Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15681 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sentenzi mill-Qrati fuq ċens ta' residenzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15224 u ċioe: In vista tas-sentenzi li ngħataw mill-qrati fis-sens li l-provediment tal-liġi li forza tiegħu persuna għandha dritt li tikkonverti ċens temporanju tar-residenzi tagħha għal wieħed perpetwu ġie dikjarat li hu kontra l-Kostituzzjoni u peress li l-Parlament huwa tenut li jilleġisla anke soċjalment meta l-esiġenzi soċjali bħal fil-każ preżenti li hekk jirrikjedu, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sejjer issir biex l-effetti ta' dawn is-sentenzi jiġu mitigati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 15224.

Ħsarat fuq il-Monument tas-Sette Giugno

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li l-ħsara li ġralu l-Monument tas-Sette Giugno, kapulavur tal-bravu skultur Malti Anton Agius, illum mejjet, hija minima? Jista' jgħid jekk ġietx kwantifikata din il-ħsara, meta sejjer jissewwa dan il-monument u xi prekawzjonijiet qegħdin jittieħdu biex dan il-monument, li hu parti mill-wirt storiku, ma jibqax jiġrilu aktar ħsara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13417 ngħarrfu li l-post fejn jinstab mhux qed jiġrilu ħsara. Ninsab infurmat li l-istat ta' dan il-monument mhux wieħed ħażin.
Leg 11 PQ #15823 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

farm access roads

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14207 fejn naqset li tagħti tweġiba għall-mistoqsijiet li sarulha, tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta' passaġġi fil-kampanja (farm access roads) inbnew fid-diversi rħula f’Għawdex matul l-2008 u l-2009? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? X’inhija r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalità? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet? 1. ANTON REFALO staqsa lill-Onorevoli Ministru għal Għawdex: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Nrun 14207 fejn naqset li tagħti tweġiba għall-mistoqsijiet li sarulha, tista' l-Ministru issa jekk jogħġobha tgħid kemm metri kwadri ta' passaġġi fil-kampanja ( farm access roads ) nbnew fid-diversi rħula f’Għawdex matul l-2008 u l-2009? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? X’inhija r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalita’? Tista’ tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet? 1. ANTON REFALO staqsa lill-Onorevoli Ministru għal Għawdex: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Nrun 14207 fejn naqset li tagħti tweġiba għall-mistoqsijiet li sarulha, tista' l-Ministru issa jekk jogħġobha tgħid kemm metri kwadri ta' passaġġi fil-kampanja ( farm access roads ) nbnew fid-diversi rħula f’Għawdex matul l-2008 u l-2009? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? X’inhija r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalita’? Tista’ tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14207.

kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15592 u jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Environmental Impact Assessments u feasibility study dwar cruise berths f'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15366, jista' l-Ministru jgħid meta ngħata l-kuntratt lill-ECORYS BV għall-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid sa meta kellu/għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15597 Sitting 201 2010-03-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex bħala destinazzjoni rurali unika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14223 u 15362 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15613 Sitting 201 2010-03-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

farm access roads — evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet pendenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min qiegħda ssir l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet pendenti għal farm access roads biex jiġi stabbilit liema minnhom għandhom isiru skond il-prijorità tal-każi? Meta mistenni li titlesta din l-evalwazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet qed issir minn uffiċċjali tad-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp. Qed isir sforz biex l-evalwazzjoni titlesta mill-aktar fis possibbli.

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — xogħol ta' back office

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15360 fejn staqsejt jekk il-Ministru jaqbilx li x-xogħol ta' back office li s-sorsi amministrativi jagħmlu għall-ġbir tad-data nazzjonali u mhux biss dik regjonali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jiġi trasferit għal Għawdex fejn jibda jsir minn ħaddiema Għawdxin, jista’ l-Ministru jwiegeb għall-mistoqsija kif magħmula?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15615 Sitting 201 2010-03-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15616 Sitting 201 2010-03-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14224 u 15363 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Jista’ l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 15380 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħlijiet fil-Qasam Industrijali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex il-fondi għal xogħlijiet maġġuri fil-Qasam Industrijali f'Għawdex ġew ivvotati taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni li dawn il-fondi jiġu ivvotati taħt il-Ministeru tiegħu u ma jibqgħux ivvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15593 Sitting 200 2010-03-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej li tħallsu f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14220 u 15359 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15594 Sitting 200 2010-03-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

titjib fil-lokalità ta' Marsalforn u x-Xlendi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal mistoqsija parlamentari 15150, tista’ l-Ministru tgħid x’titjib hu maħsub li jsir fil-lokalitajiet ta' Marsalforn u x-Xlendi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Għalissa m'għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 15150.
Leg 11 PQ #15595 Sitting 200 2010-03-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp turistiku f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14222 ,15631 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jikkapitilizzaw mill-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għall-iżvilupp turistiku f’Għawdex? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15596 Sitting 200 2010-03-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Pjan ta' azzjoni ta' Eko-Għawdex — items li se jitħallsu mill-Environemnt Protection Work

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15149, tista’ l-Ministru tgħid liema items tal-pjan ta' azzjoni ta' Eko-Għawdex se jitħallsu mill-Vot għall-Environment Protection Works?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-fondi allokati taħt il-Vot Kapitali għall-Environment Protection Works tal-Ministeru għal Għawdex ser jintużaw għal tindif u xogħol ieħor f'siti rurali.

Ċirkewwa — proġett tal-port

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar fuq il-proġett tal-Port taċ-Ċirkewwa fl-2008 u din is-sena separatament u kemm kienet in-nefqa s’issa? X’jonqos isir fuq dan il-proġett? Meta hu mistenni li jibda u jitlesta x-xogħol li jonqos isir? Kemm hu stmat li se jiswa x-xogħol li jonqos isir? Fl-istess perjodu ħarġu xi offerti u/jew ingħataw xi kuntratti għax-xogħlijiet li jonqos isiru? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11229. B'żieda ma' dan, jien infurmat li matul l-2008 fuq il-proġett taċ-Ċirkewwa kien sar xogħol fuq żewġ tenders għax-xogħlijiet iżda wara ġew preparati disinji ġodda u għalhekk ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida għand il-MEPA f’dan ir-rigward, li ġiet approvata f’Diċembru li għadda. Matul l-2009 saru xogħlijiet ta’ faċilitajiet bħal toroq, parking u bankini fiż-żona użata mill-għaddasa. Barra minn hekk, fl-2009 nħarġu ukoll numru ta’ sejħiet għall-offerti fosthom waħda għall-investigazzjonijiet u testijiet ġeotekniċi u li fuqhom diġà ngħata l-kuntratt. Sejħiet għall-offerti oħra jikkonċernaw xogħlijiet temporanji bi tħejjija għall-bidu tat-terminal l-ġdid din is-sena. Jien infurmat ukoll li n-nefqa s’issa fuq il-proġett taċ-Ċirkewwa hija ta’ €18.6 miljun. Ix-xogħol li baqa jsir huwa stmat li jiswa € 12 miljun.
Leg 11 PQ #15381 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħolijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija għaddej bi programm ta’ titjib fl-Għasses Għawdxin fuq bażi regolari, bix-xogħolijiet ħafna drabi jsiru minn membri tat-Taqsima tas-Snajja fi ħdan il-Korp. Bħalissa qed isiru xogħolijiet fuq l-Għasses tar-Rabat u tax-Xewkija u matul s-sena ppjanat xogħol fuq is-soqfa tal-Għassa ta’ Kemmuna, xogħol li mistenni jsir wara sejħa għall-offerti. Matul din is-sena wkoll, l-Għassa ta’ Għajnsielem mistennija tiġi traslokata għal post ġdid bħala parti minn proġett li qed jitmexxa mill-Kunsill Lokali. Infurmat ukoll li, matul l-2010, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kommunikazzjoni, il-Korp tal-Pulizija se jara li l-Għassa ta’ Marsalforn ikollha aċċess għas-sistema tal-PIRS II; li jkun hemm sistema tal-Kondotti komputerizzata; u li jkun istallat apparat forensiku li jaħseb għal database tad-DNA u tal- fingerprints . Dawn se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, iżda peress li x-xogħol f’Għawdex huwa parti minn proġett ikbar li jkopri l-Korp kollu, l-ammont involut mhuwiex kwantifikabbli f’dan l-istadju. Il-Korp qed jaħseb ukoll biex membri tiegħu jkunu jistgħu jingħataw taħriġ f’Għawdex stess flok fl-Akkademja tal-Pulizija ġewwa Malta. Ninforma l-Onorevoli Interpellant ukoll, li għal dak li għandu x’jaqsam mal-Qorti t’Għawdex, se jsiru xogħolijiet ta’ titjib fil-garage tal-esibiti u fil-Kamra tal-Avukati. Dawn ix-xogħolijiet mistennija jimbdew din is-sena u jitlestew is-sena d-dieħla.

Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħolijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena, minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lil-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.