Legislature:
Category:
Reset
Active:

Intrapriżi — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19893 u jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2000 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena u li kienu jħaddmu: i) anqas minn 10 ħaddiema; ii) minn 10 sa 49 ħaddiema; u ii) minn 50 sa 249 ħaddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istatistika l-aktar riċenti li hija disponibbli għal finijiet ta’ din il-mistoqsija hija dik tal-2009.

Malta Development Corporation u Malta Enterprise — għajnuna lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19892 u jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Development Corporation/Malta Enterprise mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom l-Malta Development Corporation/ Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ l-Ministru jagħti l-istess tagħrif dwar Malta ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-lum twaqqfet kumpanija waħda ġdida li talbet għajnuna mill-Malta Enterprise biex iwaqqaf l-operat tagħha f’Għawdex. Kien hemm ukoll kumpanija oħra li ibbenefikat mill-ERDF Small Start-up Grant scheme, liema kumpanija tkun bdiet l-operat tagħha f’dawn l-aħħar 3 snin. Id-dettalji qed jidhru f’Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid illi fl-istess perjodu twaqqfu seba’ kumpaniji ġodda li talbu għajnuna mill- Malta Enterprise biex iwaqqfu l-operat tagħhom f’Malta, u 23 kumpanija oħra li ibbenefikaw mill-ERDF Small Start-up Grant scheme, liema kumpaniji ikunu bdew l-operat tagħhom f’dawn l-aħħar 3 snin. Id-dettalji qed jidhru f’Tabella B li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb li wieħed iżid jgħid illi waħda minn dawn il-kumpaniji hija investiment barrani. Il-pakkett globali ta’ għajnuna mogħti mill-Malta Enterprise jinkludi art u propjetà, u Start-up Grants li jammontaw għal total €1.6 mijun. Dettalji dwar l-għajnuna u investiment huma ta’ natura kunfidenzjali u koperta bis-sigretazza taħt Kap. 33 tal- Business Promotion Act u Kap. 21 tal- Malta Enterprise Act . Rigward l-impjieg, il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Leg 11 PQ #13227 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Proġetti infrastrutturali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 9527, 5947 u 12486, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar s'issa fuq l-applikazzjoni msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12486.

Ministeru għal Għawdex — Item of expenditure - vot kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2009 u sal-aħħar ta' Settembru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għal Għawdex — Item of expenditure tal-vot rikorrenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'virements saru taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta' Settembru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ virements approvati mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.

Ministeru għal Għawdex — Nefqa taħt kull item of expenditure

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2009 u sal-aħħar ta' Settembru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta — fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta separatament ta’ fondi Ewropej u jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej kull sena mill-2007 sal-2009 u din is-sena sa Settembru? Jista’, jekk jogħġbu, jagħti din l-informazzjoni skont il-Programm Baġitarju tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19967 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Item of expenditure — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2009 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 19818.
Leg 11 PQ #19968 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Standard Item of Expenditure — Virements

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’virements saru taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru tagħha fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 19819.
Leg 11 PQ #19969 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Items of Expenditure — virements

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru tagħha fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #19970 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Standard Item of Expenditure — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru tagħha għas-sena 2009 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 19827.

Proġett ta' bini ta' skola sekondarja għas-subien

Question

Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra u tgħid x’sar s’issa u x’jonqos isir fuq il-proġett ta' bini tal-iskola sekondarja ġdida tas-subien f'Għawdex u l-parkeġġ ta’ taħtha? X’inhi n-nefqa s’issa fuq dan il-proġett? Min huma l-kuntratturi li għamlu x-xogħol/servizzi s’issa? X’kuntratti ngħataw? Meta ngħataw? Meta għandhom/kellhom jlestu x-xogħlijiet/servizzi li ngħataw? Kemm tħallas kull wieħed? Kemm baqgħalhom jieħdu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskola sekondarja ġdida tas-subien f’Għawdex kif ukoll il-parkeġġ ta’ taħtha tlestew kif kien pjanat. Li jonqos huwa l- isports facilities u ż-żewġ sulari oħra ta’ parkeġġ taħt l- isports facilities, li ma kinux fil-pjan oriġinali kif ukoll l- access road . Dawn setgħu jinbdew meta titlesta l-iskola kif ukoll meta tiġi l-estensjoni approvata mill-MEPA. Fadal ukoll issir binja oħra li mhijiex parti mill-binja ta’ l-iskola. Din tkun tista’ tinbena meta tiżżarma s- substation li hemm fuq is-sit. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tan-nefqa s’issa fuq il-proġett, min huma il-kuntratturi u x’kuntratti ngħataw kif ukoll meta ngħataw dawn il-kuntratti. Ix-xogħlijet tlestew kif kien pjanat u bħalissa qegħdin jiġu iċċertifikati ix-xogħlijiet biex b’hekk jkunu jistgħu jsiru l-pagamenti lill-kuntratturi.
Leg 11 PQ #19972 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żewwieqa Waterfront — proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-proġett taż-Żewwieqa Waterfront? X'sar s'issa fuq dan il-proġett? Kemm intnefqu u tħallsu flus b'kollox s'issa fuq dan il-proġett? Kemm hemm flus kommessi u għandhom ma tħallsux? Għalxiex huma kommessi? Meta mistenni jibda x-xogħol fiżiku fuq dan il-proġett? F’liema sena mistenni jitlesta dan il-proġett? X’inhuma l-offerti li ħarġu s’issa fuq dan il-proġett? Kemm minnhom ingħataw u lil min?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-proġett taż-Żewwieqa Waterfront jikkonsisti f'upgrading u tisbiħ tal-inħawi msemmija. Għall-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17791.

Volum ta' ilma estratt mill-Aquifers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kien il-volum ta’ ilma estratt mill-aquifers f’Malta u Għawdex separatament mill-privat kull sena mill-1999 ‘l hawn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li hu stmat li l-privat itella’ madwar 18-il miljun metru kubu ilma fis-sena mill-aquifers.
Leg 11 PQ #19962 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17661, 17270, 15860, 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nireferi lil-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari nru. 18805 li ngħatat f’ seduta 249 nhar it-30 ta’ Ġunju 2010
Leg 11 PQ #19963 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Malta Dairy Products — Bini ġdid ta' back office

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 17798 dwar bini ta' ċentru ta' xogħol ta’ back office ġdid fuq parti mis-sit fejn qiegħda topera l-Malta Dairy Products, tista' l-Ministru tgħid x'sar fuq dan il-proġett mis-9 ta’ Ġunju 2010 ‘l hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex talab lill-Malta Enterprise sabiex din tindikalu l-aħjar mod li fih dan is-sit jista' jiġi utilizzat. F'dan l-istadju l-Ministeru qed jikkunsidra kwalunkwe proposta vijabbli dwar l-użu tiegħu.
Leg 11 PQ #19964 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Programm għat-teatri t'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’sar matul l-2008, l-2009 u s’issa din is-sena biex il-gvern iwettaq il-programm imwiegħed biex iż-żewġ teatri tal-opra f'Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għal konferenzi matul is-sena kollha? Tista’ tgħid kemm-il laqgħa l-Ministru kellha ma’ dawn is-soċjetajiet dwar dan il-proġett? Meta saru l-laqgħat u ma’ liema soċjetajiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8776.
Leg 11 PQ #19965 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Mużew ta' arti moderna u kontemporanja

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli għall-Patrimonju Malti.
Leg 11 PQ #19966 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Istituzzjonijiet edukattivi f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid ma’ min kellha taħdidiet mill-2006 ’l hawn biex il-gvern joffri art lill-istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati jiżviluppaw campus tagħhom ġewwa Għawdex u jipprovdu programmi edukattivi primarjament indirizzati lejn studenti internazzjonali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11554.
Leg 11 PQ #19955 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17662, 17514, 17266, 15834, 15593, 15359 u 14220 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.