hawn? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont ir-raġuni tat-terminazzjoni tal-impjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi kemm ħaddiema f’Għawdex spiċċaw mix-xogħol xahar b’xahar minn Jannar 2008 `l hawn kif ukoll ir-raġuni tat-terminazzjoni tal-impjieg.
Nixtieq nigbed l-attenzioni tal-Onorevoli Interpellant li dan huma numru ta’ tmiem ta’ impjiegi
full-time
kif ukoll
part-time
u mhux numru ta’ persuni.