Legislature:
Category:
Reset
Active:

solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li l-Għawdxin kollha li japplikaw għas-sussidju fuq xiri ta’ solar water heaters se jingħataw dan is-sussidju? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Interpellant jispeċifika dwar liema skema qed jirreferi.

Solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li l-Għawdxin kollha li japplikaw għas-sussidju fuq xiri ta’ solar water heaters se jingħataw dan is-sussidju? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

fondi ewropej għall-proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12741.
Leg 11 PQ #12480 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme I Project No 33

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6177 u 5761 u jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhu maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces and other facilities?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalma diġà spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6177, il-proġett ‘Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces and other facilities’ [Ref No 33] jiffoka fuq tlett żoni turistiċi f’pajjiżna: il-Qawra, San Pawl il-Baħar u Pembroke. Madankollu, ser isir proġett simili f’Għawdex. Dan hu l-proġett ‘ Upgrading of Zewwieqa Waterfront ’ [Ref No 31] u għalih hemm allokat l-ammont inidikattiv ta’ €5,173,092.
Leg 11 PQ #12486 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — proġett infrastrutturali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 9527 u 5947, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar s'issa fuq l-applikazzjoni msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettajli mitluba.

Għawdex — applikazzjonijiet għal workshops għal garage industry

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f'Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minnhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma ngħatawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx ipproċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2007, 42 entità minn Għawdex urew interess biex jirrilokaw l-operazzjonijiet eżistenti tagħhom fil-qasam industrijali tax-Xewkija. Sat-2008, 17 minnhom ġew approvati u ngħataw spazju industrijali. Dawn iridu jilħqu t-98 impieg sat-tielet sena ta’ l-operat tagħhom. L-ispazju industrijali f’dan is-settur tradizzjonali fil-qasam industrijali tax-Xewkija huwa prattikament kollu meħud. Il-Malta Industrial Parks qed tistudja siti alternattivi sabiex talloka l-attivitajiet tas-setturi tradizzjonali. Il-25 entità li baqa’ huma proġettati li jilħqu l-159 impieg sat-tielet sena ta’ l-operat tagħhom. Irid jiġi innotat li dawn huma figuri proġettati u mhux fattwali u li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-entitajiet diġà qegħdin joperaw u qed jiġġeneraw impieg. Ħafna minnhom huma “relocation” u mhux “intrapriżi ġodda”. La darba jiġu identifikati siti addattati għal dawn l-attivitajiet, il-Malta Enterprise tipproċessa t-talbiet pendenti u potenzjali skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni u eliġibilità tal-Malta Enterprise.
Leg 11 PQ #13224 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme I Project Ref No 33

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6177 , 5761 u 12480 u jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhu maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces and other facilities?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12480.
Leg 11 PQ #13230 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Studju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex ikkummissjonat mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u li ġie mgħoddi lill-MCESD? Jista’ jgħid jekk dan l-istudu ġiex diskuss fl-MCESD? Jekk fl-affermattiv, meta? Ittieħdet deċisjoni dwaru? Jekk iva, meta u x’inhi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li l-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD ikkummissjona xi studju dwar il-fattibilità ta’ bini ta’ airstrip f’Għawdex.
Leg 11 PQ #13232 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta' Programmazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema proġetti, skemi, eċċ. ġew approvati s’issa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Kummissjoni? Dwar liema proġetti, skemi, eċċ. huma l-applikazzjonijiet pendenti? Meta ġew sottomessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 hija ppubblikata f’listi fuq is-sit elettroniku tad-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Priorijatijiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, http://www.ppcd.gov.mt/projects_07_13. Nixtieq inżid li proġetti b’valur totali li jeċċedi l-€50 miljun (€25 miljun fil-każ ta’ proġetti fil-qasam tal-ambjent) biss jirrikjedu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Minn dawn, sal-lum ġie sottomess lill-Kummissjoni Ewropea proġett wieħed: ‘ Improvement of sections of the TEN-T Road Network Phase I ’ [Ref No CF117]. Is-sottomissjoni saret fis-26 ta’ Awwissu 2009.
Leg 11 PQ #13532 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta' Programmazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13232 u jgħid liema proġetti, skemi, eċċ. ġew approvati s’issa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Kummissjoni? Dwar liema proġetti, skemi, eċċ. huma l-applikazzjonijiet pendenti? Meta ġew sottomessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13232.
Leg 11 PQ #13533 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Studju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13230 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex ikkummissjonat mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u li ġie mgħoddi lill-MCESD? Jista’ jgħid jekk dan l-istudu ġiex diskuss fl-MCESD? Jekk fl-affermattiv, meta? Ittieħdet deċisjoni dwaru? Jekk iva, meta u x’inhi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13230.
Leg 11 PQ #13534 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Testijiet tat-tafal — tender għall-bini mill-ġdid

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-riżultati tat-testijiet tat-tafal li saru qabel ħarġet/ingħatat it-tender għall-bini mill-ġdid u tat-testijiet li saru wara li nagħtat it-tender? Tista’ tgħid jekk kenitx ħarġet offerta separata għat-twettiq ta’ kull wieħed miż-żewġ settijiet ta’ testijiet? Meta ħarġu t-tenders, meta nagħtaw u lil min?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema tender qiegħed jirreferi fil-Mistoqsija tiegħu.
Leg 11 PQ #13535 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Proġetti infrastrutturali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 9527, 5947, 12486 u 13227, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar s'issa fuq l-applikazzjoni msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12486.

Feasibility study u Environment Impact Assessments

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13537 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — bini ta' airstrip

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Vot Kapitali Nru VIII items

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus maħsuba għall-industrija f’Għawdex għall-2010 taħt il-Vot Kapitali Nru VIII Items 7211(i), (ii),(iii),(iv), 7280, 7101, 7096 u 7274 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop huma maħsuba f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13228.
Leg 11 PQ #13230 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Studju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex ikkummissjonat mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u li ġie mgħoddi lill-MCESD? Jista’ jgħid jekk dan l-istudu ġiex diskuss fl-MCESD? Jekk fl-affermattiv, meta? Ittieħdet deċisjoni dwaru? Jekk iva, meta u x’inhi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fondi Ewropej — programm finanzjarju - proġetti u miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12741 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12741.
Leg 11 PQ #13232 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta' Programmazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema proġetti, skemi, eċċ. ġew approvati s’issa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Kummissjoni? Dwar liema proġetti, skemi, eċċ. huma l-applikazzjonijiet pendenti? Meta ġew sottomessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10936 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruise Passengers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm cruise passengers niżlu Għawdex kull sena mill-2003 sal-2008 u minn Jannar sa Awwissu ta’ din is-sena? Jista’ jgħid kemm cruise liners żaru Għawdex fl-istess żmien u kemm niżlu passiġġieri kull wieħed? Jista’ jagħti l-isem tal-cruise liner f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13222.