Legislature:
Category:
Reset
Active:

Volcanic Ash — prekawzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'effett jista' jkollha l-isħaba tal-volcanic ash fuq il-gżejjer u l-poplu Malti jekk din tasal sa fuq Malta? Xi prekawzjonijiet qegħdin jittieħdu f'każ li jiġri dan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru li din il-mistoqsija tikkonċerna l-Ministeru responsabbli mill-ambjent u għaldaqstant nissuġerilu biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Industrial Estate — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Project Ref. no. ERDF 001) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’ seduta oħra.
Leg 11 PQ #19008 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet — grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet bħalma huma l-Mdina u ċ-Ċittadella (ERDF Ref no 039) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19009 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-upgrading tal-Operating Theatre u tat-twaqqif tar-Radiology Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19010 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żewwieqa Waterfront — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19011 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett ta' Villa Rundle — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta' Villa Rundle?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19012 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett ta’ Wied il-Mielaħ — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Reġistrazzjoni ta' Art

Question

B'referenza għal-LRAG 402/10, x'inhi r-raġuni li l-Gvern ta' Malta permezz tal-Kummissarju tal-Artijiet jeskludi mir-reġistrazzjoni porzjoni art pubblika formanti parti minn Triq il-Port f'Marsalforn, limiti Żebbuġ Għawdex bil-kejl ta' ċirka 13.7m2 u li qabel kienet tifforma parti miċ-ċertifikat tal-art numru 00000015 li permezz tiegħu l-Gvern ta' Malta kien irreġistra din it-triq? Fuq liema kriterji ġiet inkluża din il-porzjoni triq batala li tifforma parti mid-dominju pubblku in vista taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-art numru 00000015 u in vista tal-fatt li l-istess art ġiet deskritta bħala pubbliku fl-att tan-Nutar Guseppe Camilleri fit-12 ta' Frar 1914 bejn il-vendituri Cremona u l-kompratur Paulo Cremona? Il-gvern huwa konxju bil-fatt li meta nħareġ il-permess PA 1523/95 għat-tqegħid ta' imwejjed u siġġijiet quddiem snack bar f'dak il-lokal, l-istess Kummissarju tal-Art iddikjara din iż-żona bħala waħda pubblika u assigura l-aċċess tal-pubbliku għaliha? Il-gvern huwa konxju li b'dan l-aġir tiegħu, l-aċċess għall-pubbliku minn Triq il-Port għal Triq Għar Qawqla u għall-istess djar li jiġu fuq in-naħa tal-Lvant, l-aċċess se jiġi preġudikat meta dan l-aċċess ilu hemm għal żmien twil? Il-gvern huwa konxju tal-fatt li anke mis-survey sheets jirriżulta b'mod l-aktar lampanti u manifest illi din iż-żona dejjem ġiet indikata bħala aċċess pubbliku u dejjem hekk intużat mill-abitanti tad-djar f'dik iż-żona? Jista' s-segretarju parlamentari jispjega xi provi nġibu biex issa l-Kummissarju tal-Art jidher li biddel fehmtu u lest jaċċetta li din l-art hija propjetà privata?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara korrispondenza li kien hemm mis-sidien ta’ din il-parti, fejn intbagħtu pjanta u kopja tal-kuntratt li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Membru, saru l-verifiki neċessarji u rriżulta illi din l-art kienet tifforma parti minn art privati kif kien qiegħed jgħid is-sid. Minħabba f’hekk, din il-parti tal-art ġiet imneħħija mir-reġistrazzjoni f’isem il-Gvern. Rigward l-aċċess pubbliku, id-Dipartiment ser jieħu passi sabiex jinstab l-aħjar mod kif dawn il-proprjetajiet ikunu aċċessibli.
Leg 11 PQ #19001 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żewwieqa Waterfront — grant agreement tal-implementation u disbursement schedule

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18645, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19002 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18644, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-Villa Rundle iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Ujoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19003 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Mielaħ — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18643 jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022 )iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19004 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq ix-Xlendi — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19005 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq ta' Pinu — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu ffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19006 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tempji tal-Ġgantija u ta' Tarxien — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien (ERDF Ref no 032) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17845 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qbajjar — kjosk tal-Promenade magħluq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni l-kjosk tal-Promenade tal-Qbajjar ilu sentejn ma jinfetaħ u qed jitħalla jiddeterjora ruħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Artijiet ilu għal dan l-aħħar snin joħroġ sejħa għall-offerti għal kiri ta’ dan il-kjosk, wara li l-kerrej li kien hemm qabel ma kienx interessat li jżomm iktar dan il-kjosk. Fil-fatt mis-sena 2007 ’l hawn nħarġu 5 sejħiet għall-offerti għall-kiri ta’ dan il-kjosk, bl-aħħar waħda tkun dik ta’Jannar 2010. Għalkemm ħarġu dawn l-offerti, dan il-kjosk baqa’ ma nkeriex għall-fatt li jew ma ntefgħet l-ebda offerta, nkella għax l-offerent m’aċċettax il-kera li ffissa d-Dipartiment. Id-Dipartiment qiegħed jikkunsidra li joħroġ sejħa għall-offerti oħra għall-kiri ta’ dan il-kjosk.
Leg 11 PQ #18902 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Upgrading works fil-Villa Rundle Gardens

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta mistennija terġa’ toħroġ l-offerta għall-upgrading works fil-Villa Rundle Gardens, ir-Rabat? Għaliex għadha ma ħarġitx?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-offerta msemmija ġa nħarġet, ġiet awarded u nbeda x-xogħol fuq is-sit.
Leg 11 PQ #18903 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Stallazzjoni elettrika fil-Villa Rundle Gardens

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta mistennija terġa’ toħroġ l-offerta għall-istallazzjoni elettrika fil-Villa Rundle Gardens, ir-Rabat? Għaliex għadha ma ħarġitx?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-offerta msemmija nħarġet fl-1 ta' Ġunju 2010.
Leg 11 PQ #18904 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Fiera internazzjonali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm offerti ngħataw relatati mas-sehem tal-Ministeru tagħha fil-fiera internazzjonali ta' Malta? Lil min ingħataw? Għalxiex nagħtaw? Kemm swiet kull offerta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma ngħatat ebda offerta relatata mas-sehem tal-Ministeru għal Għawdex fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta.

Ftehim bejn il-Gvern u l-Harbour Management Company Limited

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Harbour Management Company Limited dwar il-privatizzazzjoni tal-Yacht Marina fl-Imġarr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 229 fil-31 ta' Mejju 2010.

Cruise ships li jieqfu Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-cruise ship żgħir Spirit of Adventure fil-5 ta’ April l-ewwel ipporva jorbot mal-baga tax-Xlendi u ftit wara telaq u tefa’ l-ankra ‘l barra mill-Imġarr? Jista’ jgħid kemm cruise ships huma mistennija jieqfu Għawdex mil-lum sal-aħħar tas-sena? Kemm waqfu mill-ewwel ta’ Jannar s’issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li li l-cruise liner Spirit of Adventure li daħal Għawdex fil-5 t’April 2010 ma rnexxilux jorbot mal-baga tax-Xlendi minħabba l-kundizzjoni ħażina tat-temp u l-istat tal-baħar dakinhar. Għalhekk il-kaptan tal-vapur iddeċieda li jankra barra l-port ta’ l-Imġarr fejn kien aktar kenni. Sal-lum, kien dan il- cruise liner biss li daħal Għawdex. Sa l-aħħar tas-sena hu mistenni li erba’ cruise liners oħra jżuru Għawdex.