Qasam Industrijali tax-Xewkija — xogħlijiet mill-MIP u Malta Enterprise
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Malta Industrial Parks u mill-Malta Enterprise f'dan il-qasam kull sena mill-2008 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa kull sena fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li saru mill-MIP mill-2008 sal-lum u n-nefqa f’kull każ.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15380, 15617 u 15858 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 15380, liema tweġiba tapplika ukoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 17518, 15617 u 15858.
bajja ta' Kemmuna — permess għal deckchairs u siġġijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għar-rigward tal-bajja ta' Kemmuna inħarġu tenders għal deckchairs u siġġijiet u f'postijiet oħra f'Għawdex u f'Malta ma inħarġu l-ebda tenders simili? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li din hija ħaġa diskriminatorja u illegali u qatt ma setgħet issir għaliex jew jinħarġu tenders għal Malta u Għawdex jew inkella għal imkien?
In vista tal-fatt li l-art f'Malta hija amministrata mill-Kummissarju tal-Art, x'poter għandu s-Segretarju responsabbli mit-turiżmu li joħroġ offerti simili? Kif dwar it-tenders ħarġu limitatament għal Kemuna u limitatament għal kiri ta' umbrellel u deckchairs? Ma jafx is-Segretarju Parlamentari li min ħa t-tender jekk jaħdem xorta qiegħed jikser il-liġi peress li skont il-liġi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar din l-attività kummerċjali hija żvilupp u għaldaqstant teħtieġ sine qua non il-permess tal-awtorità?
F'kwalunkwe każ, jista' s-Segretarju Parlamentari jikkonferma li huwa prekluż mill-istess policiestal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal Kemmuna li jinħarġu permessi simili stante li Kemmuna hija skedata u ta' valur ambjentali kbir, aktar mill-bajja tar-Rambla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern qed jaħdem biex jgħolli l-livell ta’ kwalita’ tal-bajjiet tagħna. Din il-ħidma ġa qed tagħti l-frott hekk kif żewġ bajjiet kisbu blu flag status. Sabiex ikompli jtejjeb il-kwalita’, il-Gvern irid li s-servizzi li jiġu offerti mill-bajjiet ikunu ta’ livell għoli. Kien propju għalhekk li ġie deċiż li jinħareġ tender għal kiri ta’ umbrellel u deckchairs f’Kemmuna. Il-ħsieb hu li l-viżitaturi fuq Kemmuna j7ibu l-faċilitajiet, biex jiġi żgurat li s-servizz li qed jingħata jkun ta’ kwalita’ u fl-istess waqt jiġi żgurat li dan l-operat ma jgħarraqx l-ambjent sensittiv ta’ din iż-żona.
Filwaqt li din it-tip ta’ attivita hi regolata fl-inħawi oħra ta’ Malta u Għawdex fil-każ ta’ Kemmuna ma kenitx u għaldaqstant mhix ħaga diskriminatorja jew illegali li din l-attivita’ tiġi regolata f’Kemmuna bħal ma’ hi f’inħawi oħra ta’ Malta u Għawdex.
Is-Segretarjat tat-Turiżmu ingħata permess mill-GPD tal-
management
ta’ l-art in kwistjoni qabel ma ħarġet is-sejħa għall-offerti.
Min eventwalment jirbaħ it-
tender
ma jkun qed jikser l-ebda liġi ta’ tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax ma hemm bżonn ta’ ebda permess ta’ żvilupp għal-kiri tal-umbrellel u d-
deckchairs
dment li dawn jintramaw meta jinkrew u jitneħħew kuljum. Dan it-tip ta ‘operat huwa regolat mit-
Trade
u kif fil-fatt min qed jagħti dan it-tip ta’ servizz kien qed jopera min dejjem u għalhekk huwa skond il-liġi.
Dwar l-istatus ambjentali ta’ Kemmuna, huwa propju biex jiġi salvagwardjat dan l-istatus, li nħass il-bżonn ta’ regolamentazzjoni f’dan ir-rigward wara konsultazzjoni ma l-istess Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
B'referenza għal-LRAG 402/10, x'inhi r-raġuni li l-Gvern ta' Malta permezz tal-Kummissarju tal-Artijiet jeskludi mir-reġistrazzjoni porzjoni art pubblika formanti parti minn Triq il-Port f'Marsalforn, limiti Żebbuġ Għawdex bil-kejl ta' ċirka 13.7m2 u li qabel kienet tifforma parti miċ-ċertifikat tal-art numru 00000015 li permezz tiegħu l-Gvern ta' Malta kien irreġistra din it-triq? Fuq liema kriterji ġiet inkluża din il-porzjoni triq batala li tifforma parti mid-dominju pubblku in vista taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-art numru 00000015 u in vista tal-fatt li l-istess art ġiet deskritta bħala pubbliku fl-att tan-Nutar Guseppe Camilleri fit-12 ta' Frar 1914 bejn il-vendituri Cremona u l-kompratur Paulo Cremona? Il-gvern huwa konxju bil-fatt li meta nħareġ il-permess PA 1523/95 għat-tqegħid ta' imwejjed u siġġijiet quddiem snack bar f'dak il-lokal, l-istess Kummissarju tal-Art iddikjara din iż-żona bħala waħda pubblika u assigura l-aċċess tal-pubbliku għaliha? Il-gvern huwa konxju li b'dan l-aġir tiegħu, l-aċċess għall-pubbliku minn Triq il-Port għal Triq Għar Qawqla u għall-istess djar li jiġu fuq in-naħa tal-Lvant, l-aċċess se jiġi preġudikat meta dan l-aċċess ilu hemm għal żmien twil? Il-gvern huwa konxju tal-fatt li anke mis-survey sheets jirriżulta b'mod l-aktar lampanti u manifest illi din iż-żona dejjem ġiet indikata bħala aċċess pubbliku u dejjem hekk intużat mill-abitanti tad-djar f'dik iż-żona? Jista' s-segretarju parlamentari jispjega xi provi nġibu biex issa l-Kummissarju tal-Art jidher li biddel fehmtu u lest jaċċetta li din l-art hija propjetà privata?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid minn min hi magħmula l-RGV Joint Venture?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li RGV Joint Venture hija entità li tefgħet offerta għal tender li qed tiġi aġġudikata. Għaldaqstant huwa prematur li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid meta se terġa' tinfetaħ l-iskema li biha l-Awtorità tad-Djar tkun tista' terġa' tbiegħ proprjetà tal-gvern okkupata mill-inkwilini u dan b'referenza b'mod spjeċali għall-flats li l-Awtorità tad-Djar għandha f'Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-present l-Awtorità tad-Djar m’għandiex skema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-Gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post. Barra minn hekk, m’hemmx ippjanat li din l-iskema terġa' tiftaħ fil-futur qrib.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17661, 17270, 15860, 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17657, tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet/se tkun in-nefqa fuq kull proġett, inizjattiva, programm, eċċ. msemmija fit-tweġiba?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s'issa, n-nefqa proġettata hija kif rappurtat fir-risposta għall-mistoqsija oriġinali. Ta' min jgħid li f'diversi każi ta' programmi jew proġetti, m'huwiex possibbli jingħad minn issa kemm se tkun in-nefqa totali għal din is-sena, peress li dan jiddependi min numru ta' fatturi, u peress li ċertu xogħol għal din is-sena - bħal per eżempju l-programm edukattiv għas-sena skolastika li ġejja - għadu fi stadju ta' proġettazzjoni.
Helicopter tal-Armata — ġarr ta' pazjenti għall-isptarijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17656, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ntuża s-servizz tal-helicopter tal-Armata biex pazjenti ttieħdu mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-Isptar Mater Dei kull sena mill-1999 sal-lum? X’kienet in-nefqa kull sena fuq dan is-servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija hawn taħt:
Ġarr ta' Pazjenti bil-
helicopter
Sena
Pazjenti
1999
53
2000
57
2001
77
2002
36
2003
57
2004
44
2005
54
2006
48
2007
55
2008
36
2009
33
2010(sa l-aħħar ta’ Mejju)
15
Il-ħlasijiet ta' dan is-servizz ma jsirux minn dan l-Isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki fil-qasam industrijali fix-Xewkija, Għawdex? Kemm minnhom huma okkupati? Kemm qed iħaddmu nies kull waħda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ fabbriki fil-qasam industrijali tax-Xewkija li huwa amministrat mill-MIP huwa ta’ 38. Tlettax minn dawn, kienu ġew mogħtija lill-Kumpaniji/individwi bħala art fuq ċens temporanju u il-fabbriki ġew mibnija mill-Kumpaniji/individwi stess.
Barra minn dawn, 13-il plot ta’ art oħra ġew mogħtija lil-Kumpaniji/individwi fuq ċens temporanju imma s'issa għadhom f’fażi ta’ kostruzzjoni.
Mit-38 fabbrika, tnejn minnhom biss mhumiex okkupati.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, fejn qed jiġi mitlub in-numru ta’ nies li iħaddmu dawn il-fabbriki, nissuggerixxi lil Onor Interpellant illi jitlob din l-informazzjoni lill-Ministru ikkoncernat mill-ETC.
Tista' l-Ministru tgħid x’sar s’issa fuq il-proġett ta’ bini ta’ qorti ġdid f’Għawdex? Tista tgħid meta mistenni li jibda u meta mistenni li jispiċċa dan il-proġett? Tista’ tgħid fejn hu s-sit li mistenni jinbena fuqu dan il-proġett?
Tista' l-Ministru tgħid meta tnediet il-kompetizzjoni għal disinn għaż-Żewwieq Waterfront? Min rebaħ l-offerta? Min rebaħha din il-kompetizzjoni? Kemm swiet flus? Fiex jikkonsisti l-proġett skont id-disinn rebbieħ? Sar xi feasibility study dwar dan il-proġett? X'sar s'issa fuq dan il-proġett? Kemm intnefqu u tħallsu flus b'kollox s'issa fuq dan il-proġett? Kemm hemm flus kommessi u għandhom ma tħallsux? Għalxiex huma kommessi? Meta mistenni jibda u jitlesta dan il-proġett? X’inhuma l-offerti li ħarġu s’issa fuq dan il-proġett? Kemm minnhom ingħataw? Lil min ingħataw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex dwar il-mistoqsijiet relatati mal-kompetizzjoni għal disinn għaż-Żewwieqa Waterfront jirreferi għar-risposti tal-Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 27518 u 29310 tal-X Leġislatura.
Dwar il-mistoqsijiet l-oħra, ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li nħarġu l-permessi neċessarji mill-MEPA, inħarġu sejħiet għall-offerti għall-Feasibility Study, Project and Management u għax-xogħlijiet infrastrutturali. L-ewwel żewġ offerti ngħataw lil Europa Consultants Ltd. u lil S&A Quality Assurance Surveyors Ltd. rispettivament. Filwaqt li l-offerta l-oħra għadha fil-proċess ta' tendering. L-ammont ta' flus li tħallas s'issa huwa ta' €22,000.00. S'issa m'hemmx kontijiet pendenti x'jitħallsu. Dan il-proġett mistenni li jispiċċa fis-sena 2011.
Tista' l-Ministru tgħid x’sar s’issa fuq il-proġett ta' Villa Rundle? Kemm sewa dan ix-xogħol? X’jonqos isir biex jitlesta l-proġett? Kemm intnefqu u tħallsu flus b'kollox s'issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għadhom ma tħallsux? Għaliex huma kommessi dawn il-flus? X’inhuma l-offerti li ħarġu s’issa fuq dan il-proġett? Kemm minnhom ingħataw? Lil min ingħataw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li nħarġu l-permessi neċessarji mill-MEPA, inħarġu sejħiet għall-offerti għall-pubbliċità, Project Management, xogħolijiet u għall-installazzjoni tas-sistema tal-elettriku. L-ewwel tliet offerti ngħataw lil MFCC; S&A Quality Assurance Surveyors Ltd; u Road Construction Co. Ltd. rispettivament. Filwaqt li l-offerta għall-installazzjoni tas-sistema tal-elettriku għadha fil-proċess ta' tendering. L-ammont ta' flus li tħallas s'issa huwa ta' €1416.00. S'issa m'hemmx kontijiet pendenti x'jitħallsu.
Għawdex — bini ta' l-iskola sekondarja ġdida tas-subien
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’sar s’issa fuq il-proġett ta' bini ta' l-iskola sekondarja ġdida tas-subien f'Għawdex u l-parkeġġ ta’ taħtha? X’inhija n-nefqa s’issa fuq dan il-proġett? Min huma l-kuntratturi li għamlu x-xogħol s’issa? Kemm tħallas kull wieħed? Kemm baqgħalhom jieħdu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-bini tal-iskola sekondarja ġdida tas-subien f'Għawdex u l-parkeġġ ta’ taħtha waslu fi stat avvanzat ta’ tlestija.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa mill-Gvern biex joffri art lill-istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati jiżviluppaw campus tagħhom ġewwa Għawdex u jipprovdu programmi edukattivi primarjament indirizzati lejn studenti internazzjonali? Saru xi diskussjonijiet ma’ istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali? Jekk fl-affermattiv, min huma dawn l-istituzzjonijiet? X’kien l-eżitu ta’ dawn id-diskussjonijiet?
Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lil Onorevoli Interpallant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-elettriku f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali, domestiċi u dwal fit-toroq pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17521.