Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15146 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Fondi Ewropej — programm finanzjarju 2007 - 2013

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intnefqu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Tista’ tgħid fuqiex intnefqu u kemm intnefqu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li taħt il-programm finanzjarju 2007-2013 s'issa tħallsu dawn il-pagamenti: ESF 1.23 Higher education courses to address skill mismatches in Gozo € 3,290.19 vat incl ERDF 24- Upgrading of Villa Rundle Gardens € 1,416.00 vat incl ERDF 47- Reconstruction of part of Xlendi Road and Ta’ Pinu Road € 268,925.41 vat incl

Esproprazzjoni ta' triq privata

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ftit il-każ tal-applikazzjoni li qiegħda ssir biex isir esproprjazzjoni ta' triq privata bl-isem Daħlet ix-Xagħri ta' Barbra, fin-Nadur, Għawdex meta din l-esproprjazzjoni qiegħda tintalab biex jiġi stultifikat proċess ġudizzjarju u dan peress li l-mertu huwa oġġett ta' kawża pendent quddiem il-Qrati f'Għawdex fl-ismijiet li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjoni jirriżulta li d-Dipartiment tal-Artijiet għandu talba għall-esproprju ta’ din it-triq sabiex dan l-esproprju issir għan-nom ta’ terzi. F’każijet bħal dawn (ċioe talbiet għall-esproprju minn terzi) fejn hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti, hi l-policy tad-Dipartiment li jistenna l-eżitu tal-kawża qabel ma tittiehed deċiżjoni.
Leg 11 PQ #14504 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

pensjonanti — ċekk tal-għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pensjonanti li jirċievu l-pensjoni minn barra u li huma residenti f'dawn il-gżejjer ma jingħatawx iċ-ċekk tal-għoli tal-ħajja bħalma huma intitolati għalih il-pensjonanti Maltin li jgħixu Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Informat illi ż-żieda għall-għoli tal-ħajja tingħata biss lil dawk il-pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali minn Malta biss jew li jirċievu kemm pensjoni minn barra kif ukoll pensjoni minn Malta. Informat ukoll li dawk il-pensjonanti li jirċievu pensjoni minn barra biss mhumiex intitolati għaż-żieda tal-għoli tal-ħajja.

Heritage Malta — Chief Executive Officer

Question

Tista' l-Ministru tgħid lill-Kamra min ġie appuntat Chief Executive Officer mal-Heritage Malta? Tista' tgħid jekk kienx hemm u fil-każ kemm hemm applikazzjonijiet u kif sar il-proċess tal-għażla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għadu ma ġiex appuntat Chief Executive Officer ta’ Heritage Malta għaliex skont il- proċedura stabbilita l-ewwel wieħed jara x'hemm applikazzjonijiet addattati għal din il- kariga għand l-E.T.C. Jekk dan il post ma jimteliex min-nies fuq il-lista tal-E.T.C., allura ssir sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet.
Leg 11 PQ #14781 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Minsteru għal Għawdex — restructuring exercise

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bejn is-sena 2004 u 2007 sarx xi restructuring exercise fil-Ministeru? Jekk iva, tista' tgħid jekk dan isarrafx li xi posts jew positions jiġu aboliti? Tista' tgħid jekk minħabba l-istess eżerċizzju kienx hemm ukoll xi selection processes li ġew withdrawn qabel ma ġie ppubblikat ir-riżultat tal-interview? Jekk iva, liema kienu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi ma kien hemm l-ebda restructuring exercise fil-perjodu msemmi.
Leg 11 PQ #14220 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej li tħallsu f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika

Question

Jaqbel l-Ministru li x-xogħol li jsir u d- data li tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar statistika għal Għawdex jibda jinġabar u jsir minn Għawdex bies b’hekk jinħolqu ukoll xi postijiet tax-xogħol ġodda f’Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol li jsir u l-ġbir tad-data fl-NSO dwar statistika għal Għawdex, iseħħ prinċipalment minn sorsi amministrattivi. Huma dawn is-sorsi amministrattivi li jipprovdu data maqsuma fuq bażi reġjonali fir-rigward ta’ Malta u Għawdex. Għalhekk, f’dan l-istadju u f’din il-konnessjoni, m’hemmx il-ħsieb u l-bżonn li dan ix-xogħol jinqasam u jsir f’Għawdex.
Leg 11 PQ #14222 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp turistiku f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jikkapitilizzaw mill-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għall-iżvilupp turistiku f’Għawdex? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14223 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex bħala destinazzjoni rurali unika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14224 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Access bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Channel — seaworthiness tal-vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar testijiet dwar is-seaworthiness għar-rigward il-vapuri tal-Gozo Channel u x'kienu r-riżultati? Jista' jgħid jekk dik il-kaxxa li tpoġġiet fit-taraġ ta' kull vapur tal-Gozo Channel bħala alarm hijiex skont ir-regolamenti tal-Health and Safety?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14214 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Liċenzji għall-għaddasa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ liċenzji ġodda u ta’ tiġdid ta’ liċenzji għall-għaddasa kull sena mill-2000 sal-2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14215 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kumpess Sportive tar-Rabat — pixxina

Question

Tista' l-Ministru tgħid il-pixxina maħsuba li tinbena maġenb il-Kumpless Sportiv tar-Rabat se jkollha faċilitajiet adegwati biex tkun tista’ tintuża mill-anzjani u minn persuni b’xi diżabilità jew problema fiżika? Se jkollha faċilitajiet ta’ hydroterapija? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma l-faċilitajiet? Jekk fin-negattiv għaliex mhux se jiġu provduti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-pjanti inizjali għan-Natatorium proġettat li jsir maġenb il-Kumpless Sportiv jinkorporaw faċilitajiet adegwati biex jilħqu l-bżonnijiet ta' l-anzjani u persuni b'diżabilità. Hemm il-ħsieb li parti minn dan il-post joffri wkoll faċilità ta' idroterapija.

Tqegħid ta' baga fix-Xlendi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett tat-tqegħid ta’ baga fix-Xendi biex magħha jkunu jistgħu jorbtu l-cruise liners? X’jonqos isir biex titqiegħed din il-baga? Hemm xi deċiżjoni biex titqiegħed xi baga oħra x’imkien ieħor f’Għawdex? Hemm xi deċiżjoni li jsiru xi pontoons għall-cruise liners fl-inħawi tal-Mġarr jew x’imkien ieħor madwar Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tender għall-baga tax-Xlendi ġie mogħti u l-baga mistennija titqiegħed matul it-tieni kwart ta' din is-sena. M'hemm l-ebda deċizjoni sabiex titqiegħed xi baga oħra jew irmiġġi għall-cruise liners fl-inħawi tal-Imġarr jew madwar Għawdex.

Cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jidħlu cruiseliners f’Malta għaliha u Għawdex għalih matul l-2010? Kemm daħlu fl-2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sal-lum Transport Malta hija iffurmata b'274 cruise liner li mistennija jidħlu fil-Port il-Kbir. S'issa,. m'hemm l-ebda żjara mistennija f'Għawdex. Matul is-sena 2009, 260 cruise liner daħlu Malta filwaqt li 5 cruise liners żaru Għawdex.
Leg 11 PQ #14218 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sussidju fuq xiri ta' solar water heaters

Question

Tista' l-Ministru taċċerta lill-Kamra li l-Għawdxin kollha li japplikaw għas-sussidju fuq xiri ta’ solar water heaters se jingħataw dan is-sussidju? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13126.
Leg 11 PQ #14219 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

CIPD Conference

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti is-CIPD Conference li għaliha qed jattendu kull sena uffiċċjali għolja tal-Ministeru? Titħallas xi annwalità biex il-Ministeru jieħu sehem f’dawn il-Konferenzi? Kemm hi l-annwalità li titħallas, jekk titħallas? X’inhuwa r-rwol tal-Ministeru f’dawn il-Konferenzi? Kif jintagħżlu r-rappreżentanti tal-Ministeru? Kemm kienu l-ispejjes ta’ kull parteċipazzjoni fl-2009? Kif kienu maqsumin l-ispejjeż ta’ kull safra bħalma huma fost oħrajn spejjes tal-ajru, tal-ikel u tal-lukandi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-konferenza organizzata mis-CIPD tikkonsisti f'sensiela ta' seminars fil-qasam ta' l-immaniġġjar u żvilupp tal-personnel. L-ammont ta' annwalità li jitħallas hu ta' £438, u jingħata skont fuq l-ispejjeż ta' parteċipazzjoni f'din il-konferenza lill-organizazzjonijiet li jkunu membri. Ir-rappreżentanti tal-Ministeru jattendu għal din il-konferenza a bażi tar-rwol tagħhom. L-ispejjeż għas-safar relatat ma' xogħol hu regolat minn Ċirkulari MFIN numru 1/2008.
Leg 11 PQ #14208 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati tal-Ministeru tpoġġew jaħdmu fuq roster

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati tal-Ministeru tpoġġew fuq roster matul l-2009? X’inhu l-grad tagħhom u f’liema fergħa qegħdin jaħdmu? Fejn kienu jaħdmu qabel nagħtaw ir-roster? Min talab għar-roster f’kull każ u min approvahom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14209 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħitan tas-sejjiegħ - applikazzjonijiet lill-MEPA

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ ħitan tas-sejjiegħ nbnew fid-diversi lokalitajiet f’Għawdex matul l-2008 u l-2009? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? Tista’ tagħti r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalita’? Tista’ tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 3103/08 u 11584/09.
Leg 11 PQ #14210 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

flus minfuqa fuq l-istrateġija ta' Eko-Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif inhu maħsub li jintefqu l-€25 miljun li l-Gvern qed jipprometti li se jintefqu f’Għawdex fuq l-istrateġija ta’ Eko-Għawdex bejn l-2010 u l-2012? Liema huma l-proġetti, programmi eċċ approvati s’issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-allokazzjoni msemmija ngħatat biex jitwettqu l-proġetti proposti fid-dokument 'Eco-Gozo - a better Gozo (Proposed Action 2010-2012)li ġie ppreżentat lill-Kamra mad-diskors tal-Budget 2010 fid-9 ta' Novembru 2009.