Legislature:
Category:
Reset
Active:

kumpaniji mwaffqa permezz ta' għajnuna finanzjarja

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19889, jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu lkoll flimkien f’għajnuna finanzjarja jew fiskali mill-Malta Enterprise kull sena lill-kumpaniji li twaqqfu f’Għawdex u f’Malta separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid dawn il-kumpaniji kemm qed iħaddmu nies illum, f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-assistenza mogħtija mill-Malta Enterprise mis-sena 2005 sa llum sena b’sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkorpora l-assistenza kollha mogħtija lil klijenti tal-Malta Enterprise matul dan il-perjodu. Għal raġuni kunfidenzjali, mhux qed jingħataw id-dettalji tal-kumpaniji individwali. L-informazzjoni għall-2009 u l-2010 ma tinkludix assistenza fiskali peress li din tiġi rrappurtata sentejn b’lura.

Reconstruction of part of Xlendi Road

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20345, kif jista' l-Ministru jirrispondi li ma jistax jippubblika kopja tal-kuntratt peress li skont hu hemm bżonn tal-awtorizzazzjoni tal-parti l-oħra firmatorja tal-kuntratt, meta l-kuntratti kollha huma pubbliċi u jistgħu jinġabru minn terzi?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn it-tipi ta' kuntratti ma' jkunux depositati għand in-Nutar tal-Gvern u għalhekk ma jkunux aċċessibbli minn terzi. Dawn huma kuntratti li jsiru mid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-kuntratturi li jirbħu s-sejħa għall-offerti bl-obligu ta' xulxin li ma juruhx lil terzi ħlief bl-awtorizzazzjoni tagħhom. Dawn jistgħu jintwerew biss lil terzi li għandhom dan id-dritt bil-liġi bħal Pulizija, l-Awditur Ġenerali, Awdituri interni tal-Gvern kif ukoll dawk mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropeja.

Joint Ventures — membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19881 dwar minn min huma komposti l-Joint Ventures (i) GRV Joint Venture (ii) l-RCF Joint Venture u (iii) r-Road Network Joint Venture, jista’ l-Ministru jgħid liema regolament/i tar-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi jipprojbixxi/u li tingħata l-informazzjoni mitluba?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Regolament 4 (4) tar-Regolamenti dwar Kuntratti Publiċi l-awtoritajiet kuntrattwali huma obligati li jirrispettaw b’ mod sħiħ in-natura kunfidenzjali ta’ kull informazzjoni sottomessa minn operaturi ekonomiċi. Din l-informazzjoni tinkludi b’ mod partikulari, sigrieti tekniċi jew ta’ negozju kif ukoll l-aspett kunfidenzjali ta’ l-offerti li jintefgħu.
Leg 11 PQ #20557 Sitting 271 2010-11-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Mielaħ — kopja tal-grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 20557, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relatat.
Leg 11 PQ #20558 Sitting 271 2010-11-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien — kopja tal-grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien (ERDF Ref no 032 ) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 20558, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relatat.
Leg 11 PQ #20559 Sitting 271 2010-11-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ta' Għawdex — kuntratt

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’sar s’issa minn dak li għandu jsir taħt kuntratt għall-provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex? X’jonqos isir fuq dan il-kuntratt? Meta mistennija terġa’ tiftaħ din il-biċċerija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li taħt il-kuntratt imsemmi fil-mistoqsija tlesta l-apparat tal-linji tal-qatla u spezzjoni tal-majjal u ċanga, u l-preparazzjoni tal-laħam għad-distribuzzjoni lill-ħwienet. Tqegħdu wkoll il-friżi u l-panelling, apparat għall-ġbir tad-demm u parti mill-istallazzjoni tas-sistemi mekkaniċi, elettriċi u data. Bħalissa qedgħin jiġu kompluti l-istallazzjoni tas-sistemi msemmija u qegħdin jiġu stallati l-apparat tal-boiler, plant room, trattament ta' l-ilma tal-ħasil tal-biċċerija, ventilazzjoni u xogħolijiet ta' finishing. Wara li jsir l-ittestjar u kkummissjonar ta' l-apparat kollu l-biċċerija tkun tista' tibda titħaddem.
Leg 11 PQ #20560 Sitting 271 2010-11-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq tax-Xlendi — xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta beda x-xogħol fuq it-Triq tax-Xlendi? Tista’ tgħid meta suppost li jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħol fuq it-Triq tax-Xlendi beda f'Ġunju 2010 u mistenni li jispiċċa sal-aħħar ta' din is-sena.
Leg 11 PQ #20561 Sitting 271 2010-11-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-Ministeru tagħha kull sena f’dawn l-aħħar tliet snin biex jerġa' jkun hemm servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex? Tista’ tgħid meta huwa mistenni li jerġa’ jibda jaħdem dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1778.

Provvista ta' servizzi lis-Settur Pubbliku u lis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku separatament kull sena mill-2004 ’l hawn? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet eċċ. provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’, jekk jogħġbu, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 57 kuntratt taħt il-proċedura negozjata b’pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt tal-Unjoni Ewropeja waqt li kien hemm 109 kuntratti taħt il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt tal-Unjoni Ewropeja. Din l-informazzjoni tkopri il-perjodu mindu Malta daħlet fl-Unjoni Ewropeja sal-15 ta’ Ottubru 2010. Listi ta’ dawn il-kuntratti kif ukoll kopji ta’ l-avviżi li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern u tal-Ġurnal tal-Unjoni Ewropeja qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Volum ta' ilma estratt mill-Aquifers

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19961, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kif tlabtu u jgħid kemm hu stmat li kien il-volum ta’ ilma estratt mill-aquifers f’Malta u Għawdex separatament mill-privat kull sena mill-1999 ‘l hawn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li l-ilma li jitla mill-aquifers mill-privat ma kienx qiegħed jiġi metered, ma teżistix informazzjoni fuq il-volum ta' ilma estratt mill-privat mill-1999 'l hawn. Huwa propirju għal din ir-raġuni li qiegħed isir l-eżercizzju ta' istallazzjoni tal-arloġġi tal-ilma fuq sorsi kummerċjali.
Leg 11 PQ #20548 Sitting 270 2010-11-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Upgrading of Operating Theatre and setting up of Radiology Unit — kopja tal-grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett Upgrading of Operating Theatre and setting up of Radiology Unit ERDF Nru 068 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 20548, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument relatat. Nixtieq inżid li l-perjodu tal-implementation u d-disbursement ġie estiż sal-aħħar ta’ din is-sena.

nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta — fondi Ewropej

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19885 dwar in-nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta separatament ta’ fondi Ewropej u n-nefqa f’Għawdex bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej kull sena mill-2007 sal-2009 u din is-sena sa Settembru, peress li l-figuri li ta ma jaqblux mal-figuri tal-Estimi Ġenerali, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-figuri korretti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hekk kif mitlub fil-mistoqsija, li tirreferi għan-nefqa kapitali f’Għawdex separatament ta’ fondi Ewropej, iċ-ċifri li ngħataw fir-risposta għan-nefqa kapitali f’Għawdex, jeskludu l-fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja u barranin, iżda jinkorporaw il-fondi nazzjonali, inkluż il-ko-finanzjament nazzjonali għall-progetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u barranin. Min-naħa l-oħra, it-totali tal-Estimi Ġenerali, jinkludu wkoll il-fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja u barranin. Barra minn dan, qed terġa tiġi mehmuza t-tabella, fejn iċ-ċifra ta’ spiża għas-sena ta’ 2007 issa qiegħda tidher fil-munita Ewro, sabiex ikun jista joħroġ il-persentaġġ hekk kif ipparagunat mal-fondi tal-Unjoni Ewropea, li ukoll qeghdin f’€’.

nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19884 u jgħid kemm kienet in-nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat u jgħid ukoll din in-nefqa kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali kull sena mill-istess Fond mill-2007 sal-2009 u din is-sena sa Settembru? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont il-programm baġitarju tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #20554 Sitting 270 2010-11-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq ix-Xlendi u tat-triq ta’ Pinu — kopja tal-grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġetti tal-bini mill-ġdid ta’Triq ix-Xlendi u tat-triq ta’ Pinu ERDF Nru 047 iffirmat bejn il-benefiċċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari nru 20542.

Malta u Għawdex — ammont totali ta’ investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ Investiment Barrani f’Malta fl-aħħar tas-sena 2009 kien jammonta għal €7,076.7 miljun. Minn dawn, €7,075.4 miljun kienu investiti f’intrapriżi Malta u €1.3 miljun f’intrapriżi Għawdex. L-investiment jitkejjel skont ir-registered address tal-kumpaniji, u f’każ li dawn ikollhom fergħat f’Malta u f’Għawdex, jekk l-indirizz tagħhom huwa f’Malta, dan jingħadd mal-investiment li jkun sar f’Malta. Il-figuri għal Settembru għadhom qed jinħadmu.

Industrial Estate — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Project Ref. no. ERDF 001) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19960.

Malta Development Corporation u Malta Enterprise — għajnuna lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Development Corporation/ Malta Enterprise mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom l-Malta Development Corporation/ Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ l-Ministru jagħti l-istess tagħrif dwar Malta ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20347.

Intrapriżi — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2000 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena u li kienu jħaddmu: i) anqas minn 10 ħaddiema; ii) minn 10 sa 49 ħaddiema; u iii) minn 50 sa 249 ħaddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20346.
Leg 11 PQ #20541 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot kapitali — flus għal standard item of expenditure

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item of expenditure tal-Vot rikorrenti u tal-Vot kapitali tal-Ministeru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #20542 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq ix-Xlendi — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 19004, u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreements li jinkludu l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġetti tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi u tat-triq ta’ Pinu ERDF Nru 047 iffirmati bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li qiegħda inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.