Grant Agreement — implementation u disbursement schedules tal-upgrading tal-Operating Theatre
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18646, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar l-proġett tal-upgrading tal-Operating Theatre u tat-Twaqqif tar-Radiology Unit iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nħarġet il-commencement order lill-kuntrattur li ħa l-offerta CT2202/2009 għar-rikostruzzjoni u upgrading ta’ Triq l-Imġarr Għajnsielem? X’kienet il-commencement date? Kemm hu l-perjodu ta’ tlestija mogħti (i) fit-tender document u (ii) mill-Contracting Authority? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja (i) tal-commencement order u (ii) tal-completion order maħruġ mill-contracting Authority jekk inhu l-każ? Jista’ jgħid meta mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-order to start works inħarġet fil-11 ta’ Frar 2010 biex ix-xogħlijiet jibdew fil-15 ta’ Frar, kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-perjodu ta’ tlestija tax-xogħol fil-kuntratt kien ta’ tlettax il-ġimgħa. Minħabba xogħlijiet addizzjonali tressqet talba ta’ estenzjoni taż-żmien b’erba’ ġimgħat quddiem id-Dipartiment tal-Kuntratti.
Ix-xogħlijiet tlestew u Transport Malta ser tagħmel it-testijiet tagħha qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat tal-
partial completion
. It-triq tinsab miftuħa għat-traffiku.
.
Tista’ l-Ministru tgħid meta nħarġet il-commencement order lill-kuntrattur li ħa l-offerta għar-rikostruzzjoni u upgrading ta’ Triq Ta' Pinu? X’kienet il-commencement date? Kemm hu l-perjodu ta’ tlestija mogħti (i) fit-tender document u (ii) mill-contracting authority? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja (i) tal-commencement order u (ii) tal-completion order maħruġ mill-contracting Authority, jekk inhu l-każ? Tista’ tgħid meta mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-kuntratt? X'jonqos isir biex ix-xogħol jitlesta kollu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Commencement Order għall-offerta msemmija ħarġet lill-kuntrattur fl-4 ta' Diċembru 2009. Ix-xogħol kollu fuq din it-triq mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Commencement Order.
Tista’ l-Ministru tgħid meta nħarġet il-commencement order lill-kuntrattur li ħa l-offerta għar-rikostruzzjoni u upgrading ta’ Triq Rabat, San Lawrenz? X’kienet il-commencement date? Kemm hu l-perjodu ta’ tlestija mogħti (i) fit-tender document u (ii) mill-Contracting Authority? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja (i) tal-commencement order u (ii) tal-completion order maħruġ mill-contracting Authority jekk inhu l-każ? Tista’ tgħid meta mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-kuntratt? Jekk tlesta, meta? Jekk ma tlestiex meta mistenni li jitlesta? X'jonqos isir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Commencement Order għall-offerta msemmija ħarġet lill-kuntrattur fit-13 ta' Jannar 2006. Ix-xogħol fuq din it-triq tlesta.
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Commencement Order.
Tista’ l-Ministru Tgħid meta nħarġet il-commencement order lill-kuntrattur li ħa l-offerta għar-rikostruzzjoni u upgrading ta’ Triq tax-Xlendi? X’kienet il-commencement date? Kemm hu l-perjodu ta’ tlestija mogħti (i) fit-tender document u (ii) mill-Contracting Authority? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja (i) tal-commencement order u (ii) tal-completion order maħruġ mill-contracting Authority jekk inhu l-każ? Tista’ tgħid meta mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Commencement Order għall-offerta msemmija ħarġet lill-kuntrattur fis-6 ta' Mejju 2010. Ix-xogħol kollu fuq din it-triq mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Commencement Order.
Tista’ l-Ministru tgħid meta nħarġet il-commencement order lill-kuntrattur li ħa l-offerta għar-rikostruzzjoni u upgrading ta’ Triq tar-Ramla? X’kienet il-commencement date? Kemm hu l-perjodu ta’ tlestija mogħti (i) fit-tender document u (ii) mill-Contracting Authority? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja (i) tal-commencement order u (ii) tal-completion order maħruġ mill-contracting Authority jekk inhu l-każ? Tista’ tgħid jekk tlestiex x-xogħol kollu fuq dan il-kuntratt? Jekk tlesta, meta? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat ta' tlestija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-offerta WB 13/2010 - Xogħlijiet ta' Kisi mill-ġdid fi Triq ir-Ramla, ix-Xagħra Għawdex, il-Commencement Date hija l-1 ta' Lulju 2010, u l-perjodu ta' tlestija huwa ta' ġimgħatejn minn din id-data. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Commencement Order għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-offerta numru CT2192/2008 għal xogħlijiet fi Triq Franġisk Portelli u San Lawrenz li għalqet aktar minn xahrejn ilu għadha ma ngħatatx?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-evalwazjoni ta’ l-offerti mitfugħa għada għaddejja. Kif ikun hemm xi deċizjoni id-Dipartiment tal-Kuntratti jinforma lil offerenti u anke jippublika id-deċizjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18315 u jgħid minn min hi magħmula l-KRAM Joint Venture li kienet ħadet il-kuntratt tal-bini mill-ġdid tat-triq mill-Imġarr sal-Heliport?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18314, tista’ l-Ministru tgħid għal liema tender l-RGV Joint Venture tefgħet offerta li għadha qed tiġi aġġudikata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tender li RGV Joint Venture tefgħet offerta li qed tiġi aġġudikata, hija dik għax-xogħlijiet fi Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz, San Lawrenz Għawdex. Referenza CT062/2010.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħaddiema kienu jaħdmu mal-kumpaniji li llum qed joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar tal-2007, 2008, 2009 u fl-aħħar ta’ Mejju 2010? Tista’ tgħid kemm minn dawn il-kumpaniji bdew joperaw f’dan il-qasam industrijali u kemm kellhom ħaddiema magħhom meta bdew joperaw u kemm għandhom ħaddiema jaħdmu magħhom illum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ kumpaniji u n-numru ta’ ħaddiema li qegħdin jaħdmu mal-kumpaniji li llum qed joperaw fl-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar tal-2007, 2008, 2009 u fl-aħħar ta’ Mejju 2010.
Sena
Numru ta' kumpaniji
Numru ta' impjegati
2007
32
509
2008
33
516
2009
36
536
Mejju 2010
37
558
Rigward il-mistoqsija dwar kemm dawn il-kumpaniji kellhom ħaddiema magħhom meta bdew joperaw, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li biex titwieġeb din il-mistoqsija jridu jingħataw l-ismijiet tal-kumpaniji rispettivi. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma’ tistax tagħti din l-informazzjoni minħabba li din l-informazzjoni hi kummerċjalment sensittiva.
Helicopter tal-Armata — Sptar Ġenerali t'Għawdex u Sptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ntuża s-servizz tal-helicopter tal-Armata biex pazjenti ttieħdu mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-Isptar Mater Dei kull sena mill-1999 sal-lum? X’kienet in-nefqa kull sena fuq dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ drabi li s-servizz tal-helicopter tal-Armata nutża biex pazjenti ttieħdu mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-Isptar Mater Dei matul il-perjodu indikat huwa kif jidher hawn taħt:
€ 1999 - 69 trasferimenti
€ 2000 - 63 trasferimenti
€ 2001 - 71 trasferimenti
€ 2002 - 60 trasferimenti
€ 2003 - 76 trasferimenti
€ 2004 - 44 trasferimenti
€ 2005 - 67 trasferimenti
€ 2006 - 48 trasferimenti
€ 2007 - 55 trasferimenti
€ 2008 - 34 trasferimenti
€ 2009 - 29 trasferimenti
€ 2010 - 18 trasferimenti (l-aħħar trasferiment kien fis-17 ta’ Ġunju)
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija l-Onor. Interpellant huwa mitlub biex jagħmilha lill-Ministru konċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18278, 17661, 17270, 15860, 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba dwar il-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, l-proġetti u xogħolijiet f’Għawdex għall-perjodu bejn l-2010 u 2013 fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
bajja ta' Kemmuna — permess għal deckchairs u siġġijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18564, peress li skont il-liġi jekk persuna tikkapparra area għal aktar minn 28 ġurnata, hemm bżonn il-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, lanqas f'dan il-każ ma japplika d-DNO peress li hemm l-art hija skedata, jista' l-Prim Ministru jiddikjara jekk dan huwiex korrett? Jekk dak li qiegħed jirrispondi fl-aħħar parti tal-mistoqsija huwa korrett, fis-sens li m'hemmx bżonn permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kif jispjega li s-sena li għaddiet propju fuq tqegħid ta' deckchairs u umbrellel fil-bajja ta' Kemuna saret direct enforcement action?
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hi magħmula l-KRAM Joint Venture li kienet ħadet il-kuntratt tal-bini mill-ġdid tat-triq mill-Imġarr sal-Heliport?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-Regolamenti dwar Kuntratti Pubbliċi dik it-tip ta’ informazzjoni hija kunfidenzjali u ma tistax tiġi ppublikata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm sodod liċenzjati f’Malta u f’Għawdex separatament mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għat-turiżmu domestiku biss? Jista' jagħti dan it-tagħrif sena b'sena u skont kull lokalità f’Malta u f'Għawdex mill-1999 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' liċenzi maħruġa mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta skont kull lokalità f'Malta mill-2002 sal-lum. Ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-dritt għall-liċenza ta' postijiet għall-btala użati għat-turiżmu domestiku ġie stabbilit fl-Avviż Legali 125 ta' l-2002 li ġie in vigore fil-31 ta' Marzu 2002. Għalhekk din it-tip ta' liċenza ma kienetx teżisti qabel is-sena 2002. Informazzjoni simili iżda li tirrigwarda n-numru ta' dan it-tip ta' liċenza f'Għawdex ingħatat fir-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 16505.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm flus intnefqu kull xahar s’issa fuq l-items ta’ nfiq numru 7211 u 7221 taħt Vot Kapitali III tal-Ministeru tagħha? Fuqiex intnefqu? X'hemm kommess għan-nefqa llum taħt kull waħda ta’ dawn l-items of expenditure? Għalxiex huma kommessi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm flus intnefqu kull xahar s’issa fuq il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022) li se jkun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Fuqiex intnefqu? X'hemm kommess għan-nefqa llum fuq dan il-proġett? Għalxiex huma kommessi? X’jonqos isir fuq dan il-proġett? Meta mistenni li jitlesta l-proġett? Taħt liema Vot Kapitali tal-Estimi Ġenerali jidhru l-fondi approvati għal dan il-proġett? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull xahar s’issa intnefqu dawn l-ammonti fuq il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ:
Novembru 2009 103847.79
Diċembru 2009 44357.08
Frar 2010 34423.44
Marzu 2010 62904.62
Irrid inżid illi dawn il-flus intnefqu fuq xogħolijiet li jinvolvu l-proġett u dawn jinkludu:
Project Management, Technical Consultancy, Excavation & cleaning of the valley basin, Road resurfacing, Rubble walls
Illum hemm kommess għan-nefqa l-ammont ta’ €569715 li sa jintuża biex ikopri l-ispejjeż fuq xogħolijiet konnessi ma dan il-proġett kif jidher hawn taħt:
Project management costs – Project Manager
Supervision costs & technical engineering related costs
Works – reconstruction of rubble walls and related expenses
Works – reconstruction and resurfacing of valley road and related expenses
Works – clearing works and related expenses
Works – building of bridges and related expenses
Works – building of No.6 dams and related expenses
Works – landscaping
Supply of rustic furniture
Supply of safety railing
Supply of equipment – solar energy powered security cameras
Supply of equipment – directional signs
Supply of solar energy powered audio-visual equipment
Supply of big observation binoculars
Supply of script writing
Supply of photographic services
Design and printing of booklets and brochures
Billboard
Commemorative plaque
Web-site upgrading
Hydrology Report
Stainless steel sea point structure
Dan il-proġett qiegħed fil-fażi ta’ egħluq. Hemm talba għal estensjoni sa l-aħħar ta’ Lulju 2010 minħabba li x-xogħol fuq il-
bridges
ma setax jitlesta fil-ħin minħabba xogħolijiet tal-
WSC
relatati mal-
master plan
tad-drenaġġ f’Wied il-Mielaħ.
Irrid inżid illi l-fondi approvati għal dan il-proġett huma taħt il-Vot Kapitali tal-Estimi Ġenerali numru 7211.
L-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett hija
Disbursements schedule
li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm flus intnefqu kull xahar s’issa fuq il-proġett ta’ Villa Rundle li se jkun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Fuqiex intnefqu? X'hemm kommess għan-nefqa llum fuq dan il-proġett? Għalxiex huma kommessi? X’jonqos isir fuq dan il-proġett? Meta mistenni li jitlesta l-proġett? Taħt liema Vot Kapitali tal-Estimi Ġenerali jidhru l-fondi approvati għal dan il-proġett? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17792. Inżid ngħid li l-fondi approvati għal dan il-proġett jinsabu taħt il-Vot Kapitali III tal-Estimi Ġenerali u l-pagamenti jsiru wara li x-xogħol li jkun tlesta jiġi mkejjel u ċċertifikat. Dan il-proġett mistenni li jispiċċa fis-sena 2011.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm flus intnefqu kull xahar s’issa fuq il-proġett ta’ taż-Żewwieqa Waterfront li se jkun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Fuqiex intnefqu? X'hemm kommess għan-nefqa llum fuq dan il-proġett? Għalxiex huma kommessi? X’jonqos isir fuq dan il-proġett? Meta mistenni li jitlesta l-proġett? Taħt liema Vot Kapitali tal-Estimi Ġenerali jidhru l-fondi approvati għal dan il-proġett? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17791. Inżid ngħid li l-fondi approvati għal dan il-proġett jinsabu taħt il-Vot Kapitali III tal-Estimi Ġenerali u l-pagamenti jsiru wara li x-xogħol li jkun tlesta jiġi mkejjel u ċċertifikat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm flus intnefqu kull xahar s’issa fuq il-proġett tal-upgrading tal-Operating Theatre u tat-Twaqqif tar-Radiology Unit li se jkun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Fuqiex intnefqu? X'hemm kommess għan-nefqa llum fuq dan il-proġett? Għalxiex huma kommessi? X’jonqos isir fuq dan il-proġett? Meta mistenni li jitlesta l-proġett? Taħt liema Vot Kapitali tal-Estimi Ġenerali jidhru l-fondi approvati għal dan il-proġett? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament m'hemmx kontijiet pendenti x'jitħallsu. Filwaqt li l-upgrading tas-sala tal-operazzjonijiet huwa fl-istadju ta' tendering, ix-xogħol fid-dipartiment tar-radjoloġija beda. Il-fondi approvati għal dan il-proġett jinsabu taħt il-Vot Kapitali Numru III tal-Estimi Ġenerali. Dan il-proġett hu mistenni li jitlesta din is-sena.