Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna finanzjarja taħt l-Iskema W

Question

B'referenza għat-talba tal-inkwilin biex jingħata għajnuna finanzjarja taħt l-iskema W (HAW 9/2009) x'inhi r-raġuni li l-applikant qiegħed jiġi rifjutat din l-għajnuna għas-sempliċi raġuni fid-denunzja ta' missieru hemm indikat porzjoni art li hija b'ċirka kejla u mhijiex fabbrikabbli u l-istess awtorità qegħda konsisti mill-applikant li iġġib site plan u pjanta b'din il-kejla raba, meta l-applikant stess ma jafx fejn hi u l-valur tagħha huwa altru minn ovvju li hu nil?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikant ġie mitlub jipproduċi site plans u informazzjoni fuq biċċa art li nstabet mir-riċerki tiegħu. Skont il-kundizzjonijiet tal-iskema, trid issir valutazzjoni tal-art sabiex jiġi meħud il-valur bħala parti mill-assi, li skont il-kundizzjonijiet, ma jridux jeċċedu l-€10,482.18 sa sena qabel id-data tal-applikazzjoni. Mingħajr dan id-dokument, l-applikazzjoni ma tistax tiġi pproċessata.
Leg 11 PQ #15588 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' Sewage Pumping Station f'Wied il-Mielaħ fl-Għarb Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġitx xi tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex? Jekk ħarġet meta? Min rebaħha? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Meta beda x-xogħol? Meta huwa marbut li jlesti x-xogħol kollu l-kuntrattur? X’sar s’issa u x’jonqos isir biex jitlesta x-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li x-xogħol imsemmi huwa konness mad-drenaġġ u huwa taħt ir-responsabilità tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

bini ta' Sewage Pumping Station f'Wied il-Mielaħ fl-Għarb Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex? Jekk ħarġet meta? Min rebaħha? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Meta beda x-xogħol? Meta huwa marbut li jlesti x-xogħol kollu l-kuntrattur? X’sar s’issa u x’jonqos isir biex jitlesta x-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Investments Incentives

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex il-fondi allokati għall-investment incentives għas-sena 2010 ġew ivvotati taħt item 7096 - Investments Incentives (subvention) taħt il-Ministeru tiegħu meta qabel kienu jiġu vvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni li dawn il-fondi jiġu vvotati taħt il-Ministeru tiegħu u ma jibqgħux jiġu vvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi m'hemm l-ebda kumpanija b'maġġoranza ta' ishma pubbliċi li se jwettqu xi xogħol jew proġetti f'Għawdex minn din is-sena sal-2013.
Leg 11 PQ #15376 Sitting 198 2010-03-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li sal-2013 il-Gvern, permezz tal-Ministeru għal Għawdex ser ikun qiegħed jimplimenta l-programm elettorali ppreżentat fl-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet, skond il-fondi allokati fl-Estimi Finanzjarji għas-snin relattivi. Dwar proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu dan il-programm ta’ proġetti approvati sa llum: Name of Project Allocation for the Project(inclusive of VAT) Completion Year Upgrading of Villa Rundle Gardens € 2,479,360.54 2011 Reconstruction of part of Xlendi Road and Ta' Pinu Road € 9,476,867 2010 Upgrading of Operating Theatre and Setting Up of Radiology Unit € 3,653,477.06 2010 Upgrading of Zewwieqa Waterfront €6,241,242.30 2011 Higher education courses to address skills mismatches in Gozo (ESF 1.23) € 233,382 2013 Training Courses to enhance Employability and Adaptability of the Workforce € 124,852 2010 Masterplan for the Cittadella €355,770 2010

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-riżorsi u affarijiet rurali — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf l-Onorevoli interpellant li tingħata risposta f' seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxa tad-dħul u taxxa fuq il-valur miżjud

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret (i) taxxa tad-dħul u (ii) taxxa fuq il-valur miżjud minn Għawdex kull sena mill-2000 sal-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-taxxa tad-dħul (Tabella A) u t-taxxa fuq il-valur miżjud (Tabella B) li nġabret minn Għawdex kull sena mill-2000 sal-2009 huma preżentati fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #15363 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Access bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14224 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15364 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xogħol fuq oqbra ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14203, tista' l-Ministru tgħid x’sar s’issa u x’jonqos isir fil-proċess meħtieġ sabiex isir ix-xogħol fuq l-oqbra l-ġodda u fuq il-preparamenti marbuta mal-kuntratti tal-oqbra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14203.

vapuri tal-Gozo Channel — testijiet dwar is-seaworthiness

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar testijiet dwar is-seaworthiness għar-rigward il-vapuri tal-Gozo Channel u x'kienu r-riżultati? Jista' jgħid jekk dik il-kaxxa li tpoġġiet fit-taraġ ta' kull vapur tal-Gozo Channel bħala alarm hijiex skont ir-regolamenti tal-Health and Safety?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-testijiet dwar is-‘seaworthiness’ ta’ kull vapur tal-Gozo Channel isiru kull sena. Dawn jinħarġu mid-‘Det Norske Veritas’ (DNV) u jissejħu Passenger Ship Safety Certificate (PSSC) u huma skont id-direttiva 2009/45/EC tal-Kunsill tal-Parlament Ewropew. Meta jinħareġ dan iċ-ċertifikat, l-Awtorità Marittima, illum imsejħa Transport Malta, toħroġ ċertifikat li l-vapuri huma ċċertifikati skont il-Commercial Vessels Regulations 2002. Jekk il-vapuri ma jkunux iċċertifikati dawn ma jkunux jistgħu jbaħħru bejn il-Gżejjer. Iċ-ċertifikati tal-PSSC saru u jiskadu kif ġej: · MV Ta’ Pinu Sar – 2 ta’Frar 2009 Jiskadi – 31 ta’ Marzu 2010 · MV Gaudos Sar – 26 ta’ Frar 2010 Jiskadi – 28 ta’ Frar 2011 · MV Malita Sar – 16 ta’ Lulju 2009 Jiskadi – 30 ta’ April 2010 Rigward il-kaxxa msemmija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara għal xiex qed jirreferi, għax ma twaħħal l-ebda alarm jew ‘Kaxxa’ ġdida fit-taraġ tal-vapuri.

Għawdex — Port tal-Imġarr

Question

Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14204, 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal- breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths ? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex? Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14204, 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal- breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths ? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-Environmental Impact Assesement għadu ma tlestiex mhux opportun li d-dokumenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra
Leg 11 PQ #15367 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kumpless Sportiv tar-Rabat — Pixxina

Question

B’referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14215, tista' l-Ministru tgħid x’inhuma l-faċilitajiet adegwati biex jilħqu l-bżonnijiet ta' l-anzjani u persuni b'diżabilità u l-faċilità ta' idroterapija li se jkun hemm fil-pixxina li tirreferi għaliha l-mistoqsija msemmija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li parti min-Natatorium ser tkun riservata proprju biex tilħaq il-bżonnijiet ta' l-anzjani u persuni b'diżabilita'. Din il-parti tinkludi fond aktar baxx biex jiffaċilita' l-użu, sistemi ta' idroterapija, u għamara apposta għall-eżerċizzju. L-aċċess, ix-showers u ċ-changing rooms ser ikunu addattati skond il-ħtiġijiet ta' dawn il-persuni.
Leg 11 PQ #15374 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15224 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sentenzi mill-Qrati fuq ċens ta' residenzi

Question

In vista tas-sentenzi li ngħataw mill-qrati fis-sens li l-provediment tal-liġi li forza tiegħu persuna għandha dritt li tikkonverti ċens temporanju tar-residenzi tagħha għal wieħed perpetwu ġie dikjarat li hu kontra l-Kostituzzjoni u peress li l-Parlament huwa tenut li jilleġisla anke soċjalment meta l-esiġenzi soċjali bħal fil-każ preżenti li hekk jirrikjedu, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sejjer issir biex l-effetti ta' dawn is-sentenzi jiġu mitigati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Ferries Co Ltd — sejħa għall-offerti għat-tħaddim tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru . 13753.
Leg 11 PQ #15359 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej li tħallsu f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14220 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.