Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6177 , 5761 u 12480 u jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhu maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces and other facilities?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 9530, 8978 u 12485 dwar pjan ta' afforestazzjoni, tista' l-Ministru tgħid jekk dak li hemm fit-tweġiba li tat f'mistoqsija parlamentari 6016 huwiex il-pjan ta' afforestazzjoni tal-Ministeru tagħha? Tista' tgħid f'liema toroq u wesgħat f'Għawdex se jitħawlu s-siġar u l-arbuxelli msemmija fit-tweġiba tagħha? Kemm siġar u arbuxelli se jitħawlu fit-toroq u wesgħat f'Għawdex din is-sena u kull sena mill-2010 sal-2015?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandi xejn x'inżid mar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12485.
Feasibility study u Environment Impact Assessments
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12596 u jgħid kemm hemm flus maħsuba għall-industrija f’Għawdex għall-2010 taħt il-Vot Kapitali Nru VIII Items 7211(i), (ii),(iii),(iv), 7280, 7101, 7096 u 7274 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop huma maħsuba f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-flus ivvutati fil-Voti imsemmija li jaqgħu taħt il-Malta Enterprise huma maħsuba sabiex tingħata assistenza lill-intraprizi. Din l-assistenza tingħata skont kriterji trsaparenti fi skemi tal-Korporazzjoni u għaldaqstant, kumpaniji kemm Maltin kif ukoll Għawdxin huma eliġibbli sabiex japplikaw. Għalkemm m’hemmx ammont ta’ fondi stabbilit speċifikament għall-industrija f’Għawdex, applikazzjonijiet minn kumpaniji Għawdxin dejjem jingħataw importanza speċjali meta jiġu evalwati.
Flus fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12598 u jgħid kemm intnefqu u tħallsu flus s’issa din is-sena għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus maħsuba għall-istess riforma għall-2010? Taħt liema Item of Expenditure huma mdaħħla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru taċċerta lill-Kamra li l-Għawdxin kollha li japplikaw għas-sussidju fuq xiri ta’ solar water heaters se jingħataw dan is-sussidju? Jekk fin-negattiv, għaliex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkonsidra li d-dawl pubbliku fit-toroq kollha arterjali u distributoriji (public street lighting) f’Għawdex ikun jixgħel bl-enerġija tax-xemx (solar powered)? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa? Meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal din is-sistema ta’ solar powered lighting fit-toroq t’Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10185, tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-rapport tekniku dwar jekk l-emissjonijiet tal-boiler house humiex konformi mal-leġislazzjoni relevanti tlestiex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport tekniku dwar l-emissjonijiet tal-boiler house tlesta.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11057 u tgħid kemm kien hemm full-time u part-time lecturers fl-MCAST f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena skolastika mill-1998/1999 sal-2008/2009 u kemm hemm illum? Tista' tagħti dan it-tagħrif separatament għal dawk il-lecturers li huma full-time u dawk li huma part-time u skond is-suġġetti li jgħallmu? Tista' tgħid kif ġew ingaġġati dawn il-lecturers f'kull każ skond is-sena tal-ingaġġ tagħhom, kif ukoll skond is-suġġetti li jgħallmu? Jekk ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' dawn il-postijiet, tista' tpoġġi kopja ta' kull applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk hemm każijiet fejn ma ħarġitx sejħa għall-applikazzjonijiet, tista' tgħid kif ġew ingaġġati l-lecturers f'kull każ u skond is-suġġetti li jgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10936 u jgħid kemm cruise passengers niżlu Għawdex kull sena mill-2003 sal-2008 u minn Jannar sa Awissu ta’ din is-sena? Jista’ jgħid kemm cruise liners żaru Għawdex fl-istess żmien u kemm niżlu passiġġieri kull wieħed? Jista’ jagħti l-isem tal-cruise liner f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11989 u 12477 u jgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ċittadella — tender għall-konservazzjoni u l-immaniġjar
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjoni tat-tender li ngħatat għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella? Tista' tgħid meta se jitlesta dan ix-xogħol? Kemm se jdumu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma nħarġet l-ebda tender għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-tender li nħarġet għall-formulazzjoni ta' Masterplan għaċ-Ċittadella nitolbu jispeċifika biex ikun jista' jingħata d-dokument mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-file li dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, dwar ir-rikonoxximent ta' flat f'Taċ-Ċawla fir-Rabat, Għawdex għadu sal-lum mhuwiex proċessat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-Awtorità tad-Djar ħadet deċiżjoni tagħha dwar dan il-każ.
Fondi Ewropej — programm finanzjarju - proġetti u miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Għawdex — applikazzjonijiet għal workshops għal garage industry
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f'Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minnhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma ngħatawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx ipproċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Setturi tradizzjonali tal-manifattura — siti ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Industrial Parks sabitx siti ġodda sabiex talloka l-attivitajiet tas-setturi tradizzjonali tal-manifattura f’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-MIP qegħda taħdem sabiex fi żmien qasir toħroġ sejħa pubblika għal iżvilupp permezz ta’ Public Private Partnership tas-sit magħruf bħala tal-Barmil fix-Xewkija Għawdex biex taqdi d-domanda għal spazju industrijali f’Għawdex.
Għawdex — Xewkija - micro-enterprise park fi Triq il-Madonna tar-Rummiena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett għall-bini ta’ micro-enterprise park fi Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija Għawdex? Meta huwa mistenni li jibda x-xogħol fuqu? Meta hu mistenni li jitlesta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12744,
Fisher and Associates — possibilità ta' servizz roro bejn Għawdex u Sqallija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Fisher & Associates lestewx l-istudju ta’ fattibilità (feasibility study) dwar il-possibilità ta’ servizz roro bejn Għawdex u Sqallija? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma r-rakkmandazzjonijiet li ħarġu mill-istudju? Jekk għadu ma tlestiex, meta mistenni li jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istudju kif ukoll ir-rapport tlestew fis-sena 2007. Ir-riżultati kienu ġew ippreżentati waqt konferenza pubblika li saret l-Imġarr Għawdex f'Diċembru 2007.