Tista' l-Ministru tgħid meta tlesta l-bini tal-oqbra fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija? Meta mistenni li jsiru il-kuntratti għall-koncessjonijiet ta’ dawn l-oqbra?
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex f'dan il-qasam kull sena mill-2008 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa kull sena fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li minn żmien għall-ieħor saru xogħolijiet ta' tindif u xogħol ta' manutenzjoni bil-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex. Dwar il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija, peress li l-Qasam Industrijali tax-Xewkija huwa amministrat mill-Malta Industrial Parks, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Qasam Industrijali tax-Xewkija — xogħlijiet mill-MIP u Malta Enterprise
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Malta Industrial Parks u mill-Malta Enterprise f'dan il-qasam kull sena mill-2008 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa kull sena fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-Ministeru tagħha kull sena f’dawn l-aħħar tliet snin biex jerġa' jkun hemm servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex? Meta l-aħħar li saru diskussjonijiet/konsultazzjonijiet mal-Gozo Toursim Association u mal-Gozo Business Chamber dwar dan is-servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex iżomm laqgħat regolari maż-żewġ entitajiet imsemmija u fihom l-aġenda ta' dawn il-laqgħat tkun dejjem issetjata mill-entitajiet infushom. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija ma' għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9751.
Offerta għall-provvista, stallazzjoni ttestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ħarġet l-aħħar offerta għall-provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex? Fiex waslet il-proċedura dwar din l-offerta? Kemm kienu ħarġu offerti oħra qabel u meta kienu ħarġu? Għaliex f'kull każ ma ntgħażel l-ebda offerent?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-aħħar offerta għall-Provvista, Istallazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' Apparat u Servizzi Anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex ġiet ippubblikata fis-26 ta' Ottubru 2007 u għalqet fit-18 ta' Diċembru 2007 u li din l-offerta ġiet mogħtija. Jiena nfurmata wkoll li qabel din l-offerta, kienet ħarġet oħra għall-istess suġġett fit-22 ta Marzu 2005 u għalqet fis-17 ta' Mejju 2005 u li din l-offerta ma ngħatatx minħabba li l-ebda sottomissjoni ma kienet skond l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta.
Tista' l-Ministru tgħid x’sar s’issa fuq il-proġett ta’ rikostruzzjoni tal-parkegg li hemm fi Triq Borg Olivier biex jsir multi level parking? Tista tgħid meta mistenni li jibda u meta mistenni li jispiċċa dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li saret applikazzjoni lill-MEPA fuq dan il-proġett li jikkonsisti f'multi level parking u bini ta' qorti ġdid. Ix-xogħol fuq dan il-proġett jiddependi fuq l-eżitu ta' din l-applikazzjoni.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17518, 15380, 15617, 15858 u 17268 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15380.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17520 u 17258 u jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kien il-volum ta’ ilma estratt mill-aquifers f’Malta u Għawdex separatament mill-privat kull sena mill-1999 ‘l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17512.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk għadux jintuża s-servizz tal-helicopter tal-Armata biex pazjenti jittieħdu mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-isptar Mater Dei? Jekk m’għadux jintuża, għaliex? Jekk għadu jintuża, għal liema każijiet jintuża? X’inhuma l-kriterji għall-użu tiegħu? Min jiddeċiedi jekk jintużax jew le? X’approvazzjonijiet huma meħtieġa għall-użu tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-servizz tal-helicopter tal-Armata għadu jintuża biex pazjenti jittieħdu mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei. Dan jintuża kull darba li pazjent/a li jkollu/jkollha bżonn ta' kura f'Mater Dei meta ma jkunx possibli li jittieħed b'ambulanza. Issir konsultazzjoni bejn il-Konsulent tal-Isptar t'Għawdex u dak ta' Mater Dei u huma stess japprovaw il-ħtieġa ta' dan is-servizz. Wara li tittieħed din id-deċiżjoni, l-armata tal-helicopter u l-istaff ikkonċernat ta' l-Isptar ta' Mater Dei jiġu infurmati u l-helicopter jiġbor l-istaff minn Mater Dei u jiġi Għawdex għall-pazjent/a.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kull xahar s’issa mill-Vot Kapitali Nru III item 7239 Eco-Gozo? Tista’ tagħti lista ta’ kull nefqa li saret u tgħid x’ġie ipprokurat b’kull nefqa? Kemm hemm flus kommessi għan-nefqa llum? X’se jiġi pprokurat b’kull nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fost l-oħrajn, s'issa sar xogħol relatat mal-proċess tal-applikazzjonijiet għall-permessi tal-iżvilupp relatati mal-proġett tal-indoor pool fir-Rabat, proġett t'afforestazzjoni fil-Qortin ta' Isopu, Nadur, ħolqien ta' ġnien ġdid f'Marsalforn, proġett t'afforestazzjoni ħdejn il-Bosk Papa Ġwanni XXIII fl-Imġarr, titjib fil-Ulysses Grove fir-Rabat, tindif tal-Wied fil-limiti ta' Żejta fir-Rabat u tindif tal-Wied fi Triq ir-Rabat, Marsalforn.
Beda wkoll xogħol relatat mal-proġett taċ-Ċentru ta' Riċerka fil-farm sperimentali, u saru kampanja edukattiva fl-iskejjel, programm ta' awareness għall-pubbliku in ġenerali, investiment fil-programm Hands on Farming, ħlasijiet konnessi ma' skema għar-restawr ta' rdieden tar-riħ, l-iżvilupp ta' pakkett ta' riżorsi dwar l-iżvilupp sostenibbli għall-għalliema, programm dwar ikel u dieta bilanċjati, attivita' għall-istudenti dwar saħħa u sigurta', konferenza dwar il-biedja organika, u konferenza dwar is-saħħa mentali f'Għawdex. Sar ukoll kuntatt ma' xi kumpaniji li huma nteressati jikkontribwixxu u jieħdu sehem f'dan il-proġett permezz tal-programm ta' Corporate Social Responsibility tagħhom.
Jiena nfurmata wkoll li fost l-oħrajn, din is-sena hemm il-pjan li jinxtara makkinarju u tagħmir għall-farm sperimentali u għas-sezzjoni tal-Afforestazzjoni, xogħolijiet ta' tiswija u manutenzjoni fil-farm tal-Gvern, u investiment fejn għandha x'taqsam l-enerġija alternattiva.
Ninsab infurmata li n-nefqa kommessa għal dan ix-xogħol, hija ta' €1,296,823 li minnha diġà saru xi ħlasijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kull xahar s’issa fuq kull item ta’ nfiq taħt Vot Kaptiali III tal-Ministeru tagħha? X'hemm kommess għan-nefqa llum taħt kull item of expenditure?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17273 dwar l-Inter-Island Transport Scheme, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-ispejjeż addizzjonali li huma koperti b’din l-iskema? Taħt liema liġi u/jew avviż legali ddaħħlet din l-iskema? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti dwar eliġibilità, proċessar, ħlas, eċċ ta’ din l-iskema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-iskema msemmija Promoting Economic Cohesion in Gozo (Industrial sector) hija ntiża biex tkopri parti mill-ispiża addizzjonali li operaturi fil-qasam tal-manifattura f'Għawdex ikollhom fit-trasport ta' makkinarju, materjal u prodotti relatati ma' l-attivitajiet tagħhom f'Għawdex. Din l-iskema hija mwaqqfa amministrattivament taħt ir-regoli de-minimis. Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji dwar ir-regolamenti ġenerali dwar din l-iskema.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17273 dwar l-Inter-Island Transport Scheme, tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus taħt din l-iskema fl-2008 u fl-2009, kull sena għaliha? Tista’ tgħid meta tħallsu u taħt liema vot? Tista’ tgħid kemm kienu l-benefiċċjarji kull sena? Liema Dipartiment/Direttorat jamministra din l-iskema? Kemm hemm applikazzjoni pendenti li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom ma ġewx ipproċessati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li saru applikazzjonijiet minn seba' kumpaniji għal għajnuna taħt din l-iskema li qegħdin jiġu pproċessati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma
Question
Jista’ l-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17270, 15860, 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15833, 15595, 15631,14222 u 17265 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jikkapitilizzaw mill-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għall-iżvilupp turistiku f’Għawdex? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17271.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15380, 15617, 15858 u 17268 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17258 u jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17257 u jgħid kemm kien il-konsum tal-elettriku f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali, domestiċi u dwal fit-toroq pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Informazzjoni li l-Korporazzjoni Enemalta għandha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.