proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19013 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 047 rigward il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Xlendi jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li 99 fil-mija tal-kuntratti kollha ta’ dan il-proġett ġew iffirmati u x-xogħol beda sew, b’parti sostanzjali (30 fil-mija) fi stat avvanzat. 18 fil-mija tal-valur tal-proġett hu mħallas.
Ministeru għal Għawdex — Item of expenditure - vot kapitali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2009 u sal-aħħar ta' Settembru 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — Item of expenditure tal-vot rikorrenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'virements saru taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta' Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — Virements li saru taħt kull item of expenditure
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta' Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — Nefqa taħt kull item of expenditure
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2009 u sal-aħħar ta' Settembru 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin residenti Għawdex li qed jaħdmu fis-Servizz Pubbliku f'Malta? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont il-grad tal-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għalkemm matul l-aħħar ħames snin telgħu jaħdmu Għawdex numru sostanzjali ta’ uffiċjal Għawdxin. Bħalissa hemm 906 persuni li jgħixu b’mod permanenti f’Għawdex iżda jaħdmu f’xi Dipartiment jew Ministeru f’Malta.
Dettalji tal-gradi ta’ dawn il-persuni jinsabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar VAT minn Għawdex id-Dipartiment tal-VAT kull sena mill-1999 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Wieħed irid jiċċara li hemm VAT bħal fuq konsum tad-dawl u ilma, telefonija, telefonija ċellulari li ma tistax tinqasam fuq Għawdex għax tinġabar minn kumpaniji reġistrati Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17258 u jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17258.
Environmental Impact Assessments u feasibility study dwar cruise berths f'Għawdex
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15366, jista' l-Ministru jgħid meta ngħata l-kuntratt lill-ECORYS BV għall-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid sa meta kellu/għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt in kwestjoni ġie ffirmat nhar l-14 ta' Novembru 2005 u l-perjodu tal-implementazzjoni tal-kuntratt kien ta' 14-il xahar.
Offerta għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17262 u jgħid jekk is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex ħarġitx? Jekk fin-negattiv, għaliex? Jekk ħarġet, meta? Jista’ jekk jogħġbu jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sejħa pubblika għall-offerti għas-servizz ta’ bejn Malta u Għawdex għadha ma ħarġitx għaliex il-Gvern ta’ Malta bagħat abbozz ta’ l-offerta lill-Kummissjoni Ewropeja sabiex jiġi assigurat li s-sejħa tkun konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropeja. Dan sabiex tiġi evitata l-possibilità li fil-futur jittieħdu proċeduri legali kontra Malta għaliex jinstab li xi partijiet mis-sejħa, jew mill-kuntratt eventwali, ma jkunux konformi mal-leġislazzjoni. F’dan ir-rigward delegazzjoni minn Malta kienet ukoll iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni sabiex l-abbozz jiġi diskuss f’aktar dettal. Wara din il-laqgħa l-Kummissjoni kkonfermat li l-abbozz kien konformi mar-regoli Ewropej. Għalhekk is-sejħa pubblika għall-offerti għas-servizz ta’ bejn Malta u Għawdex mistennija li tiġi ppublikata fil-futur qarib.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17520 u 17258 u jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17258.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi testijiet minn xi awtorità kompetenti sabiex jistabbilixxu l-livell ta' radioactivity fl-art, fil-baħar u fl-arja tal-gżejjer Maltin? X'kienu r-riżultati ta' dawn it-testijiet? Meta saru u minn min?
Response (PULLICINO, GEORGE)
It-testijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant jaqaw taħt ir-responsabilta tal-Occupational Health and Safety Unit u għaldaqstant nissuġerilu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
VAT fuq commission tal-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se titħallas VAT fuq il-commission ta' xi €4 miljuni li se jieħu l-aġent in konnessjopni mal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta' Delimara? Jekk iva:
a) fuq liema numru tal-VAT se titħallas;
b) b'liema rata tal-VAT;
ċ) min se jħallas il-VAT u lil min;
d) din il-VAT hija refundable?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta m’hu qed tħallas l-ebda commission lil xi aġent in konnessjoni mal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara.
Jista' l-Ministru jgħid skont il-kuntratt tal-BWSC:
a) F'liema data suppost tkun lesta
in full working order
l-estensjoni tal-
power station
;
b) F'liema data suppost isir l-pagament finali lill-BWSC tax-xogħol tagħha fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond il-kuntratt ma’ BWSC, l-impjant il-ġdid se jkun komplut sal-5 ta’ Gunju 2012 u l-pagament finali irid isir sa tletin ġurnata mid-data ta’ meta jitlesta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi?
proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu?
proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates — -Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Project Ref. no. ERDF 001)?
proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien (ERDF Ref no 032 )?
proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet bħalma huma l-Mdina u ċ-Ċittadella (ERDF Ref no 039?