Tista' l-Ministru tara kif l-applikazzjoni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ġiet approvata sabiex din il-familja tingħata flat f'Taċ- Ċawla Għawdex u dan meta familji oħra li kellhom punti anqas minn din il-familja diġà ngħataw flat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuni indikati applikaw għall-akkommodazzjoni soċjali f’Settembru, 2007 mir-residenza tal-ġenituri tal-mara fejn jgħixu. Id-dar tikkonsisti f'żewġ sulari b'disat ikmamar kbar abitabbli allura ma jidhirx li hemm problema ta’ overcrowding. Din id-dar ġiet konvertita f’żewg flatlets – dan ifisser li dawn l-applikanti għandhom għall-użu tagħhom kċina, WC u tlett ikmamar tas-sodda fl-ewwel sular waqt li fil-pjan terren hemm żewġt ikmamar tas-sodda, kamra tal-l-ikel, kċina, store tal-kċina, u entrata mdaqqsa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Artiklu 118 (1) tal-Kap 10 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija japplikax għall-opramorta li trid titpoġġa fuq tarf ta' galleriji, bjut, baċiri u kull post ieħor minn fejn wieħed jista' jaqa' għoli b'aktar minn żewġ metri? Jista' jgħid jekk din l-opramorta għandhiex tkun ta' natura permanenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li, peress li din il-mistoqsija titlob parir legali, ma hiex konformi mal-istanding orders.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15365, jista' l-Ministru jgħid kif l-MV ta' Pinu baqa' jaħdem regolari anke wara li kien skadielu l-PSSC fil-31 ta' Marzu 2010? Dwar il-kaxxi tal-injam u ħġieġ li twaħħlu f'kull taraġ ta' kull vapur tal-Gozo Channel, jikkonsidra l-Ministru li dawn il-kaxxi li jisporġu għal fuq it-taraġ huma perikolużi speċjalemnt f'xi emerġenza? Jista' jgħid għaliex ma twaħħlux automatic water sprinklers fis-saqaf tat-taraġ jew xi miżuri oħra li jevitaw il-periklu u mhux joħolquh huma stess?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi la L-MV Ta’ Pinu u l-ebda vapur tal-kumpanija ma jaħdem b’ċertifikat skadut. Il-PSSC ta’ Ta’ Pinu kien imġedded mill-Klassi (DNV) qabel ma dan skada.
Dwar il-kaxxi tal-injam fit-turġien li jagħtu mill-garaxx għal dekk numru 4, dawn ilhom hemm aktar minn sitt snin. Dawn saru għax il passiġġieri kienu qed jiftħu l-
fire extinguishers
, u kull darba dawn kien qed ikollhom jintbagħtu għal
service
. Dawn it-turġien mhumiex meqjusa bħala parti mill-
evacuation area
, u l-Klassi aċċettat li l-
fire extinguishers
jiġu mgħottija b’dawn il-kaxxi li għandhom faċċata tal-
perspex
.
Peress li din iż-żona mhix meqjusa bħala
evacuation area
, id-diżinjaturi tal-vapuri, flimkien mal-Klassi u s-sidien tal-vapuri, iddeċidew li dawn iż-żoni ma għandhomx bżonn li jkollhom
sprinkler system
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Għawdex ġietx addottata diġà s-sistema tal-prevetting tal-applikazzjonijiet bħala parti mill-proċess tar-riforma tal-MEPA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ġiet addottata l-ebda forma ta' pre-vetting kif qiegħed jiġi riferut u li l-vetting fl-uffiċċju t'Għawdex u dak ta' Malta isir skont iċ-ċirkolari PA 8/02.
Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li mhux qed isir dumping ta' prodotti tal-ħalib skaduti f'Malta minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn pajjiżi oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-parti kbira ta’ prodotti tal-ħalib jiġu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea; prodott li jiġi minn pajjiżi oħra huwa ġobon. Minn spezzjonijiet li jsiru ġo ħwienet tal-ikel ma jirriżultax li nstabu prodotti tal-ħalib skaduti. Lanqas ma jirriżulta li daħlu prodotti skaduti waqt spezzjonijiet li jsiru qabel l-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.
Id-Dipartiment huwa konxju li l-konsumatur huwa dejjem attent li l-ikel li jixtri ma jkunx skadut u t-taqsima tal-ilmenti ma’ rċiviet l-ebda lment fuq prodotti tal-ħalib skaduti.
Għaldaqstant jekk l-Onorevoli Interpellant b’
dumping
qiegħed jirreferi għal
dumping
(rimi) ninfurmaw li dan id-Direttorat ma kellu l-ebda rikjesta għal rimi ta’ prodotti tal ħalib li ġejjin minn l-UE jew minn pajjizi oħra.
Ninforma ukoll li peress li kull rimi jsir wara rikjesta mal-WasteServ ikun opportun jekk tali mistoqsija tiġi referuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern għar-rigward tal-Blue Lagoon f'Kemmuna Għawdex fejn jidħlu l-operaturi kummerċjali u ċioe dawk li jbiegħu mill-vannijiet u dawk li jikru l-umbrelel u deckchairs?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Malta Enterprise — applikazzjonijiet tal-operaturi, ażjendi u industrijalisti
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum, kemm kien hemm operaturi, ażjendi u industrijalisti li applikaw quddiem il-Malta Enterprise biex jestendu jew jiftħu fabbriki ġodda fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mit-2008 sa llum il-Malta Enterprise irċeviet 33 applikazzjoni minn operaturi, ażjendi u industrijalisti Għawdxin biex jiftħu jew jestendu fabbriki ġewwa Għawdex.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili dwar bini ta’ airstrip f’Għawdex.
Dan ir-rapport tħejja fuq talba tal-Gvern biex jiġi determinat x’tip ta’ xogħol jeġtieġ isir biex il-
heliport
t’Għawdex tinbidel f’
airstrip
lit kun tista’ tilqa’ ajruplani żgħar.
mekkaniżmu uffiċjali u formali — politika u proġetti nazzjonali
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega u jgħid: x'inhuma l-mekkaniżmi uffiċjali u formali biex il-Ministeru għal Għawdex jipparteċipa fit-tfassil ta' kull politika u proġett nazzjonali biex tkun assigurata d-dimensjoni Għawdxija? Meta daħlu fis-seħħ dawn il-mekkaniżmi? X'kienet il-politika u x'kienu l-proġetti nazzjonali li l-Ministeru għal Għawdex ipparteċipa fit-tfassil tagħhom sena sena minn meta ġew introdotti dawn il-mekkaniżmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16026.
Jista' l-Prim Ministru jispjega u jgħid x'inhuma l-funzjonijiet pubbliċi, ir-responsabilitajiet, id-drittijiet, id-doveri kostituzzjonali u statutorji li l-Ministru/Ministeru għal Għawdex għandha/għandu f'dawk l-oqsma li hija/hu responsabbli direttament għalihom? Jista’ jagħtini r-referenza tal-liġijiet relattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16027.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għal Għawdex fil-qasam tal-edukazzjoni? Jekk fl-affermattiv jista’ jispjega x’inhi: Jista' jispjega u jgħid min jirrikkmanda, min jistabbilixxi u min japprova kemm għandu jkun in-numru ta' kapijiet, għalliema, Kindergarten Assistants, Learning Support Assistants u ħaddiema oħra fl-iskejjel tal-gvern f'Għawdex, min hu responsabbli għal dawn l-impjegati, x'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward? Min jirrikkmanda, min jistabbilixxi u min japprova xi skejjel għandu jkun hemm f'Għawdex, x'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward? Min jirrikkmanda, min jistabbilixxi u min japprova x'korsijiet isiru u x'suġġetti jitgħallmu fl-iskejjel tal-gvern f'Għawdex, x'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16028.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema korpi statutorji - bħalma huma l-MCESD, l-MEUSAC, l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Heritage Malta, il-Wasteserv, l-Awtorità ta' l-Ippjanar, l-Awtorità tat-Trasport, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u il-Fondazzjoni għas-Servizzi tas-Saħħa – hemm rappreżentant tas-soċjetà Għawdxija? Fejn hemm, x’konsultazzjoni saret u ma min dwar il-ħatra tagħhom? X’inhuma l-kriterji għall-għażla ta’ dawn ir-rapprżentanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16029.
Divoluzzjoni tal-Artijiet tal-Knisja — flus mingħand il-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għadda flus il-gvern lill-Kurja kull sena mis-sena 1999 sas-sena 2009 skont il-ftehim tad-divoluzzjoni tal-artijiet tal-knisja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif hemm stipulat f’ Artiklu 7 tal-Ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-Knisja, bejn l-1999 u l-2009 il-Gvern ħareġ Stock lill-Fondazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja għall-ammonti murija f’ din it-tabella:
SENA
Stock lill-Fondazzjoni
1999
€ 461,617
2000
€ 291,172
2001
€ 410,426
2002
€ 155,369
2003
€ 4,003,727
2004
€ 678,799
2005
€ 3,390,636
2006
€ 10,338,690
2007
€ 6,542,600
2008
€ 13,670,000
2009
#
# L-ammont li jrid jinħareġ bħala
stock
fis-sena 2010 b’ konsegwenza tad-dħul gross minn bejgħ ta’ proprjetajiet fis-sena 2009, għad irid jiġi determinat mill-Uffiċċju Konġunt.
Jista' l-Ministru jara li l-Borża ta' Malta tieħu passi sabiex stocks, bonds u shares ma jinħarġux għall-bejgħ lill-pubbliku bi prezz esaġerat jew li jirrifletti il-valur reali tagħhom fis-suq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qabel xejn, ta’ min wieħed ifakkar li l-funzjoni tal-Borża fis-suq kapitali hija primarjament dik li tipprovdi il-faċilitajiet kollha meħtieġa biex ikun jista’ jsir negozju ta’ ishma jew bonds bejn dawk l-investituri li jixtiequ jixtru u dawk li jixtiequ jbiegħu u dan b’mod organizzat u skont regoli eżistenti u magħrufa. Mhux ir-rwol tal-Borża li taġixxi ta’ regolatur tas-suq kapitali.
F’Malta, is-suq kapitali tagħna, bħas-swieq simili f’pajjiżi oħra, huwa maqsum fi tnejn, dak magħruf bħala s-suq primarju u dak sekondarju.
Fis-suq primarju, tkun l-istess kumpanija li ser toħroġ
bonds
jew ishma għall-bejgħ lill-pubbliku, li tiffissa l-prezz li bih dawn il-
bonds
jew ishma jridu jinbiegħu. Huma, għalhekk, id-diretturi tal-kumpanija li jiffissaw il-prezz (fil-każ ta’ l-ishma) jew ir-rata ta’ mgħax (fil-każ ta’
bonds
) u dan il-prezz jew rata jaslu għalih wara li jikkonsultaw ma’ l-konsulenti professjonali tagħhom. M’għandhiex xi ngħidu, jekk id-diretturi tal-kumpanija jiffissaw prezz għoli wisq għall-ishma jew rata baxxa wisq għall-
bonds
, ikunu qed jissugraw li dawn l-ishma jew
bonds
ma jinbiegħux fis-suq primarju.
Fis-suq sekondarju, il-prezz ta’ kull
bond
jew sehem jinbidel skont iċ-ċaqlieq iddettat mis-suq. Il-prezz fis-suq jiġi stabbilit kuljum u jista’ jinbidel minħabba ħafna fatturi fosthom il-livell ta’ domanda u offerta għal dak il-
bond
jew sehem partikolari, kif l-investitur iħares lejn il-futur tal-kumpanija li tagħha jkollu l-ishma jew
bonds
, il-qagħda ġenerali tal-ekonomija tal-pajjiż eċċ.
Joħroġ ċar għalhekk illi mhux il-kompitu tal-Borża li b’xi mod tipprova tinfluwenza il-prezz ta’
bonds
jew ishma la fis-suq primarju u lanqas f’dak sekondarju. Wisq anqas huwa il-kompitu tagħha li tieħu xi passi fuq il-livell tal-prezzijiet fis-suq.
Tista’ l-Ministru tgħid liema mill-proposti li hemm fid-dokument Eko-Għawdex se jibdew jitwettqu minn din is-sena? Kemm hija stmata li se tkun in-nefqa fuq dawn il-proposti din is-sena? X’intnefaq s’issa fuqhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li diġa' nbdew numru ta' proġetti, u qed tiġi ffinaliżżata l-lista tal-proposti li se jkunu qed jibdew jitwettqu din is-sena.
Madanakollu, n-nefqa fuq l-implimentazzjoni tal-proposti relatati ma' Eko-Għawdex hija mistennija li tlaħħaq iċ-ċifra allokata fil-Budget għal din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-responabilità tal-Ministeru tiegħu dwar liema servizzi għandhom jingħataw fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd f’Għawdex? X’inhi r-responsabilità tiegħu fl-għoti ta’ dawn is-servizzi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-attivita Regolatorja fil-qasam tal-Veterinarja, Saħħa ta' Pjanti u Sajd hija responsabiltà diretta tat-Taqsima tar-Regolament ta' l-Agrikoltura u Sajd fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Barra dan, il-Pjan għall-iżvilupp Rurali (2007 – 2013) u l-Agenzija tal-Pagamenti jaqgħu ukoll taħt ir-responsabbiltà diretta ta’ dan il-Ministeru
Gradi u uffiċjali fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhija r-responabilità tal-Ministeru tiegħu biex jiġu stabbiliti n-numru u l-gradi tal-uffiċjali fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd f’Għawdex? X’inhuma r-responsabilitajiet u l-kompetenzi tal-Ministeru tiegħu għar-rigward ta’ dawn l-uffiċċjali f’Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru m’ għandu l-ebda responsabbilta biex ikunu stabbiliti n-numru u l-gradi rispettivi tal-uffiċjali fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd f’ Għawdex.
mekkaniżmu uffiċjali u formali ta' konsultazzjoni, ippjanar u esekuzzjoni ta' proġetti
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega u jgħid x'inhuma l-mekkaniżmu uffiċjali u formali ta' konsultazzjoni, ippjanar u esekuzzjoni tal-proġetti u x-xogħol kollu li jsir f'Għawdex jew b'konnessjoni ma' Għawdex f'dawk l-oqsma li ma jaqgħux taħt ir-responsabilità diretta tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16023.
politika reġjonali għal Għawdex fil-qasam tas-saħħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għal Għawdex fil-qasam tas-Saħħa? Jekk fl-affermattiv, jista’ jispjega x’inhi? Jista’ jgħid min jirrakkomanda, min jistabilixxi u min japprova x'inhuma s-servizzi li għandhom jingħataw fil-qasam tas-Saħħa inklużi fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex? x'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigawrd; min jirrakkmanda, min jistabbilixxi u min japprova kemm għandu jkun in-numru ta':
a) speċjalisti,
b) tobba,
ċ)
nurses
,
d) paramediċi
u ħaddiema oħra fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16024.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għal Għawdex fil-qasam tal-anzjani? Jekk fl-affermattiv, jista’ jispjega x’inhi? Jista' jispjega u jgħid: min jirrakkmanda, min jistabbilixxi u min japprova x'inhuma s-servizzi li għandhom jingħataw fil-qasam tal-kura tal-anzjani f’Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigawrd; min jirrakkommanda, min jistabilixxi u min japprova kemm għandu jkun in-numru ta' ħaddiema f’dan il-qasam f’Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16025.