Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15597, 14223 u 15362 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender għax-xogħlijiet li għandhom isiru fic-Ċirkewwa inkluż it-terminal, ħarġitx? Jekk ħarġet meta? Jekk le, meta mistennija toħroġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tender in kwistjoni mistenni li jinħareġ wara d-dokumentazzjoni li ġiet preparata tkun approvata mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
studenti għawdxin li jsegwu korsijiet fl-Università ta' Malta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti Għawdxin isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li qed isegwu u skont is-sena tal-kors li waslu fiha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
studenti Għawdxin li jsegwu kors fl-Università ta' Malta u t'Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti Għawdxin isegwu korsijiet fl-Università f’Malta u f’Għawdex separatament? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li qed isegwu l-istudenti u skont is-sena tal-kors li waslu fiha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati lokalità lokalità f’Għawdex sena b’sena mill-2007 ‘l hawn twelid, imwiet u żweġijiet? Jista’ jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet fl-istess perijodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15595, 15631 u 14222 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jikkapitilizzaw mill-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għall-iżvilupp turistiku f’Għawdex? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15593, 15359 u 14220 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15591 u jagħti r-raġuni għaliex il-fondi għal xogħlijiet maġġuri fil-Qasam Industrijali f'Għawdex ġew ivvotati taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni li dawn il-fondi jiġu vvotati taħt il-Ministeru tiegħu u ma jibqgħux ivvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 15150 u 15594, tista’ l-Ministru tgħid abbażi ta’ xiex ġew ivvotati l-flus għall-2010 taħt item 7124 tal-Vot Kapitali III biex jintużaw għal titjib fil-lokalitajiet turistiċi, b'mod partikolari f'Marsalforn u x-Xlendi jekk sal-lum għad lanqas hemm programm tax-xogħlijiet li għandhom isiru din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-flus taħt item 7124 tal-Vot Kapitali III ġew allokati skont il-prijoritajiet tal-Ministeru għal Għawdex.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15380 u 15617 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15616, 14224 u 15363 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14224 u 15363 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Ministeru għar-riżorsi u affarijiet rurali — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15379 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant li risposta għall-mistoqsija Parlamentari 9051.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15590 u jagħti r-raġunijiet għaliex il-fondi allokati għall-investment incentives għas-sena 2010 ġew ivvotati taħt item 7096 - Investments Incentives (subvention) taħt il-Ministeru tiegħu meta qabel kienu jiġu vvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni li dawn il-fondi jiġu vvotati taħt il-Ministeru tiegħu u ma jibqgħux jiġu vvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Għarb Għawdex — Bini ta' Sewage Pumping Station f'Wied il-Mielaħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex? Jekk ħarġet meta? Min rebaħha? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Meta beda x-xogħol? Meta huwa marbut li jlesti x-xogħol kollu l-kuntrattur? X’sar s’issa u x’jonqos isir biex jitlesta x-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15382 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħolijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena, minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Ministeru tiegħi ser iwettaq diversi inizjattivi f’Għawdex sal-2013. U dan, permezz tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard li qed jippjana numru ta’ programmi f’dak li jirrigwardja l-obesità. Dawn l-inizzjattivi ser jinkludu Weight Management Courses, aerobics classes u kampanja intensiva fil-media bil-għan li jkun hawn aktar għarfien fuq kif għandu wieħed iżomm piż tajjeb. Din il-kampanja għandha valur ta’ €150,000 u qiegħda immirata biex tkopri kemm Malta, kif ukoll Għawdex.
B’referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15381, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bini ta’ Qorti f’Għawdex mhuwiex imdaħħal fil-proġetti, eċċ. tal-Ministeru tiegħu u qed igħid li se jsiru biss xogħlijiet ta’ titjib fil-garaxx tal-esibiti u fil-Kamra tal-Avukati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bini ta’ Qorti f’Għawdex huwa proġett tal-Ministeru għal Għawdex, mentri li x-xogħlijiet l-oħra ndikati huma proġetti li se jitwettqu minn direttorat li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal bini ġdid f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn? Jista’ jgħid kemm applikazzjonijiet għal bini ġdid f’Għawdex ġew approvati kull sena mill-1999 ‘l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li tgħati l-figuri mitluba.
Din l-informazzjoni hija miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
In vista tas-sentenzi li ngħataw mill-qrati fis-sens li l-provediment tal-liġi li forza tiegħu persuna għandha dritt li tikkonverti ċens temporanju tar-residenzi tagħha għal wieħed perpetwu ġie dikjarat li hu kontra l-Kostituzzjoni u peress li l-Parlament huwa tenut li jilleġisla anke soċjalment meta l-esiġenzi soċjali bħal fil-każ preżenti li hekk jirrikjedu, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jsir biex l-effetti ta' dawn is-sentenzi jiġu mitigati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern qed jistudja s-sentenza u l-impatt tagħha. Ninsab infurmat li din is-sentenza ma ddikjaratx il-liġi de quo bħala anti-kostituzzjonali iżda l-applikazzjoni tal-Att 23 tal-1979 għal każ in diżamina bħala anti-kostituzzjonali.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15377 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.