Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2000 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena, li kienu jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ ħitan tas-sejjieħ inbnew fid-diversi lokalitajiet f’Għawdex matul l-2009 u l-2010? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? Tista’ tagħti r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalità? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-2010 sa issa nbnew 2043 metri kwardu ta' ħitan tas-sejjieħ bi spiża ta' €2,381. L-ispiża kkwotata ma tinkludix il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol.
Dwar partijiet oħra tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 14209.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu s’issa biex il-Ministeru għal Għawdex jiġi ristrutturat? Tista’ tgħid x’inhuma r-responsabbiltajiet li ngħataw lill-karigi li nħolqu ġodda? Min kellu dawn ir-responsabbilitajiet qabel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li ġew maħluqa tliet pożizzjonijiet. Dawn huma dik ta' Direttur Ġenerali (Strategy and Support), dik ta' Direttur (Eco Gozo Regional Development) u Direttur (Tourism and Economic Development). Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Position Descriptionta' kull waħda minn dawn il-pożizzjonijiet.
Dawn huma responsabilitajiet ġodda relatati mal-istrateġija tal-Gvern biex titmexxa l-pjan lejn il-kunċett ta' Għawdex bħala gżira ekoloġika u emfasi akbar fuq il-ħtieġijiet tat-turiżmu f'Għawdex u l-possibilta' ta' aktar impjiegi għall-Għawdxin.
ħaddiema Għawdxin mibgħuta Malta minħabba sterelizzar ta' apparat
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tas-CSSD fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex se jintbagħtu Malta kull filgħaxija fl-Isptar Mater Dei biex jisterilizzaw l-apparat mediku li jintuża fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u dan meta qegħdin isiru t-testijiet neċessarji mill-uffiċjal inkarigat għall-istess fini f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' sterilizzar ta' apparat mediku fil-preżent jsir mill-ħaddiema Għawdxin fl-Isptar Ġenerali t'Ghawdex.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux testijiet minn xi awtorità kompetenti sabiex jistabbilixxu l-livell ta' radio activity fl-art, fil-baħar u fl-arja tal-gżejjer Għawdxin? X'kienu r-riżultati ta' dawn it-testijiet, meta saru u minn min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar tiġbor kampjuni ta’ l-ilma baħar u tal- ħamrija minn Għawdex, skont kif ġie mfassal fil-pjan nazzjonali għal monitoraġġ ta' radjoattivita fl-ambjent Malti. Il-kampjuni tal- ilma baħar jinġabru darba kull tliet xhur mill-akwati tax-Xwejni filwaqt li kampjuni tal-ħamrija jinġabru fil-viċinanzi tal-istazzjon għall-monitoraġġ tal-arja fl-Għarb darba fis-sena.
Dawn il-kampjuni jintbagħtu ġewwa laboratorji barra minn Malta u l-analiżi ssir permezz tat-teknika tal-ispettroskopija permezz tar-raġġi gamma (gamma spectroscopy). Ir-riżultati tal-analiżi jindikaw li ma hemm l-ebda traċċi ta' l- isotopu ta' Ċesju (Caesium) 137 filwaqt li instabu livelli baxxi ta' isotopi naturali.
Fil-rigward tal-monitoraġġ tal-arja ser jiġi kkummissjunat apparat ġdid minn fuq fondi tal- ERDF ġewwa Għawdex. Dan l-apparat ġewwa Għawdex mhux mandatorju mill-ebda leġislazzjoni Ewropeja jew Internzzjonali u ser jiġi kkummissjonat fuq inizzjattiva tal-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministeru tiegħu sabiex l-unika ħuta Maltija tal-ilma ħelu Aphanins Fasciatus (Bużaqq) ma tinqeridx mill-gżejjer Maltin ladarba t-trobbija ta' din il-ħuta mill-privat hija kontra l-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li il-Bużaqq hija ħuta tal-ilma salmastru li tikber b’mod naturali f’numru ta’ bwar salmastri fil-Gżejjer Maltin, u hija mħarsa bil-liġi permezz tar-Regolamenti ta’ l-2006 dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali (A.L. 311 ta’ l-2006).
Permezz ta’ dawn ir-Regolamenti, Malta iddikjarat din l-ispeċi bħala protetta, u fuq il-bażi ta’ l-istess Regolamenti, ġew proposti siti għal din l-ispeċi biex jidħlu fin-netwerk Natura 2000, liema siti ġew aċċettati mill-UE fl-2008. Għaldaqstant, il-MEPA bħala Awtorità Kompenenti għandha sitt snin mill-2008 tistabbilixxi dawk il-miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni ta’ siti protetti skond id-Direttiva dwar l-Ambjenti Naturali (il-
Habitats Directive
). Minn dan l-aspett, il-MEPA applikat għal fondi Komunitarji biex tfassal sal-2014 il-pjanijiet tat-tmexxija għal dawn is-siti, liema applikazzjoni ġiet aċċettata, u li x-xogħol fuqha għandu jibda mill-bidu tal-2011. Imma xorta waħda tkompla xogħol fuq dawn il-ħut bħala parti mit-tmexxija ta’ xi siti Natura 2000 li diġa qegħdin taħt proċess ta’ immanaġjar.
Minn dan l-aspett, saru diversu studji u monitoraġġ fuq din l-ispeċi, kemm mill-MEPA u minn entitajiet jew organizzazjonijiet awtorizzati minnha. Fil-fatt inħarġu numru ta’ permessi ambjentali fl-aħħar ħames snin, li jinvolvu l-bużaqq, kemm għar-riċerka xjentifika, monitoraġġ u t-tkattir tagħhom.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm cruise passengers niżlu Għawdex fl-2009 u sa Ottubru ta’ din is-sena? Jista’ jgħid kemm cruise liners żaru Għawdex fl-istess żmien u kemm niżlu passiġġieri minn fuq kull wieħed? Jista’ jagħti l-isem tal-cruise liner f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-sena 2009
Ghas-sena 2010, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 21702 lil ngħatat mill-Onor Ministru għall- Infrastruttura, Transport u Komunikazzjoni.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 18645 u 19001 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea? Tista’ l-Ministru tgħid għaliex f’5 xhur ma kenitx kapaċi sempliċement tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokument li ilu għandha żmien twil?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-grant agreement qed jiġi finalizzat.
Villa Rundle — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 18644 u 19002 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-Villa Rundle iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Ujoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea? Tista’ l-Ministru tgħid għaliex f’5 xhur ma kenitx kapaċi sempliċement tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokument li ilu għandha żmien twil?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li qiegħda inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ toroq residenzjali ġodda nbnew fid-diversi rħula t’Għawdex, skont ir-raħal, matul l-2010?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Dwar toroq residenzjali li saru mill-Gvern Ċentrali fl-2010, ninsab infurmata li matul din is-sena saru xogħlijiet ta' kisi f'toroq ġodda fl-Għarb u x-Xagħra u ġew asfaltati mill-ġdid partijiet minn triq fir-Rabat u oħra fin-Nadur b'total ta' 3,300 metri kwadri.
Tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ passaġġi fil-kampanja (farm access roads) nbnew fid-diversi rħula f’Għawdex matul l-2009 u l-2010? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? X’inhi r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalità? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-2010 sa issa saru 2615 metri kwadru ta' passaġġi fir-raba' bi spiża ta' €17,476. L-ispiża kkwotata ma tinkludix il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol.
Dwar partijiet oħra tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 14207.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu programmat li jsir fl-2011 taħt il-Vot Kapitali III item 7228 General Improvements? Tista’ tagħti l-ispiża stmata għal kull proġett? Tista’ tagħti d-data tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-item 7228 'General Improvements' hu intiż biex ikopri titjib ġenerali li għandu x'jaqsam, fost l-oħrajn, mar-ristrutturar li seħħ fil-Ministeru għal Għawdex kif ukoll mat-tlestija ta' uffiċċji relatati ma' 'back office'.
Vot Kapital 7228 — European Union Structural Funds
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu programmat li jsir fl-2011 taħt il-Vot Kapitali III item 7228 EU Structural Funds 2007-2013 (i) Ministry? Tista’ tagħti l-ispiża stmata għal kull proġett? Tista’ tagħti d-data tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Vot Kapitali III item 7228 m'għandux x'jaqsam mal-Fondi Strutturali 2007-2013.
Vot tal-Ministeru għal Għawdex fil-budget tal-2011
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma dak li qalet lil din il-Kamra waqt id-dibattitu dwar il-Vot tal-Ministeru tagħha fil-Budget għall-2011 li matul is-sena li għaddiet qasmu lejn Għawdex 4 miljun ruħ u 1 miljun karozza? Tista’ tgħid din l-istatistika minn fejn ġabitha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li d-diskors tiegħi msemmi kien ibbażat fuq ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fit-12 ta' Ottubru 2010 dwar it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex li jindikaw li fl-2009 qasmu 1,069,331 vettura u 3,792,041 passiġġier.
Tista’ l-Ministru tikkonferma dak li qalet lil din il-Kamra waqt id-dibattitu dwar il-Vot tal-Ministeru tagħha fil-Budget għall-2011 li x-xogħlijet li qed isiru f’Villa Rundle se jitlestew fi żmien ftit ġimgħat oħra? Tista’ tgħid meta huma suppost li jitlestew skont il-kuntratt ta’ dawn ix-xogħlijet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li waqt id-dibattitu dwar il-Vot tal-Ministeru fl-Estimi għall-2011 jiena għidt 'bħalissa qegħdin nirristrutturaw Villa Rundle u għaddejjin bix-xogħol biex ftit xhur oħra nerġgħu nagħtu lill-Għawdex u lil kull min iżur lill-Għawdex ġnien, ristrutturat, ġnien isbaħ ...'. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol għaddej biex dak li qed inwegħdu jitwettaq.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — promozzjoni dwar Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul l-2010 mill-gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri hu mistenni li jittieħdu matul l-2011? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17265.
Rigward x’miżuri hu mistenni jittieħdu matul l-2011 u kemm hu mistenni li tkun in-nefqa, ninforma lill-Onor Membru illi l-informazzjoni tingħata f’ xi seduta oħra.