Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — xogħol ta' back office

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14221, jaqbel l-Ministru li x-xogħol ta' back office li s-sorsi amministrativi jagħmlu għal ġbir tad-data nazzjonali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jiġi trasferit għal Għawdex fejn jibda jsir minn ħaddiema Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan l-istadju x-xogħol ta’ back office li s-sorsi amministrativi jagħmlu jintbagħat direttament fl-NSO f’Malta. Għalhekk m’hemmx lok għal duplikazzjoni ta’ xogħol.
Leg 11 PQ #15361 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp turistiku f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14222 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jikkapitilizzaw mill-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għall-iżvilupp turistiku f’Għawdex? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15362 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex bħala destinazzjoni rurali unika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14223 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Ferries Co Ltd — kiri ta' vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13753.

Malta Enterprise — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm industrijalisti Għawdxin li għandhom applikazzjonijet approvati u għadhom ma tħallsux? Jista’ jgħid kemm huma l-ammonti dovuti lil dawn l-industrijalisti u għal liema snin huma dovuti? Jista’ jgħid meta se jitħallsu u kemm se jitħallsu? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Malta Enterprise? Kemm huma l-ammonti mitluba u għal liema snin huma?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikklarifika għall-liema fondi qed jirreferi.
Leg 11 PQ #15161 Sitting 194 2010-03-03 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet għal bini ġdid f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal bini ġdid f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn? Jista’ jgħid kemm applikazzjonijiet għal bini ġdid f’Għawdex ġew approvati kull sena mill-1999 ‘l hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxa tad-dħul u taxxa fuq il-valur miżjud

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret (i) taxxa tad-dħul u (ii) taxxa fuq il-valur miżjud minn Għawdex kull sena mill-2000 sal-2009?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15163 Sitting 194 2010-03-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Residenti Għawdxin akkużati fil-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Għawdex li ġew akkużati fil-Qorti kull sena mill-1999 sal-2009 dwar: a) delitti kontra s-sentiment reliġjuż? b) delitti kontra l-fiduċja pubblika? ċ) falsifikazzjoni ta’ karti, ta’ timbri u ta’ siġilli? d) delitti li għandhom x’jaqsmu mad-dmirijiet tal-membri tal-familji lejn xulxin? e) delitti kontra l-paċi tal-familja? f) omiċidju volontarju? ġ) offiżi volontarji fuq il-persuna? g) offiżi sesswali fuq maġġorenni? h) korruzzjoni ta’ tfal taħt l-età? ħ) għoti jew bejgħ ta’ sustanzi velenużi jew ta’ ħsara għas-saħħa? i) użu illegali ta’ alkoħol u droga? j) theddid u vjolenza kontra l-privat? k) serq ikkwalifikat? l) serq sempliċi? m) frodi? n) pussess ta’ droga? għ) kontravenzjonijiet kontra l-ordni pubblika? o) offiżi kontra nuqqas ta’ attendenza fl-iskola?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.
Leg 11 PQ #15164 Sitting 194 2010-03-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Separazzjoni taż-żwieġ f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu kawżi ta’ separazzjoni taż-żwieġ f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #15147 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Farm Access Roads

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm għall-2010 għall-bini mill-ġdid ta’ farm access roads?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-preżent qiegħda ssir evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet pendenti għal farm access roads biex jiġi stabbilit liema minnhom għandhom isiru skond il-prijorità tal-każi.
Leg 11 PQ #15148 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Immaniġġjar ta' Skart Solidu

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għal mistoqsija parlamentari 13744 fejn qalet li l-flus ivvotati għall-2010 taħt item 7131 tal-Vot Kapitali III - Immaniġġjar ta' Skart Solidu ser jintużaw primarjament biex jitneħħa materjal mitfugħ illegalment f'żoni pubbliċi, tista’ l-Ministru tgħid jekk għandhiex lista ta’ żoni pubbliċi fejn hemm materjal mitfugħ illegalment u jekk għandhiex programm għat-tindif ta’ dawn iż-żoni? Tista’ tpoġġi kopja ta’ dan il-programm fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li filwaqt li m'hemmx lista formali ta' żoni pubbliċi fejn hemm materjal mitfugħ illegalment f'Għawdex, qegħdin isiru sforzi biex kemm jista' jkun jitneħħa minn dan il-materjal.
Leg 11 PQ #15149 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot Kapitali III — Environment Protection Works

Question

B'referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 13743 fejn qalet li l-flus ivvotati għall-2010 taħt item 7130 tal-Vot Kapitali III - Environment Protection Works ser jintużaw għal xogħlijiet skond il-pjan ta' azzjoni ta' Eko-Għawdex, tista' l-Ministru tgħid jekk dan il-pjan ta' azzjoni tlestiex? Jekk tlesta, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex għaliex? Meta huwa mistenni li jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Pjan t'Azzjoni msemmi tlesta u diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment bħala annex mad-diskors tal-Budget għas-sena 2010.
Leg 11 PQ #15150 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot Kapitali III — item 7124

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għal mistoqsija parlamentari 13742 fejn qalet li l-flus ivvotati għall-2010 taħt item 7124 tal-Vot Kapitali III ser jintużaw għal titjib fil-lokalitajiet turistiċi, b'mod partikolari f'Marsalforn u x-Xlendi, tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet hemm ippjanati li jsiru? Tista’ tqiegħed programm ta’ dawn ix-xogħlijiet li se jsiru fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qegħdin jitħejjew pjanijiet għal titjib fil-lokalitajiet ta' Marsalforn u x-Xlendi.
Leg 11 PQ #15151 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qasam Industrijali - xogħlijiet maġġuri

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għal mistoqsija parlamentari 13741, tista’ l-Ministru tgħid minn meta x-xogħlijiet maġġuri fil-Qasam Industrijali f'Għawdex bdew isiru minn fondi tal-Malta Industrial Parks?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Malta Industrial Parks.
Leg 11 PQ #15152 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Investments Incentives

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13740, tista' l-Ministru tagħti r-raġunijiet għaliex il-fondi allokati għall-investments incentives għas-sena 2010 ġew ivvotati taħt item 7096 - Investments Incentives (subvention) tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, meta qabel kienu jiġu vvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13740.

Apramorta ta' gallariji u bjut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha tkun għolja l-apramorta fuq gallariji, bjut u postijiet oħra minn fejn wieħed jista' jaqa' għoli ta' aktar minn żewġ metri? Jista' jikkonferma jekk l-apramorta tridx tkun waħda permanenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 11 PQ #15142 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — bini ġdid tat-triq Rabat

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tat-testijiet tat-tafal li saru qabel ħarġet/ingħatat it-tender għall-bini mill-ġdid u tat-testijiet li saru wara li nagħtat it-tender għall-bini mill-ġdid tat-Triq Rabat – San Lawrenz? Tista’ tgħid jekk kenitx ħarġet offerta separata għat-twettiq ta’ kull wieħed miż-żewġ settijiet ta’ testijiet? Meta ħarġu t-tenders, meta ngħataw u lil min?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Awtorità dwar it-Trasport kienet responsabbli mill-aspett tekniku tal-imsemmija triq filwaqt li l-Ministeru għal Għawdex kien responsabbli mill-implimentazzjoni tagħha. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Feasibility study u Environment Impact Assessments

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15144 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Bini ta' Airstrip

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13538 u jgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15145 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Public Street Lighting

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern huwiex jikkonsidra li d-dawl pubbliku fit-toroq kollha arterjali u distributoriji (public street lighting) f’Għawdex ikun jixgħel bl-enerġija tax-xemx (solar powered)? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa? Meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal din is-sistema ta’ solar powered lighting fit-toroq t’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li diġà saru taħditiet ma' stake holders involuti iżda jidher li għalissa mhux opportun li tiġi introdotta din is-sistema (solar powered lighting) minħabba li t-teknoloġija eżistenti m'hijiex addattata għall-ambjent lokali.