Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni/jiet għaliex l-flus ivvotati taħt item 7113 – construction of factories taħt Vot Kapitali III naqsu minn €90,000 għas-sena 2009 għal €25,000 għas-sena 2010?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-flus ivvotati taħt item 7113 - construction of factories naqsu minn €90,000 għas-sena 2009 għal €25,000 għas-sena 2010 skond il-prijoritajiet tal-Ministeru minħabba li x-xogħolijiet maġġuri fil-Qasam Industrijali f'Għawdex isiru minn fondi tal-Malta Industrial Parks.
Tista’ l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-€35,000 għal titjib ta’ faċilitajiet turistiċi ivvotati taħt item 7124 tal-Vot Kapitali III u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra programm tax-xogħol li se jsir? Tista’ tgħid fuqiex intnefqu l-€35,000 li hemm ivvotati għall-2009? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skont it-tip tan-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-fondi allokati taħt item 7124 tal-Vot Kapitali III se jintużaw għal titjib fil-lokalitajiet turistiċi, b'mod partikulari f'Marsalforn u Xlendi kif ukoll għall-faċilitajiet oħra bħall-għadds. Jiena nfurmata wkoll li n-nefqa għall-2009 minn dan il-vot kienet tikkonsisti minn:
Xiri ta’ Materjal
€2,850
Kiri ta’ Makkinarju
€4,227
Tneħħija ta’
asbestos
minn ġol-baħar
€1,180
Xogħlijiet fuq il-Moll tal-bajja ta’ Ħondoq
€22,656
Follow up
tal-
Masterplan
tad-
Diving
€1,416
Servizzi mir-
Red Cross
€2,600
Tista’ l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-€25,000 għall-protezzjoni tal-ambjent ivvotati taħt item 7130 tal-Vot Kapitali III u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra programm tax-xogħol li se jsir? Tista’ tgħid fuqiex intnefqu l-€25,000 li hemm ivvotati għall-2009? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skont it-tip tan-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-flus ivvotati taħt item 7130 tal-Vot Kapitali III - Environment Protection Works ser jintużaw għal xogħolijiet skond il-pjan ta' azzjoni ta' Eko-Għawdex. Jiena nfurmata wkoll li n-nefqa għall-2009 minn dan il-vot kienet tikkonsisti minn:
Kiri ta’ Vetturi
€2,870
Tneħħija ta’ blat perikoluż minn ġol-baħar
€5,690
Tindif u ġarr ta’ materjal
€6,057
Tqegħid ta’ baga
€375
Tista’ l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-€70,000 għall-immaniġġjar tal-iskart solidu ivvotati taħt item 7131 tal-Vot Kapitali III u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra programm tax-xogħol li se jsir? Tista’ tgħid fuqiex intnefqu l-€70,000 li hemm ivvotati għall-2009? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skont it-tip tan-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-flus ivvotati taħt item 7131 tal-Vot Kapitali III - Immaniġġjar ta' Skart Solidu ser jintużaw primarjament biex jitneħħa materjal mitfugħ illegalment f'żoni pubbliċi kif ukoll biex ikun hemm faċilitajiet ta' l-immaniġġjar ta' skart solidu f'Għawdex. Jiena nfurmata wkoll li n-nefqa għall-2009 kienet kif ġej:
Xiri ta’ Materjal u
parts
€12,440
Ħlasijiet għar-rimi ta’ l-iskart solidu
€7,797
Kiri ta’ Makkinarju u Apparat
€38,700
Servizz ta’
engineering
€4,370
Xiri ta’ Apparat
€6,682
Tista’ l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-€35,000 għall-farm access roads ivvotati taħt item 7117 tal-Vot Kapitali III? Tista’ tgħid fuqiex intnefqu l-€35,000 li hemm ivvotati għall-2009? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm għall-2010 u l-pjanti tal-farm access roads li saru matul l-2009?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-fondi vvotati għall-farm access roads f'Għawdex għas-sena 2010 huma ppjanati li jintużaw biex jinbnew u jitranġaw passaġġi fir-raba' fuq mertu prijoritarju skond is-sigurtà, l-utilità u l-ambjent. Dwar partijiet oħra tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13549.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant għas-snin 1999 sa' 2005, ingħatat bħala tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20214 fis-Seduta 418 tat-18 ta' Lulju, 2006.
Dwar l-informazzjoni mitluba għas-snin 2006 sa' 2008 ingħataw bħala tweġibiet għall- Mistoqsijiet Parlamentari Numru 5191 tas-Seduta 73 tal-20 ta’ Jannar 2009; Numru 5692 tas-Seduta 78 tat-2 ta’ Frar 2009, u Numru 7061 tas-Seduta 93 tas-17 ta’ Marzu 2009.
Id-dħul għas-sena 2009 bejn l-1 ta’ Jannar sa’ t-30 ta’ Novembru hu kif jidher fit-Tabella mehmuża u li se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Flus fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13229 u 12598 u jgħid kemm intnefqu u tħallsu flus s’issa din is-sena għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus maħsuba għall-istess riforma għall-2010? Taħt liema item of expenditure huma mdaħħla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-sena 2009 intefqu €34,483 għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex, waqt li għall-2010 is-somma għada ma ġietx stabilita kollha peress li tiddependi minn diskussjonijiet li qed isiru mal-GBA.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru virements s’issa għas-sena 2009 mill-items tal-Voti Rikorrenti u Kapitali tal-Ministeru tagħha u tagħti l-ammont tagħhom? Tista’ tagħti l-ammonti tal-virements minn kull item u tgħid għal liema items ġew trasferiti? Tista’ tagħti l-ammonti tal-fondi li ġew trasferiti għal kull item? Tista’ tagħti r-raġuni għal kull virement li sar? Tista tagħti d-data ta’ meta sar kull virement?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni/jiet għaliex l-flus ivvotati taħt item 16 – allowances taħt Vot Rikorrenti Nru 14 żdiedu b’€550,000 għas-sena 2010?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li din iż-żieda hija bbażata fuq kemm hu maħsub li se tammonta l-ispiża tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex taħt dan l-item matul is-sena 2010.
Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni/jiet għaliex l-flus ivvotati taħt item 27 – trasport taħt Vot Rikorrenti Nru 14 żdiedu b’€60,000 għas-sena 2010?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li din iż-żieda hija bbażata fuq kemm hu maħsub li se tammonta l-ispiża tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex taħt dan l-item matul is-sena 2010.
Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni/jiet għaliex l-flus ivvotati taħt item 5250 – landscaping Gozo taħt Vot Rrikorrenti Nru 14 naqsu b’€200,000 għas-sena 2010?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-flus ivvotati taħt item 5250 - landscaping Gozo Vot Rikorrenti Nru 14 naqsu b'€200,000 għas-sena 2010 skond il-prijoritajiet tal-Ministeru.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa matul is-sena 2009 taħt kull item of expenditure f'Għawdex sew kapitali kif ukoll rikorrenti? Kemm kien l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li baqa’ ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta’ fondi minn item għal ieħor matul is-sena? Jekk fl-affermattiv, minn liema u għal liema items saru? X’kien l-ammont ta’ kull trasferiment u f’liema data sar kull trasferiment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — applikazzjonijiet għal workshops għal garage industry
Question
Jista' l-Ministru iwieġeb mistoqsija parlamentari 12743 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f'Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minnhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma ngħatawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx ipproċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12743.
Passaġġi fil-kampanja — kisi bil-konkrit u materjal ieħor
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 9763 u tgħid mill-2005 ‘l hawn kemm-il passaġġ fil-kampanja ġie miksi bil-konkrit jew b’materjal ieħor? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ kull passaġġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-lista u pjanti ta' passaġġi fil-kampanja miksija bil-konkrit jew materjal ieħor hija kif tidher fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku dwar jekk l-emissjonijiet tal-boiler house humiex konformi mal-leġislazzjoni relevanti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fir-rapport li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13127 u jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkonsidra li d-dawl pubbliku fit-toroq kollha arterjali u distributoriji (public street lighting) f’Għawdex ikun jixgħel bl-enerġija tax-xemx (solar powered)? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa? Meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal din is-sistema ta’ solar powered lighting fit-toroq t’Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.