Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett tal-Qortin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’sar matul l-2009 fuq il-proġett ta’ “il-Qortin”, ix-Xagħra Għawdex? Fiex jikkonsisti dan il-proġett? X’jonqos isir u meta mistenni li jitlesta? Kemm kienet in-nefqa ta’ dan il-proġett s’issa u kemm hija mistennija li tkun in-nefqa totali tal-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lix-xogħol fuq il-proġett ta’ “il-Qortin”, jinstab fi stadju avvanzat ta’ proġettazzjoni. Ix-xogħol relatat ma' dan il-proġett huwa finanzjat mill-fondi ta’ koeżjoni 2007-2013. Id-disinnji finali tlestew, u l-Full Development Application ġiet sottomessa lill-MEPA fil-bidu ta’ Ottubru 2009. L-applikazzjoni għall-fondi qiegħda ukoll fi stadju avvanzat, tant li ġa ġiet eżaminata mill-PSC (Project Selection Committee). In-nefqa fuq dan il-proġett għal xogħlijiet marbutin mad-disinn finali u fuq xogħol relatat mal-permess ta’ l-iżvilupp s’issa kienet ta’ madwar €70,000. Fix-xhur li ġejjin mistenni li jibda x-xogħol ta’ ri-vegetazzjoni, b’sistema ta’ Engineered Capping u Restoration Soils. Ix-xogħol preparatorju għall-ħruġ tat-tender għal dan, qiegħed fi stadju avvanzat. In-nefqa totali sa l-2013 hija stmata li tkun madwar € 2.83 miljun.
Leg 11 PQ #14212 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Koperattive Għawdxija tal-Bdiewa

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’użu qed isir mill-art li l-Ministeru għandu fil-bitħa tal-Koperattiva Għawdxija tal-Bdiewa (Gozitano) fix-Xewkija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex m'għandux art fil-bitħa tal-Koperattiva Għawdxija tal-Bdiewa (Gozitano) fix-Xewkija.
Leg 11 PQ #14213 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ristrutturazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'’passi ttieħdu s’issa biex il-Ministeru jiġi ristrutturat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qegħdin jittieħdu l-miżuri neċessarji għar-ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex. Bħala parti minn dan ir-ristrutturar fil-5 ta' Jannar 2010 ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' tliet pożizzjonijiet ġodda f'dan il-Ministeru. Dawn huma Direttur Ġenerali (Strategy and Support), Direttur (EcoGozo Regional Development) u Direttur (Tourism and Economic Development).
Leg 11 PQ #14202 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella — Sentinella

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġuni/jiet għaliex ma baqgħetx issir is-“Sentinella” li kienet ġiet introdotta fl-1997 fi żmien il-Gvern Laburista u li kienet animazzjoni ta’ gwardja storika ta’ żmien il-Kavallieri fil-Gran Kastell bi lbies u stemmi ta’ żmien il-Gran Mastru Wignacourt li fi żmienu kienu ġġeddu s-swar taċ-Ċittadella u li kienet attrazzjoni turistika kbira? Tista’ l- Ministru tara li din terġa’ tibda ssir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-raġuni ewlenija li għaliha ma tkomplietx is-Sentinella kienet li għalkemm saru diversi sforzi sabiex jinstabu ħaddiema tal-Gvern li jixtiequ jipparteċipaw f'din il-parata, b'kumpens ta' overtime fil-forma ta' Time Off in Lieu, qatt ma kien hemm numru suffiċjenti biex din il-parata terġa' tinbeda.
Leg 11 PQ #14203 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċimiterju ta' Santa Marija — xogħlijiet fuq l-oqbra

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru l-kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra l-ġodda fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija? Ix-xogħol fuq dawn l-oqbra lest? Jekk le, x’jonqos isir? Jekk iva, meta tlesta? X’hemm iżomm li dawn il-kuntratti jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi għaddej il-proċess meħtieġ sabiex isir ix-xogħol fuq l-oqbra l-ġodda u anke l-preparamenti marbuta mal-kuntratti ta' dawn l-oqbra.

Feasibility study u Environment Impact Assessments

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14205 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — rħula - bereġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’xogħol sar fuq kull waħda mill-bereġ fid-diversi rħula ta’ Għawdex, skont ir-raħal, matul l-2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14206 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — toroq residenzjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ toroq residenzjali nbnew mill-ġdid fid-diversi rħula ta’ Għawdex, skont ir-raħal, matul l-2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is-sena 2009 ingħata t-tarmak f'toroq residenzjali jew f'partijiet minnhom kif jidher hawn taħt Victoria 3792 metru kwadru Nadur 3325 metru kwadru Xlendi 132 metru kwadru Għarb Xogħol għadu għaddej.
Leg 11 PQ #14207 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — passaġġi fil-kampanja - aplikazzjonijiet lill-MEPA

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta' passaġġi fil-kampanja (farm access roads) nbnew fid-diversi rħula f’Għawdex matul l-2008 u l-2009? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità X’inhija r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalita’? Tista’ tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 3104/08 u 11585/09.
Leg 11 PQ #13966 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Day Care Centre - anzjani li jattendu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm anzjani jattendu d-Day Care Centre tal-Anzjani mmexxi mill-Ministeru għal Għawdex, minn numru ta’ kunsilli lokali u mill-Kurja ta’ Għawdex? X’servizz qed jingħata f’dan iċ-Ċentru? Kull meta jingħata dawn is-servizzi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-attendenza ta' l-anzjani li attendew iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Anzjani bejn Jannar u Diċembru 2009 kienet ta' 6479 persuna, medja ta' 42 persuna kuljum. Ġurnata tipika f'dan iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum tibda b'quddiesa, wara jiġi servut il-breakfast, imbagħad ikun hemm ħin ta' rikreazzjoni fejn fost l-oħrajn tinżamm it-tombla, isiru xi handcrafts u anke jinżammu taħditiet varji minn nies professjonali fil-qasam tagħhom. F'nofsinhar tiġi servuta l-ikla li tkun tikkonsisti fi 3 platti. It-trasport b'xejn ikun provdut lill-anzjani kemm lejn iċ-Ċentru kif ukoll lura lejn id-dar. Jiġu organizzati ukoll ħarġiet soċjali f'Malta u anke f'Għawdex. Iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Anzjani jopera mit-Tnejn sal-Ħamis u l-anzjani jattendu skond il-lokalità tagħhom, li huma mqassma hekk: It-Tnejn - Għarb, Kerċem, Sta. Luċija It-Tlieta - Xewkija, Għasri, San Lawrenz, Żebbuġ, Residenza Sant'Anna u Male Geriatrics Ward L-Erbgħa - Victoria, Sannat, Munxar Il-Ħamis - Qala, Għajnsielem, Fontana.
Leg 11 PQ #13967 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima tal-Emerġenza - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-Taqsima tal-Emerġenza (Admission and Emergency Department) fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13968 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — struttura amministrattiva - informazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-istruttura amministrattiva (i) tas-Servizzi Mediċi, (ii) Servizzi ta’ Infermiera u (iii) Servizzi Anċillari (lay administration li tinkludi stores, manutenzjoni, trasport, kċina, tindif, eċċ.) tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-organogramma ta’ kull struttura fl-isptar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13969 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — faċilitajiet u servizzi ta’ terapija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’faċilitajiet u servizzi ta’ terapija, minbarra dawk ta’ fisjoterapija, hemm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-taqsima? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13970 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Dipartiment tad-Dentistrija - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13971 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — żjarat mid-dirtetturi kliniċi responsabbli mis-servizzi mediċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Diretturi kliniċi li huma responsabbli mis-servizzi mediċi provduti fl-isptarijiet tal-Istat fil-gżejjer Maltin humiex qed iżuru regolarment l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif huma obbligati jagħmlu? Jekk le, għaliex? Jekk iva, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il żjara saret minn dawn id-Diretturi fl-2009? Meta saru u minn liema Diretturi? Saru xi rakkmandazzjonijiet minn dawn id-Diretturi? Jekk iva, x’kienu? Ġew implimentati dawn ir-rakkmandazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13960 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — numru ta' operazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kull sena mis-sena 2000 sal-2009? Tista’ tagħti n-numru tal-operazzjonijiet skont il-qasam ta’ kura medika bħal maternità/ġinekoloġija, oftalmoloġija, ortopedija eċċ.?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13961 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima tal-Patoloġija - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-Taqsima tal-Patoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13962 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — wards maqsuma - informazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm wards fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex maqsumin skont is-servizz mediku li jagħtu? Tista’ tgħid kemm hemm sodod f’kull ward u tgħid x’kienet ir-rata ta’ okkupanza f’kull ward kull sena mis-sena 2000 sal-2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13963 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — sptar f'Tal-Ibraġġ - wards

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm wards fl-Isptar f’Tal-Ibraġġ li kien inbena bħala sptar għall-kura psikjatrika? Għaliex qed tintuża kull ward illum? Kemm hemm pazjenti f’kull ward?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex; Fergħa tal-Ibraġġ, hemm 3 wards. 1. Ix-Short stay ward - Għall-mard psikjattriku akut; - Admission Ward; hemm 6 pazjenti (u 21 pazjent 'on leave') 2. il-Long Stay Ward - Għall-mard psikjattriku kroniku / Residenza; hemm 30 pazjent (u 3 pazjenti 'on leave') 3. il-Male Geriatric Ward - Residenza għall-Anzjani Rġiel; hemm 32 resident/pazjent (Numru ta' pazjenti 'as per' 13-1-2010.)
Leg 11 PQ #13964 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Dar Sant' Anna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm sodod f’Dar Sant’Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kemm hemm anzjani residenti f’din id-dar? Kemm hemm staff biex jieħdu ħsieb din id-dar? X’inhu l-grad tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-Residenza Sant'Anna hemm 81 sodda li fil-preżent huma kollha mimlijin. Id-dettalji dwar l-istaff li jieħu ħsieb din ir-Residenza qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.