Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2000 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena, li kienu jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19884 u 20553 u jgħid kemm kienet in-nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat u jgħid ukoll din in-nefqa kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali kull sena mill-istess Fond mill-2007 sal-2009 u din is-sena sa Ottubru? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont il-programm baġitarju tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
MEPA — Triq Borg Olivier - applikazzjonijiet - multi level parking
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’inhu n-numru tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-proġett ta’ multi level parking u bini ta' qorti fi Triq Borg Olivier?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 5797/09.
Ċimiterju ta' Santa Marija — konċessjoni tal-oqbra
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru l-kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra l-ġodda fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija? Tista’ tgħid jekk ix-xogħol fuq dawn l-oqbra tlestiex? Jekk le, x’jonqos isir? Jekk iva, meta tlesta? X’jonqos isir biex dawn il-kuntratti jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 14203.
Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta' Programmazzjoni 2007-2013 — applikazzjonijiet għall-proġetti u skemi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema proġetti, skemi, eċċ. ġew approvati s’issa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Kummissjoni? Dwar liema proġetti, skemi, eċċ. huma l-applikazzjonijiet pendenti? Meta ġew sottomessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
.Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-major projects li ntbgħatu lill-Kummissjoni Ewropea s’issa huma: Improvement of the TEN-T Road Infrastructure. L-ewwel żewġ proġetti ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea aktar kmieni din is-sena, filwaqt li l-approvazzjoni għall proġett tat-tisfija tad-dreneaġġ fin-nofsinhar ta’ Malta hija mistennija li toħroġ f’qasir żmien.
Proġett Computer systems and Computer Lab at Mcast Malta and Gozo ERDF No. 66 — grant agreement
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett ‘Computer systems and computer labs at MCAST Malta and Gozo’ ERDF Nru 066 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 21477, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument relatat.
Proġett — Purchase of Science and technology laboratory equipment for state schools ERDF no.058 - grant agreement
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett ‘Purchase of Science and technology laboratory equipment for state schools’ ERDF Nru 058 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 21478, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument relatat. Nixtieq inżid li l-perjodu tal-implementation u d-disbursement ġie estiż sal-aħħar ta’ din is-sena.
Upgrading and expansion Mcast Institute of Mechanical Engineering at Malta/Gozo ERDF No.056 — grant agreement
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett “Upgrading and expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Mata/Gozo ERDF Nru 056 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 21479, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument relatat. Nixtieq inżid li l-perjodu tal-implementation u d-disbursement ġie estiż sal-aħħar ta’ Frar 2011.
Jista' l-Ministru jara r-raġuni għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ma rċevietx il-voucher ta' €50 bħala sussidju tad-dawl u ilma li kien ta l-gvern fil-Budget tas-sena l-oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji tal-persuna msemmija ġew mogħddija lit-Teżor biex jinħareġ il-voucher mistħoqq lilha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jwieġeb mistoqsija parlamentari 20935 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li ordni ta' tkeċċija li nħarġet darbtejn kontra l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li kellhom jiġu esegwiti waħda fil-15 ta' Ġunju 2010 u l-oħra fl-15 ta' Ottubru 2010 ma ġewx esegwiti?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-persuna konċernata għandha proċeduri kriminali kontriha, hi ngħatalha permess mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates sabiex toqgħod Malta sal-20 ta' Jannar 2011.
Barra minn hekk, dan id-dipartiment hu infurmat li din il-persuna applikat għall-protezzjoni internazzjonali u sakem il-proċess jiġi terminat, hi ma tistax titkeċċa minn Malta. Ninforma wkoll li ordinijiet ta' tkeċċija jinħarġu u jiġu esegwiti mill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni ċioe l-Kummissrju tal-Pulizija.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15377 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Wied il-Mielaħ — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18643 jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022 )iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 20557.
Tempji tal-Ġgantija u ta' Tarxien — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien (ERDF Ref no 032) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20558.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17662, 17514, 17266, 15834, 15593, 15359 u 14220 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tispjega kif f'Settembru ta' din is-sena saret estenzjoni ta' ftehim dwar il-ġarr tat-tfal tal-iskola mal-Gozo Bus Owners Association (GBOA) meta din l-assoċjazzjoni m'għadhiex attiva u spiċċat milli topera legalment? Jekk dan huwa minnu, u l-assoċjażżjoni hija biss waħda fantażma, l-obbligazzjonijiet legali li suppost hemm naxxenti minn dan il-ftehim kif se jiġu mwettqa minn din l-assoċjazzjoni fantażma? In vista ta' dak li ġie espost hawn fuq, x'jiġri jekk waqt dan il-ġarr bit-tfal jiġri aċċident bi ksur ta' dan il-ftehim? Kif se tkun responsabbli l-GBOA meta din spiċċat topera? Tista' l-Ministru tikkonferma li mal-GBOA hemm ftehim ieħor li sar f'Settembru 2009 għal durata ta' sentejn dwar ġarr ta' studenti ta' Skola Sport kull nhar ta' Sibt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li saret amenda fuq ftehim li sar fil-2005 sakemm tinħareġ sejħa għall-offerti għall-ġarr tat-tfal tal-iskola. Nikkonferma wkoll li jeżisti ftehim dwar Skola Sport li jkopru 2010 u 2011. It-transport kollu, inkluż dak tat-tfal tal-iskola, hu rregolat minn Transport Malta.
Tista' l-Ministru tara li studenta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tattendi l-iskola primarja tax-Xagħra, Għawdex (Skola Patri Mattew) tingħata l-għajnuna ta' facilitator peress li għandha bżonn immedjat ta' dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istatmenting Moderating Panel ġa ra lil din it-tifla fl-Lulju 2010 u rrakomanda li tibbenefika mir-riżorsi li diġa hemm fil-klassi u li tattendi għall-programm tal-iNWAR. Jekk il-ġenituri u/jew l-iskola ma’ jaqblux ma’ din id-deċiżjoni għandhom id-dritt li jressqu l-każ quddiem il-Bord Tal-Appell.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ordni ta' tkeċċija li nħarġet darbtejn kontra l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li kellhom jiġu esegwiti waħda fil-15 ta' Ġunju 2010 u l-oħra fl-15 ta' Ottubru 2010 ma ġewx esegwiti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li meta bastiment jitkisser, il-permess għas-sajd tat-tonn li kien hemm fuq il-bastiment jiġi irtirat? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jeskludi li kien hemm min kisser il-bastiment l-antik tiegħu u dan l-istess permess għas-sajd tat-tonn ġie trasferit fuq il-bastiment il-ġdid li jkun bena? Jista' jikkonferma li bastimenti ġodda li nbnew ma ngħatawx għajnuna qabel ma jgħaddu ħames snin? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jeskludi li kien hemm min ingħata din l-għajnuna nonostante li l-bastiment tiegħu kien wieħed ġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li meta bastimenti jitkissru l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment tiġi rtirata u ebda transferiment ma jiġi aċċettat. Sid jista’ jdawwar liċenzji speċjali ta’ sajd bħal dik tat-tonn fuq bastimenti oħra qabel ma japplika għat-tkissir. Dan kien possibli taħt l-iskemi li kien inħargu taħt L-FIFG 2004 – 2006. Peress li taħt il-program preżenti, EFF 2007 – 2013 hemm sforz biex jitnaqqsu il-bastimenti li jistadu għat-tonn, minkejja li l-liċenzji speċjali tat-tonn setgħu jiġu trasferiti fuq bastimenti oħra dan kien innaqas il-punti għal-fini tal-iskema tat-tkissir.
Il-bastimenti li jkunu rċevew assitenza mill-iskemi ta’ mmodernizzar u tiġdid tal-flotta taħt il-programm tal-Fondi Strutturali iridu jħallsu lura l-għotja li inghataw fuq bażi ta’
pro rata temporis
biex jikkwalifikaw għall-iskema ta’ għajnuna tat-tkissir
.
Sabiex ikun eligibbli u jikkwalifika għall għajnuna tat-tkissir, bastimenti jrid ikollhom aktar minn 5 snin u ma kienx hemm min ingħata din l-għajnuna fuq l-bastiment li kien wieħed ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid xi protezzjoni qed ikollhom is-sajjieda Għawdxin minn sajjieda Tuneżin li qegħdin kontinwament jidħlu fuq iċ-ċimi tagħhom u jaqbdu l-ħut li jkun hemm magħhom u jaqtgħu ċ-ċima?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li meta d-Dipartiment tas-Sajd jirċievi xi lment minn sajjieda Maltin jew Għawdxin, jikteb lil Ambaxxata tat-Tuniżja permezz tal- Ministeru tal-Affarijiet Barranin bid-dettalji tal-bastiment tuneżin biex l-awtoritiajiet Tuneżin jieħdu azzjoni kontra dawn il-bastimenti. Il- ġewwa mill -25mil il-Forzi Armati jistgħu jieħdu azzjoni kontra kull bastiment mhux Malti però l- barra mill 25 mil, li jiġi kunsidrat ‘international waters’ il-Forzi Armati ma jistgħux jieħdu azzjoni fuq dghajjes li mhumiex Maltin.
Ministeru għal Għawdex — Virements li saru taħt kull item of expenditure
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta' Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.