proġett ta' Villa Rundle — project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19011 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta' Villa Rundle?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 19011.
Żewwieqa Waterfront — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19010 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 19010.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19009 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-upgrading tal-Operating Theatre u tat-twaqqif tar-Radiology Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 19009.
proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet — grant agreement
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19008 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet bħalma huma l-Mdina u ċ-Ċittadella (ERDF Ref no 039) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 19959, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relatat.
Industrial Estate — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19007 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Project Ref. no. ERDF 001) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta Development Corporation u Malta Enterprise — għajnuna lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Development Corporation/ Malta Enterprise mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom l-Malta Development Corporation/ Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ l-Ministru jagħti l-istess tagħrif dwar Malta ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2000 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena u li kienu jħaddmu:
i) anqas minn 10 ħaddiema;
ii) minn 10 sa 49 ħaddiema; u
iii) minn 50 sa 249 ħaddiem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm flus intnefqu kull xahar minn Marzu 2010 sal-lum fuq il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022) li se jkun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Fuqiex intnefqu? X'hemm kommess għan-nefqa llum fuq dan il-proġett? Għalxiex huma kommessi? Meta tlesta dan il-proġett? Jekk ma tlestiex, x’jonqos isir fuq dan il-proġett? Meta mistenni li jitlesta? Taħt liema Vot Kapitali tal-Estimi Ġenerali jidhru l-fondi approvati għal dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proġett ta’ Wied il-Mielaħ f’Għawdex, proġett xprunat mill-Kunsill Lokali tal-Għarb u ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, wasal biex ikun konkluż bil-pjanijiet huma li, dment li ma jinqala xejn, jitlesta sa Novembru din is-sena. Fil-fatt jien infurmat li kull ma fadal isir huma xogħlijiet minuri ta’ rfinar, proċessar ta’ pagamenti u s-sottomissjoni tar-rapport tal-għeluq lill-Managing Authority kompetenti.
Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tad-dettalji tal-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-preview files tat-tender Nru CT 2633/2009 - Reconstruction of part of Xlendi Road , Xlendi? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi ukoll kopja tal-kuntratt li sar mal-kuntrattur għall-għoti ta’ dan it-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Napprezza jekk l-Onorevoli Membru jispjega għalxiex qiegħed jirreferi meta qiegħed isemmi il-preview files.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex id-dipartimenti li hemm fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mhumiex inklużi fit-tieni Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika? Hemm xi ħsieb li dawn id-dipartimenti jinbidlu f’aġenziji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jiena nfurmat li l-fatt li l-entità fi ħdan is-Servizz Pubbliku ma ġietx inkluża fit-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika ma jfissirx li se tiġi fil-fatt midbula f’aġenzija jew f’xi tip ta’ korp legali ieħor.
Id-differenza bejn id-‘dipartimenti’ li jistgħu jkunu fl-iskeda u d-‘direttorati’ l-oħrajn mhix waħda sostantiva.Però inħasset il-ħtieġa li issa, li għal l-ewwel darba għandna liġi li tirregola l-Amministrazzjoni Publika, tiġi kkristalizzata l-Klassifikazzjoni a termini ta’ l-artiklolu 92(4) u l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni.
Tista' l-Ministru tagħti l-ismijiet tal-kumpaniji li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Tista’ tgħid x’inhu l-ġeneru tal-operat tagħhom? Tista’ tgħid meta bdew joperaw f’dan il-Qasam Industrijali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Provvista ta' servizzi lis-Settur Pubbliku u lis-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku separatament kull sena mill-2004 ’l hawn? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet eċċ. provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’, jekk jogħġbu, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f’Għawdex fl-aħħar tal-2009 u fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba li n-numri ta’ intrapriżi f’Għawdex għall-finijiet ta’ investiment barrani dirett huwa relattivament zgħir, l-NSO hu marbut bil-kunfidenzjalità milli joħroġ dawn l-ammonti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni ta’ privattiva ngħatat din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru? Kemm minnhom saru minn applikanti Għawdxin? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ .ta’ kull konċessjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li din is-sena ngħataw 9 lill-applikanti barranin u 9 lill-applikanti Maltin. Ma ngħatat l-ebda privattiva lill-applikanti Għawdxin.
kumpaniji mwaffqa permezz ta' għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji twaqqfu f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru b’għajnuna finanzjarja jew fiskali tal-MDC/Malta Enterprise ? Jista’ jgħid x’tip ta’ għajnuna ngħatat kull kumpanija u kemm hija l-għajnuna li ngħatat? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji ġodda li ġew approvati f’Għawdex mill-2004 sa llum huma 16, fil-waqt li f’Malta ġew approvati 155 proġett ġdid. (Rekords ta' żmien l-MDC m'humiex aċċessibli). L-ismijiet ta’ dawn il-kumpaniji flimkien mas-settur li joperaw fihom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-kumpaniji bejniethom ibbenefikaw mill-inċentivi kollha li toffri l-Malta Enterprise. Iżda l-informazzjoni dwar x’assistenza ġiet mogħitija hija ta’ natura kunfidenzjali u koperta bis-sigretazza taħt Kap. 33 tal Business Promotion Act u Kap. 21 tal-Malta Enterprise Act.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-1 ta’ Novembru 2009 sal-lum fuq inċentivi għall-industrija f’Għawdex? Għal liema sena/snin ta’ operat kienet in-nefqa? Kemm kumpaniji bbenefikaw minn dawn l-inċentivi? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta huwa mistenni li jitħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tingħata fil-Mistoqsija Parlamentari numru 19891.
In-numru ta’ għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux huwa ta' 7. Dawn l-applikazzjoni qed jiġu proċessati u se jkunu finalizzati fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iskemi ta' għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament minn Awwissu 2009 sal-lum? Kemm kienu u x'kienu l-benefiċjarji ta' dawn l-iskemi f'Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport konċiż, tal-iskemi kollha amministrati mill Malta Enterprise matul l-2009 u l-2010 b’dettalji dwar kemm kumpaniji ibbenefikaw minn kull skema, u kemm fondi ġew allokati għal kull skema.
It-total ta’ għotjiet (
grant assistance
) approvati mil-Malta Enterprise matul dan il-perjodu jammonta għal €29.5 miljun ewro lil 1,190 kumpanija, li minnhom €23 miljun kienu fondi mill-Unjoni Ewropeja. Minnhom €2.07 miljun ġew allokati li 91 intrapriża Għawdxija. Inklużi ma' dawn il-Malta Enterprise tapprova ukoll madwar €40milljun fis-sena fi krediti ta’ taxxa taħt 6 skemi li jaqgħu taħt l-Att tat-Taxxa u li għalhekk jiġu irrappurtati sentejn b’lura.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat tat-Turiżmu nieda skema ta’ ko-finanzjament għall-benefiċċju ta’ operaturi li jaħdmu fit-turiżmu. L-iskema li hija ko-finanzjata mill-UE għall-proġetti sostenibbli fit-turiżmu tgħin biex is-settur privat jinvesti. Il-proġetti li se jsiru f’Għawdex permezz ta’ din l-iskema għalhekk jiddependu ħafna mill-proposti li jiġu mressqa mis-settur privat għal konsiderazzjoni. Bħalissa qed isir l-evalwazzjoni tal-proġetti li ġew sottomessi taħt l-ewwel sejħa ta’ din l-iskema.
Ġiet imnedija skema oħra li tipprovdi għal sussidju fuq l-imgħax. L-iskema li hija finanzjata mill-fondi nazzjonali u li tipprovdi sussidju fuq l-imgħax ta’ self provdut mill-banek għal estensjoni jew refurbishment ta’ stabilimenti ta’ l-akkomodazzjoni u ristoranti wkoll tista’ tgħin lis-settur turistiku Għawdxi. Hawnhekk ukoll jiddependi mill-proposti li jkunu mressqa mill-applikanti Għawdxin. L-applikazzjonijiet għal din l-iskema ser jinfetħu dan ix-xahar.
L-MTA ħarġet
tender
biex tiġi identifikata kumpanija li tipprovdi taħriġ għall-nies li qed jaħdmu u qed ifittxu jaħdmu f’karigi maniġerjali fil-qasam turistiku.
Il- programm ‘FSE 2.11-
Developing Leaders for Change and Innovation in Tourism’,
li 85% tal-valur globali tiegħu ta’ €4 miljun hu finanzjat mill-Unjoni Ewropea ser jiġi maniġġjat mill-Awtorita’ Maltija tat-turiżmu. 10% tal-proġett irid jiġi mplimentat Għawdex. Il-proġett mistenni jibda fl-aħħar ta’ l-2009 u jispiċċa fl-aħħar ta’ l-2012.
Aktar dettalji tal-proġett:
F’April 2008 ġiet aċċettata s-sottomissjoni għall-proġett
FSE 2.11-Developing LEADERS FOR Change and Innovation in Tourism’.
Dan il-programm hu maħsub sabiex iħarreġ u jiċertifika individwi li jaħdmu jew li qed iffitxu impjieg f’karigi għolja, medji jew ta’ superviżżjoni f’setturi li jikkontribwixxu fil-qasam turistiku. Il-programmi għandhom jkunu prattiċi, iffukati fuq riżultati u kif ukoll jinkludu fihom sessjonijiet ta’ ‘
mentoring’
u żjarat intrnazzjonali biex isaħħu l-iżvilupp personali u professjonali. Żewġ studji li janaliżżaw il-livell ta’ xogħol u ħtieġa ta’ taħriġ huma inklużi fil-proġett. Aktar minn €4 miljuni ġew allokati biex iħarrġu u jiċċertifikaw aktar 1200 maniġer u supervajżer fi-industrija. It-taħriġ ser ikun qed isir kemm f’Malta kif wkoll f’ Għawdex. B’hekk dan il-proġett qed jaspira li jtejjeb iż-żjara tat-turisti billi jgħolli il-kwalita’ tas-servizzi, iżid il-profittabilità u l-kompetittivita’, u jintegra l-innovazzjoni fl-industrija turistika. Il-proġett mistenni jibda fl-aħħar ta’ l-2009 u jispiċċa fl-aħħar ta’ l-2012. 10%tat-taħriġ ser issir f’Għawdex.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m’għandha l-ebda proġett ippjanat li jsir minn din is-sena sal-2013, ħlief forsi xi ko-finanzjament ta’ xi proġetti li jaqa’ taħt l-iskema ta’ l-EIPP u li jistgħu jitressqu minn Kunsill Lokali għall-approvazzjoni mil-MEPA.
Infurmat ukoll illi sal-2013
Heritage Malta
se tkun qed taħdem fuq dawn il-proġetti ewlenin f’Għawdex:
Il-proġett tal-Ġgantija, ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal- UE 2007- 2013,li kien jionkludi l-bini ta’ ċentru għall-viżitżturi,binja tal-ħruġ, tisbiħ tal-madwar, u studju fuq l-istabbilita’ strutturali tat-tempji.
Il-proġett ta’ reviżjoni tal-Mużew tal-Arkeoliġija fiċ- Ċittadella, peress li għadd ta’oġġetti se jiġu murija fiċ-ċentru għall-viżitaturi l-ġdid tal-Ġgantija. Dan ix-xogħol isir permezz ta’ fondi nazzjonali.
Il-proġett ta’ konsolidazzjoni tal-istruttura u l-installazzjoni ta’makkinarju ġdid għall Mithna ta’ Kola.
Inġustizzja mal-ħaddiema ġo fabbrika fix-Xewkija Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern qiegħed jippermetti li ssir inġustizzja lampanti fil-fabbrika li isimha qed jintbagħat separatament fil-qasam industrijali tax-Xewkija, Għawdex fis-sens li qiegħda ssir diskriminazzjoni mal-ħaddiema peress li ċerti ħaddiema jitħallsu u oħrajn jitħallew għal xhur mingħajr paga u jekk ġustifikament jilmentaw minħabba dan id-dewmien, huma jiġu mhedda bit-terminazzjoni tal-impjieg tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Liġi dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali tipprovdi li kull prinċipal għandu jħallas l-pagi lill-impjegati tiegħu skont il-kuntratt tax-xogħol f’intervalli regolari. Huwa l-prinċipal li għandu jonora l-kuntratt li daħal għalih u li għandu r-responsabbilità skont il-liġi li jħallas il-pagi dovuti fid-data ffissata għall-ħlas tal-paga. Sfortunatment, għad ikun hemm każi fejn min iħaddem ma josservax l-obbligu li joħroġ mill-kuntratt tal-impieg li daħal għalih u li ukoll hu impost fuqu mill-liġi.
Fejn, jirriżulta, wara li jkunu saru l-investigazzjonijiet neċessarji mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg, li pagi ma jkunux tħallsu lill-impjegati fid-data dovuta tal-ħlas, id-dipartiment jitlob formalment lill-prinċipal biex iħallas l-ammonti dovuti ħalli jiġi f’konformità mal-liġi. Fil-każ li dan ma jsirx id-dipartiment jieħu l-passi neċessarji u jressaq il-każ quddiem il-qorti.
Din il-proċedura ġiet segwita fil-każ imsemmi.
M'hemm xejn ħażin li wieħed ifittex id-drittijiet tiegħu – anzi huwa neċessarju li kull persuna tressaq l-ilmenti tagħha jekk tara jew taħseb li l-affarijiet m’humiex isiru kif suppost. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-liġi tagħti protezzjoni kontra l-possibbilità ta’ vittimizzazzjoni ta’ xi ħaddiem wara li dan iressaq ilment lill-awtoritajiet konċernati. Jiena nħeġġeġ lil kull min jinstab f’xi problema li għandha x’taqsam max-xogħol li jirrikorri għand l-awtoritajiet rilevanti biex wieħed jara x’jista’ jsir biex l-affarijiet isiru kif suppost.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17523, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema rakkmandazzjonijiet li hemm fir-rapport ġew inklużi fid-diskors tal-budget u liema rakkmandazzjonijiet oħra beda x-xogħol biex jiġu implimentati saħansitra qabel il-budget?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-MCESD ikkummissjona lil Dr Godwin Cordina biex jislet rapport rigward l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f’Għawdex bl-għan li l-proposti jiġu ppreżentati mill-Gvern waqt il-Konsultazzjoni tal-Budget għal 2010. L-implimentazzjoni ta’ l-istess rapport min-naħa tal-gvern ma ssirx mill-MCESD.