Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #21711 Sitting 289 2010-11-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

miżuri għal aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul l-2010 mill-gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri hu mistenni li jittieħdu matul l-2011? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17269. Rigward x’miżuri hu mistenni jittieħdu matul l-2011 u kemm hu mistenni li tkun in-nefqa, ninforma lill-Onor. Membru illi l-informazzjoni tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21712 Sitting 289 2010-11-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

miżuri għall-Vot Rikorrenti 5585

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri se jittieħdu matul l-2011 taħt Vot Rikorrenti 5585 għall-promozzjoni tat-turiżmu f’Għawdex? Tista’ tgħid kemm hi stmata kull miżura li hu maħsub li se tittieħed?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qed jiġi żviluppat pjan ta' kif se jintefqu dawn il-flus.
Leg 11 PQ #21713 Sitting 289 2010-11-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

proġetti finanzjati mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema proġetti finanzjati mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea hu mistenni li jitħallsu matul l-2011? Kemm hu mistenni li jitħallas fuq kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21714 Sitting 289 2010-11-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija t'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-biċċerija f’Għawdex reġgħetx bdiet tiffunzjona? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, meta mistennija li tinfetaħ? X’jonqos isir? X’kuntratti ngħataw għat-tiġdid ta’ din il-faċilità? Lil min ingħataw u kemm sewa kull kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol jinsab fi stadju avvanzat u li bħalissa bdew xi testijiet tal-apparat. Għall-partijiet oħra tal-mistoqsija, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposti tal-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 20559/10, 21121/10, 21122/10.
Leg 11 PQ #21704 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati fuq roster

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati tal-Ministeru tpoġġew fuq roster matul l-2010? X’inhu l-grad tagħhom u f’liema fergħa qegħdin jaħdmu? Fejn kienu jaħdmu qabel ma ngħataw ir-roster? Min talab għar-roster f’kull każ u min approvahom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21705 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

xogħol ta’ back office trasferit għal għal Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħol ta’ back office hu maħsub li jiġi trasferit għal għal Għawdex fl-2011, 2012 u 2013? Meta hu mistenni li jiġi trasferit f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-gvern diġà trasferixxa back office għal Għawdex u jibqa impenjat biex fis-snin indikati mill-Interpellant jintenfisika servizzi oħra skont l-esiġenza tas-settur Publiku u l-klijenti tiegħu.
Leg 11 PQ #21706 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — strateġija ta' Eko-Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif inhu maħsub li jintnefqu l-€6 miljun li l-gvern qed jipprometti li se jintnefqu f’Għawdex fuq l-istrateġija ta’ Eko-Għawdex fl-2011? Liema huma l-proġetti, programmi eċċ. approvati s’issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-fondi allokati għas-sena d-dieħla se jintużaw biex jitkomplew proġetti mibdija din is-sena, filwaqt li jinbdew ukoll oħrajn ġodda minn dawk identifikati fil-Pjan t'Azzjoni għal eko-Għawdex għas-snin 2010-2012.

Għawdex: Xagħra — proġett f'Tal-Qortin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’sar matul l-2010 fuq il-proġett tal-Qortin, ix-Xagħra Għawdex? X’jonqos isir u meta mistenni li jitlesta? Kemm kienet in-nefqa ta’ dan il-proġett sena b'sena s’issa u kemm hu mistenni li tkun in-nefqa totali tal-proġett sena b'sena mil-lum sa meta jitlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi d-diversi aspetti tal- proġett tar-riabilittazzjoni tal-Qortin, ix-Xagħra, Għawdex diġà ġew attwati. Id-disinn tal-proġett kien gie sottomess lill-MEPA u l-proġett ġie approvat mill-Bord tal-MEPA. Tender għall-Project Management tax-xogħlijiet previsti kien ħareg, ġie evalwat u ngħata f’Ottubru 2010. Il-pass li jmiss huwa il-ħrug tat-tender għax-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni. Dan huwa previst li jsir kmieni s-sena d-dieħla. Wara li jingħata l-kuntratt tax-xogħol, il-proġett mistenni li jkun lest sas-sajf tal-2013. In-nefqa totali tal-proġett mistenni li titla’ kwazi €4.2 miljun. Fl-2009 intefqu €45,000, fl-2010 intefqu €25,000. Fis-sena 2011 mistenni li jintefqu l-fuq minn €600,000 waqt li fis-sena 2012 mistenni jintefqu aktar minn €2,100,000. Ix-xogħlijiet mistennija jispiċċaw f’2013 b’nefqa ta’ xi €800,000 oħra.
Leg 11 PQ #21708 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — reklamar dwar Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu mill-1999 sal-lum mill-gvern u mill-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta biex jirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri hu mistenni li jittieħdu matul l-2011? Kemm hi mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tlabt lill-Awtorita Maltija tat-Turiżmu biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #21709 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

liċenzji għall-għaddasa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ liċenzji ġodda u ta’ tiġdid ta’ liċenzji għall-għaddasa kull sena matul l-2010?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liċenzji għall-għaddasa ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #21486 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — monitoring

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20546 u jgħid x’sar f’Għawdex fl-2009 u din is-sena sal-lum fuq il-proġett intenzjonat li jagħmel monitoring tal-arja, l-ilma, l-ħsejjes, ir-radjazzjoni u l-ħamrija u li jwassal għal strateġija ta’ moniteraġġ kif ukoll informazzjoni baseline f’dak li huwa batimetrija u topografija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21487 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — mużew ta' arti moderna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20544 u jgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.

Għawdex — Għarb - Wied il-Mielaħ - Sewage pumping station

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kellu jsir taħt it-tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex tlestiex? Jekk fl-affermattiv, meta tlesta? Jekk fin-negattiv, x’jonqos isir u meta mistenni li jitlesta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol taħt it-tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb Għawdex mistenni jkun lest sa l-aħħar tas-sena. Għad baqa’ jsir xi xogħol fuq il-control panels tal-elettriku, xogħol fuq is-substation tal-Enemalta u finishing u landscaping ta’ barra.
Leg 11 PQ #21701 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - pixxina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu mistenni li se tiswa l-pixxina li se tinbena fir-Rabat Għawdex? Mil-liema vot se titħallas?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pixxina li ser tinbena fir-Rabat Għawdex hija stmata li se tiswa €6.2 miljun. Il-proġett se jsir minn fondi ta' Eko-Għawdex.

Cruiseliners f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu cruiseliners f’Għawdex matul l-2010? Liema huma dawn il-cruiseliners? F’liema port daħlu u meta daħlu? Kemm niżlu turisti l-art f’kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ cruise liners li daħlu f'Għawdex din is-sena kien ta’ 6, li kollha ankraw ‘l barra mill-port tal-Imġarr. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Data Isem tal-Vapur Numru ta’ Passiġġieri Abbord 05-04-2010 Spirit of Adventure 229 28-06-2010 Club Med 2 215 19-07-2010 Panorama 43 09-08-2010 Noordam 2,136 18-08-2010 Le Ponant 57 29-09-2010 Club Med 2 282
Leg 11 PQ #21703 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

CIPD Conference

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk uffiċjali tal-Ministeru tagħha attendewx konferenzi, eċċ. tas-CIPD Conference matul l-2010? Jekk iva, min huma l-uffiċjali li attendew? Għalxiex attendew? Kif ġew magħżula? X’kienet in-nefqa f’kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninbsab infurmata li d-Direttur Ġenerali (Operations) attenda konferenza organizzata mis-CIPD matul is-sena 2010. Għall-kumplament tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 14219.

Reconstruction of part of Xlendi Road

Question

B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 20345 fejn qal li ma jistax ipoġġi kopja tal-kuntratt għall-bini ta’ parti mit-triq tax-Xlendi fuq il-Mejda tal-Kamra peress li hemm bżonn tal-awtorizzazzjoni tal-parti l-oħra firmatarja tal-kuntratt, jista’ l-Ministru jipprova jġib din l-awtorizzazzjoni meħtieġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi in vista tat-talba tiegħu d-Dipartiment tal-Kuntratti se jitlob għall-kunsens tal-kuntrattur sabiex kopja tal-kuntratt titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Cruisliners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu cruise liners f’Għawdex din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid kemm minnhom rabtu mal-baga li tqiegħdet ix-Xlendi? Jista’ jgħid kemm passiġġieri niżlu l-art f’Għawdex mill-cruise liners li daħlu Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul din is-sena sal-lum 6 cruise liners, b'2962 passiġġieri abbord żaru Għawdex. L-ebda wieħed minn dawn il-vapuri ma uża l-baga li hemm ix-Xlendi għax lkoll ankraw 'il barra mill-port ta' l-Imġarr.

Għawdex — self u depożiti fil-banek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Marzu 2010, fl-aħħar ta’ Ġunju 2010 u fl-aħħar ta’ Settembru 2010? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21483 Sitting 286 2010-11-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

RGV Joint Venture — tender

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 18314, issa li t-tender li tefgħet offerta għaliha l-RGV Joint Venture ingħatat, tista’ l-Ministru tgħid minn min hi magħmula l-RGV Joint Venture?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li din l-offerta nħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.