Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13965 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima tal-Anzjani Rġiel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm anzjani rġiel fix-short-stay, fil-medium stay u fil-long stay rispettivament fit-Taqsima tal-Anzjani Rġiel fil-Kumpless tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Kemm hemm staff jieħdu ħsieb dawn il-wards? X’inhu l-grad tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13954 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima tal-Fisjoterapija - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-Taqsima tal-Fisjoterapija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13955 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — ambulanzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ambulanzi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull waħda minnhom meta nxtrat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm ħames (5) ambulanzi. Tip ta' Ambulanza Meta nxtrat GVN 235 Volkswagen transporter 14/05/1990 GVN 238 Volkswagen transporter 04/05/1990 GVN 241 Volkswagen transporter 29/05/1987 GVN 037 Fiat Ducato 24/02/1997 GVN 459 Fiat Ducato 06/03/2003. Fil-preżent qed titħejja t-tender għal xiri ta' żewġ ambulanzi oħra.
Leg 11 PQ #13956 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima tas-CCU - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-Taqsima tas-CCU fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13957 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima Radjoloġija -apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-Taqsima tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13958 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — swali tal-operazzjonijiet - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fis-swali tal-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13959 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — kċina - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fil-kċina tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vot Kapitali IV — Gozo Public Transport Reform

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus din is-sena s’issa mill-Vot Kapitali IV item 7243 – Gozo Public Transport Reform? Fuqiex intnefqu? Jista’ jgħid għaliex għas-sena 2010 dan l-item ofexpenditure m'għadux jidher għalih separatament? Taħt liema item of expenditure ġew inklużi l-fondi għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa għal din ir-riforma matul l-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13551, jien infurmat li n-nefqa li saret matul l-2009 kienet primarjament tikkonsisti f'servizzi professjonali u xogħol ta' design.

Gozo Ferries Co Ltd — Kiri tal-Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13950 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — servizz ta' WIFI

Question

Tista’ l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex ikun hemm servizz ta’ WIFI fis-swali u l-kmamar tal-wards tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li għalkemm bħalissa m'hemmx il-ħsieb li tiġi introdotta is-sistema tal-WIFI, mhix eskluża l-possibilità li jkun provdut dan is-servizz.
Leg 11 PQ #13951 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — servizzi ta’ konsulenti, senior registrars u registrars

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm oqsma ta’ kura medika koperti b’servizz ta’ konsulenti, senior registrars u registrars fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kemm hemm konsulenti, senior registrars u registrars f’kull qasam? Tista’ tgħid kemm u liema minnhom huma impjegati tal-Ministeru għal Għawdex? Tista’ tgħid kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin f’kull qasam ta’ speċjalità?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13952 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — servizzi ta' outpatient

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema oqsma ta’ kura medika hemm servizzi ta’ outpatient fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kemm hemm konsulenti, senior registrars u registrars f’kull qasam? Tista’ tgħid kemm u liema minnhom huma impjegati tal-Ministeru għal Għawdex? Tista’ tgħid min minnhom huma Maltin jew barranin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13953 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — informazzjoni fuq outpatients

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma l-ġranet ta’ stennija għal appuntament ta’ servizz ta’ outpatient għal każijiet ġodda f’kull qasam tal-kura medika fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kemm-il darba fil-ġimgħa/fix-xahar u kull meta jingħataw is-servizzi ta’ outpatient f’kull qasam ta’ kura? Tista’ tgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta’ outpatients kull sena mill-2000 sal-2009 skont il-qasam tal-kura medika? Kemm kien hemm follow-ups?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13746 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot Kapitali III — taħwil tas-siġar u tisbiħ tal-ambjent

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-€20,000 għat-taħwil tas-siġar u għat-tisbiħ tal-ambjent ivvotati taħt item 7115 tal-Vot Kapitali III u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tax-xogħol li se jsir? Tista’ tgħid fuqhiex intnefqu l-€20,000 li hemm ivvotati għall-2009? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skont it-tip tan-nefqa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-flus ivvotati taħt item 7115 tal-Vot Kapitali III ser jintużaw għat-titjib fin-nurseries u għat-tħawwil ta' siġar u pjanti f'imsaġar u artijiet pubbliċi u li l-flus ivvotati għall-2009 intużaw kif ġej: Xiri ta’ żrieragħ, xtieli, materjal, siġar u materjal għat-tkabbir tas-siġar u pjanti €14,474 Materjal, apparat u xogħol ta’ titjib fin- nurseries €3,952 Kiri ta’ apparat €1,574
Leg 11 PQ #13747 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Industrijalisti Għawdxin — applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm industrijalisti Għawdxin li għandhom applikazzjonijet approvati u għadhom ma tħallsux? Tista’ tgħid kemm huma l-ammonti dovuti lil dawn l-industrijalisti u għal liema snin huma dovuti? Tista’ tgħid meta se jitħallsu u kemm se jitħallsu? Tista’ tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Malta Enterprise? Kemm huma l-ammonti mitluba u għal liema snin huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13740/09 u nitolbu jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13748 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta' meals on wheels f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jirċievu s-servizz tal-meals on wheels f’Għawdex? Tista’ tgħid kemm iħallsu l-benefiċjarji għal dan is-servizz? Min hu eliġibbli għalih? Minn min qed jitmexxa dan is-servizz? X’inhi s-sistema tat-tħaddim tiegħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-mument hemm 24 persuni anzjani f'Għawdex li qed jirċievu s-servizz tal-Meals on Wheels b'mod regolari kif ukoll 11 -il persuna bi bżonnijiet speċjali li jattendu l-iSpecial School ta' Sannat. Il-benefiċċjarji jħallsu €2.33 għal kull ikla. Persuni 'l fuq minn 60 sena kif ukoll persuni bi bżonnijiet speċjali huma eliġibbli. Dan is-servizz qed jitmexxa mill-Uffiċċju ta' l-Anzjani fi ħdan id-Dipartiment tal-Customer Services, Ministeru għal Għawdex b'koperazzjoni mal-Ħbieb tal-Morda u l-Anzjani u l-Moviment Azzjoni Soċjali. L-applikant jista' japplika l-Uffiċċju ta' l-Anzjani, il-Kunsill Lokali ta' fejn joqgħod jew fil-kumpless tal-MAS f'Għajnsielem u mill-għada stess, kemm -il darba jkun eliġibli, jkun jista' jibda jibbenefika minn dan is-servizz. L-applikanti jistgħu jagħżlu l-ġranet meta jkunu jixtiequ li jirċievu l-platt sħun. M'humiex marbuta li jieħdu s-servizz kuljum. L-ikla tikkonsisti fi tliet platti b'menu varjat u adattat għad-dieta ta' l-anzjani. L-ikel ikun konservat bl-aktar mod iġeniku permezz ta' containers tal-foil u tal-ġablo. Dawn il-containers jiġu ppakjati f'thermal boxes b'mod individwali u jitqassmu permezz ta' van li tibda bir-rotta tagħha għall-ħabta ta' l-10.30a.m.
Leg 11 PQ #13749 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenza dwar Eko-Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm konsulenti tqabbdu s’issa biex jagħtu xi tip ta’ konsulenza dwar l-eko-Għawdex? Kif tqabbad kull wieħed minn dawn il-konsulenti? Ħarġu xi applikazzjonijiet biex jingħataw dawn is-servizzi? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Fuq liema oqsma tal-istrateġija eko-Għawdex tqabbdu jagħtu l-konsulenzi tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12044 ngħarraf ukoll illi l-esperti ntgħażlu abbażi tal-kompetenza tagħhom.
Leg 11 PQ #13750 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — joint ventures

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min huma magħmula l-joint ventures JPF, ENG, Gaudos JV li lkoll issottomettew offerti għall-għoti ta’ tenders f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-joint ventures mitluba mill-Onor. Interpellant huma magħmula kif ġej: JPF - Asfaltar Ltd.; Road Construction Co. Ltd.; u Schembri Infrastructures. Gaudos JV - Schembri Infrastructures; u Road Construction Co. Ltd. ENG - Tal-Ġeneral; u ENCO SRL.

Public Service Obligation tal-Gozo Channel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti mħallsa, skont il-kategorija u t-tip ta’ benefiċjarji, għall-Public Service Obligation tal-Gozo Channel Co. mill-2004 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #13740 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot Kapitali III — investment incentives

Question

Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni/jiet għaliex l-flus ivvotati taħt item 7096 – investment incentives li kien jidher taħt Vot Kapitali III għas-sena 2009 ma ġewx ivvotati taħt il-Ministeru tagħha għas-sena 2010?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-fondi allokati għal-investment incentives għas-sena 2010 ġew ivvotati taħt item 7096 - investment incentives (subvention) tal-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.