Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tkabbir ta' yacht marinas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17139 u jgħid meta mistenni jinbeda u jitlesta kull proġett f’Għawdex li hemm inkluż fir-rapport dwar ħolqien jew tkabbir ta' yacht marinas? Inbeda u/jew tlesta xi proġett li hemm inkluż f’dan ir-rapport? Jekk fl-affermattiv, liema huwa/huma l-proġett/i? Meta nbdew u meta tlestew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fir-rapport dwar żvilupp ta' yacht marinas hemm inkluż il-possibilità ta' marina temporanja fl-Imġarr. L-iżvilupp ta' marina temporanja f'din il-lokalità hu parti mill-proċess ta' privatizzazzjoni tal-marina eżistenti, liema kuntratt mistenni li jiġi ffirmat illum.
Leg 11 PQ #17523 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Reġjonali għal Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17136, jista’ l-Prim Ministru issa jgħid jekk ir-rapport dettaljat ta’ rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tressaqx quddiem il-Kunsill Malti għall-Iżvillup Ekonomiku u Soċjali? Jekk fl-affermattiv, meta? X’għamel dwaru l-KMIES? Irreferih lill-gvern għall-kunsiderazzjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, meta? X’għamel il-gvern s’issa fuq dan ir-rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-rapport li sar mill-Kumitat Reġjonali tal-MCESD f’Għawdex wara konsultazzjoni mill-organizzazzjonijiet kollha rappreżentanti fuq dan il-Kumitat ġie mgħoddi lill-Kunsill tal-MCESD u lill-Ministru tal-Finanzi Ekonomija u Investiment qabel il-Budget li tħabbar f’Novembru 2009. Il-Kunsill Malta għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ressaq dan ir-rapport mas-sottomissjonijiet li saru minn naħa tal-Kunsill qabel il-Budget. Rakkomandazzjonijiet li hemm f’dan ir-rapport ġew inklużi fid-diskors tal-Budget filwaqt li fuq rakkomandazzjonijiet oħra beda x-xogħol biex jiġu implimentati saħansitra qabel il-Budget.
Leg 11 PQ #17511 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq Rabat — San Lawrenz Għawdex - tender għat-testijiet tat-tafal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17260 u jgħid liema Ministeru huwa responsabbli għat-testijiet tat-tafal li saru qabel ħarġet/ingħatat it-tender u tat-testijiet li saru wara li ngħatat it-tender għall-bini mill-ġdid tat-Triq Rabat – San Lawrenz Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Acquifers — volum ta' ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 17261 u jgħid kemm hu stmat li kien il-volum ta’ ilma estratt mill-acquifers f’Malta u Għawdex separatament mill-privat kull sena mill-1999 ‘l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru reponsabbli għall-Awtorità Maltija għar-Riżorsi.

Offerta għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17262 u jgħid jekk is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex ħarġitx? Jekk fin-negattiv, għaliex? Jekk ħarġet, meta? Jista’ jekk jogħġbu jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17514 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17266, 15834, 15593, 15359 u 14220 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17263 u jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jassigura x-xogħol għall-ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gozo Channel meta t-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex jiġi privattizzat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għadu prematur ħafna sabiex wieħed jagħti t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Iżda hawnhekk ta’ min ngħid illi l-Gvern qatt ma naqas milli jieħu ħsieb l-interessi tal-ħaddiema, kienu x’kienu ċ-ċirkostanzi.

Gozo Bus Owners Association — ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17264 u jgħid jekk sarx xi ftehim mal-Gozo Bus Owners Association dwar ir-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Jekk sar, jista’ jpoġġi kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadu ma sarx, għaliex? Meta mistenni li jsir? X’inhuma l-proposti li qed isiru mill-Gvern lill-Gozo Bus Owners Association għal din ir-riforma?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif kien imħabbar pubblikament mill-media kollha, fil-11 ta’ Frar 2010 ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta, Transport Malta u s-sidien individwali tal-karozzi tal-linja f’Għawdex, dwar ir-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex. Mudell ta’ dan il-ftehim qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Feasibility study u Environment Impact Assessments

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall Mistoqsija Parlamentari nru. 15366. Addizzjonalment, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MEPA kienet tablet lill-konsulent biex jirrevedi r-rapport u qabel dan isir Appropriate Assessment liema assessment sar u ġie sottomess lill-MEPA.
Leg 11 PQ #17269 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15859, 15616, 14224 u 15363 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-bidu tas-sena 2008, l-Awtorita` Marittima ta’ Malta (illum Transport Malta) inawgurat il-Ferry Terminal fl-Imġarr, Għawdex biex tipprovdi faċilitajiet aħjar, aktar siguri u effiċjenti għall-passiġġieri u vetturi li jaqsmu bil-baħar bejn Malta u Għawdex. Dan it-terminal sewa €11.8m. Matul l-2010 Transport Malta bdiet il-proġett tal-bini tal- Ferry Terminal fiċ-Ċirkewwa biex jikkumplimenta dak li nbena f’Għawdex. L-ewwel fażi, li mistennija titlesta dan is-sajf, tinvolvi il-proviżjoni ta’ faċilita` temporanja għall-passiġġieri f’żona oħra tal-port. Dawn il-faċilitajiet jinkludu struttura li fiha jistgħu jistennew il-passiġġieri, toilets , għassa tal-Pulizija, venda tal-karrozzi tal-linja, drop-off point għall-passiġġieri, u tibdil f’bankini u toroq. Dan qiegħed isir biex aktar tard ikun jista’ jinbeda x-xogħol fuq il-bini tat-terminal bl-inqas inkonvenjent possibli għall-passiġġieri. Fil-fatt, diġa tlesta it-tender tal-kostruzzjoni, li mistenni jiġi ppubblikat fil-jiem li ġejjin. It-terminal huwa stmat li ser jiswa €12m. Dan il-proġett mistenni li jiġi kofinanzjat mill-fondi tal-UE. Rigward trasport bl-ajru, id-Direttorat dwar l-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta hu responsabbli biex meta jkun hemm talba minn operatur biex jopera bl-ajru minn Malta għal Għawdex, it-talba tiġi ipproċessata skont il-proċeduri stabbiliti.
Leg 11 PQ #17270 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15860, 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17271 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex bħala destinazzjoni rurali unika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15862, 15597, 14223 u 15362 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita’ ta’ Malta għat-Turiżmu tqis lill-Għawdex bħala destinazzjoni unika b’attrazzjoni qawwija għal tipi ta’ turiżmu. Sabiex tattira dawn it-tipi ta’ turiżmu l-Awtorita’ tat-Turiżmu tieħu diversi inizjattivi fosthom billi tilħaq ftehim ta’ joint marketing ma’ tour operators li jirreklamaw lil Għawdex, riklamar ffukati fuq Għawdex u attivitajiet promozzjonali oħra. Fost dawn l-attivitajiet, ta’ min isemmi li l-Awtorita’ torganizza fam trips u tara li l- Media barranija tippubblika artikli fuq Għawdex. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-inizjattivi li ttieħdu f’dan ir-rigward minn Jannar 2008 sa nofs dis-sena. Huwa kkalkulat li l-Awtorita’ tonfoq madwar Euro 1.3 miljun fis-sena fuq dawn l-attivitajiet sabiex tippromwovi lil Għawdex waħedha. In-nefqa tal-MTA fi promozzjoni li tinkludi kemm 'l Malta u lil Għawdex hija akbar. Qiegħed inpoġġi wkoll kopja tal-artikli u reklami għal Għawdex li l-Awtorita’ tat-Turiżmu ħadmet fuqhom bejn Jannar u April tas-sena 2010.

Ċirkewwa — terminal

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 15863 jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dokumentazzjoni dwar it-tender għax-xogħlijiet li għandhom isiru fic-Ċirkewwa inkluż it-terminal, li ġiet preparata, ġietx issa approvata mid-Dipartiment tal-Kuntratti? Jekk iva, meta? Jista’ jgħid jekk it-tender issa ħarġitx? Jekk ħarġet meta? Jekk le, meta mistennija toħroġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-dokumentazzjoni dwar it-tender għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni (civil works) li għandhom isiru fiċ-Ċirkewwa inkluż it-terminal, ġiet preparata u it-tender ġie ppublikat fis-7 ta’ Mejju 2010. L-approvazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti ngħatat madwar ġimgħa qabel id-data tal-pubblikazzjoni.
Leg 11 PQ #17273 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Inter Island Transport Scheme

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti l-Inter-Island Transport Scheme li hija amministrata mill-Ministeru tagħha direttament? Meta daħlet fis-seħħ din l-iskema? Min huwa eliġibbli għal din l-iskema? Kemm tħallsu flus fuq din l-iskema minn meta daħlet sal-lum? Kemm kienu l-beneficcjarji kull sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-iskema Promoting Economic Cohesion in Gozo (Industrial Sector) daħlet fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2008 u tipprovdi għall-għajnuna biex ittaffi parti mill-ispejjeż addizzjonali li operaturi fil-qasam tal-manifattura jkollhom minħabba li huma bbażati f'Għawdex.

Konsum ta' elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-elettriku f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali, domestiċi u dwal fit-toroq pubbliċi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

konsum tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17259 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Crafts Incubation Centre

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw workshops lill-artiġjani Għawdxin fil-Crafts Incubation Centre f’Għajnsielem? Liema oqsma tal-artiġjanat ikopru? Kemm mill-artiġjani li ħadu workshop fetħu negozju ġdid bl-artiġjanat li qed jipprattikaw fiċ-ċentru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew mogħtija 5 workshops fiċ-Ċentru tal-Arti u l-Artiġjanat ġewwa Għajnsielem. Ix-xogħol li jiġi prodott huwa xogħol ta' tessuti u ħjata, xogħol ta' ħġieġ, xogħol ta' karta pesta, xogħol ta' pirografija u produzzjoni ta' prodotti ta' dulċiera. L-iskop ta' dan iċ-ċentru huwa speċifikament li jgħin lill-artiġjani biex iħejju ruħhom biex jiftħu negozju għal rashom. Minn informazzjoni li għandi jirriżulta illi dawn l-artiġjani qed jagħmlu l-isforzi kollha tagħhom sabiex ibiegħu l-prodotti tagħhom b'mod dirett kif ukoll permezz ta' arranġamenti ma' ħwienet oħrajn.
Leg 11 PQ #17260 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq Rabat — San Lawrenz Għawdex - tender għat-testijiet tat-tafal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema Ministeru huwa responsabbli għat-testijiet tat-tafal li saru qabel ħarġet/ingħatat it-tender u tat-testijiet li saru wara li ngħatat it-tender għall-bini mill-ġdid tat-Triq Rabat – San Lawrenz Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Aquifers — volum ta' ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kien il-volum ta’ ilma estratt mill-aquifers f’Malta u Għawdex separatament mill-privat kull sena mill-1999 ‘l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.