Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-upgrading tal-Operating Theatre u tat-twaqqif tar-Radiology Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 068 rigward titjib tat-Teatru tal-Operazzjonijiet u tat-Twaqqif tar-Radiology Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li bħalissa 97 fil-mija mill-proġett qiegħed fil-fażi ta’
tendering
, minħabba li diversi sejħiet għall-offerti kellhom joħorġu diversi drabi, b’detriment għad-dewmien fl-implimentazzjoni. Bħalissa m’hemmx pagamenti imħallsa fis-sistema.
Żewwieqa Waterfront — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 031 rigward titjib taż-Żewwieqa Waterfront jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li 3 fil-mija biss tal-valur ta’ dan il-proġett ġie mogħti f’kuntratti. Il-proposti għas-sejħa t’offerti tax-xogħlijiet (95 fil-mija tal-proġett) qegħdin fil-fażi ta’ evalwazzjoni. Pagamenti s’issa saru biss €18,644 li kienu marbutin ma’ studju.
proġett ta' Villa Rundle — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta' Villa Rundle?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 024 rigward titjib ta’ Villa Rundle jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li 84 fil-mija tal-kuntratti tal-proġett ingħataw. ‘Il fuq minn 80 fil-mija tal-valur tal-kumplament huma marbuta ma’ sejħa għall-offerti li bħalissa qegħda fuq is-suq. Ix-xogħlijiet bdew. Pagamenti saru b’ €1,200 li huma marbuta ma’ attivitajiet preparatorji.
proġett ta’ Wied il-Mielaħ — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no022)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li se tingħata f’Mistoqsija Parlamentari numru 19836.
proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f’Mistoqsija Parlamentari numru 19835.
proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 19834
proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates — -Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Project Ref. no. ERDF 001)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f’Mistoqsija Parlamentari numru 19833
proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien (ERDF Ref no 032 )?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f’Mistoqsija Parlamentari numru 19832.
proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet bħalma huma l-Mdina u ċ-Ċittadella (ERDF Ref no 039)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f’Mistoqsija Parlamentari numru 19831.
proġett ta’ Wied il-Mielaħ — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19012 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 022 rigward Wied il-Mielaħ – Lejn Turiżmu sostenibli li hu sensittiv lejn l-Ekoloġija u l-Kultura jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li 99 fil-mija tal-kuntratti ta’ dan il-proġett ġew iffirmati. Ix-xogħlijiet huma fi stat avvanzat ħafna u 43 fil-mija tal-pagamenti għaddew.
Jista' l-Ministru jgħid minn min huma komposti l-Joint Ventures (i) GRV Joint Venture (ii) l-RCF Joint Venture u (iii) r-Road Network Joint Venture?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba hija meqjusa bħala kunfidenzjali skond ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Publiċi. Għaldaqstant l-informazjoni mitluba ma tistax tingħata.
valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta — affarijiet tal-merċa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar sal-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni twassal sa Awwissu 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji reġistrati f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena li għandhom investiment barrani? Kemm kien l-ammont totali ta’ dan l-investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fid-dati msemmija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi f’Għawdex ma jiġux reġistrati kumpaniji. Ir-Reġistru tal-kumpaniji huwa wieħed u jinsab fl-uffiċċji tal-MFSA ġewwa Malta.
In-numru ta’ kumpaniji li għandhom uffiċċju reġistrat f’Għawdex u f’Malta sa Settembru ta’ din is-sena għadu qed jinġabar.
Rigward it-tieni parti ta’ din il-mistoqsija parlamentari, nixtiequ ninfurmaw lill-Onor. Interpellant li minħabba li n-numri ta’ intrapriżi f’Għawdex għall-finijiet ta’ investiment barrani dirett huwa relattivament żgħir, l-NSO hu marbut bil-kunfidenzjalità milli joħroġ dawn l-ammonti.
nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat u jgħid ukoll din in-nefqa kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali kull sena mill-istess Fond mill-2007 sal-2009 u din is-sena sa Settembru? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont il-programm baġitarju tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.
nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta — fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jagħti n-nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta separatement ta’ fondi Ewropej u jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej kull sena mill-2007 sal-2009 u din is-sena sa Settembru? Jista’, jekk jogħġbu, jagħti din l-informazzjoni skont il-Programm Baġitarju tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ħaddiema Għawdxin jaħdmu f'Malta fis-Settur Pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin residenti Għawdex li qed jaħdmu fis-Settur Pubbliku f'Malta? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont l-organizzazzjoni li qed jaħdmu magħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19828 rigward in-numru ta’ ħaddiema Għawdxin residenti Għawdex li qed jaħdmu fis-Servizz Pubbliku f’Malta.
Għar-rigward tal-ħaddiema Għawdxin residenti Għawdex li jaħdmu fis-Settur Pubbliku, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tingħata risposta trid ammont kbir ta’ riżorsi, u ma naħsibx li jkun għaqli li r-riżorsi tal-Gvern jintużaw biex jingħataw risposti dettaljati bħal din sakemm ma tingħatax raġuni valida għal dan.
Proġett ta' restawr u konservazzjoni ta' fortifikazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19018 magħmula fit-30 ta' Ġunju u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skond l-Structural Funds Database tal-managing authority dwar il-proġett ta' restawr u konservazzjoni ta' fortifikazzjonijiet bħalma huma l-Imdina u ċ-Ċittadella (ERDF Ref No 039)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 039 rigward restawr u rijabilitazzjoni tal-fortifikazzjonijiet storiċi f’Malta u Għawdex jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li 37 fil-mija tal-kuntratti ingħataw, filwaqt li 13 fil-mija tal-kumplament huma marbuta ma’ sejħa għall-offerti li bħalissa qegħda fuq is-suq. 9 fil-mija tal-pagamenti għaddew mis-sistema u x-xogħlijiet bdew.
proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 19017 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien (ERDF Ref no 032 )?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 032 rigward il-proġett ta’ konservzzjoni tal-wirt arkeoloġiku jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li 14 fil-mija tal-kuntratti ngħataw. 3 fil-mija tal-pagamenti għaddew mis-sistema u x-xogħlijiet bdew.
proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19016 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Project Ref. no. ERDF 001)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 001 rigward titjib u tisbiħ ta’ żoni industrijali jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li 85 fil-mija tal-kuntratti taħt dan il-proġett diġà ngħataw u bħalissa qed jiġu ppreparati l-kuntratti. Ix-xogħlijiet mistennija li jibdew fil-ġimgħat li ġejjin u pagamenti għadhom ma sarux.
proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19015 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 047 rigward il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li 99 fil-mija tal-kuntratti kollha ta’ dan il-proġett ġew iffirmati u x-xogħol beda sew, b’parti sostanzjali (30 fil-mija) fi stat avvanzat. 18 fil-mija tal-valur tal-proġett hu mħallas.